Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114
illum Il-Ħadd 03 t'April 2016 Sports 32 Johan Cruyff: il-ġenju li biddel id-dinja tal-futbol ISPIRA miljuni ta' persuni bl-abbiltajiet uniċi tiegħu fil-grawnd u nkoraġġixxa lil persuni ġejjin minn madwar id-dinja kollha biex isegwu l-logħba tant sabiħa tal-futbol. Dan mhuwa ħadd ħlief Johan Cruyff li ħalla din id- dinja nhar il-Ħamis 24 ta' Marzu, hekk kif tilef il-battalja mal-marda qerrieda tal-kanċer. Fil-passat, kellu karriera brillanti bħala attakkant ma' Ajax fl-Olanda u ma' Barcelona fi Spanja, fejn rebaħ l-unur tal-Aqwa Plejer fl-Ewropa għal tliet snin. Barra minn hekk, bejn l-1971 u l-1974 huwa rebaħ tliet Tazzi taċ-Champions konse- kuttivi ma' Ajax, waqt li mexxa lil Barcelona bħala kowċ għall-ewwwl trijonf tagħhom fit-Tazza taċ-Champions fl-1992. Fi żmienu bħala plejer huwa għen lill-Olanda jaslu sal-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1974, fejn it-Tulipani kienu sfaw megħluba bl-iskor ta' 2-1, minn dik li dak iż-żmien kienet magħrufa bħala l-Ġermanja tal-Punent. B'hekk rimarkabbli huwa l-fatt li Johann Cruyff huwa wieħed mill-ftit plejers leġġendarji li qatt ma rebħu t-Tazza tad-Dinja. Fost dawn nistgħu nsemmu wkoll lil tliet futbolers oħra meqjusa bħala fenomeni u li għadhom attivi fid- dinja tal-futbol, li wkoll qatt ma rebħu din l-iktar kompetizzjoni importanti fuq bażi ta' nazzjonijiet - Lionel Messi, Cristiano Ronaldo u Zlatan Ib rahi- movic. Immedjatament wara li tħabbret il-mewt ta' Johan Cruyff, l-Assoċjazzjoni tal- Football Olandiża ħarġet stqarrija uffiċjali fejn iddeskriviet lil dan l- eksplejer leġġendarju bħala l-aqwa plejer Olandiż ta' kull żmien u wieħed mill-aqwa plejers fid-dinja ta' kull żmien. Hija bagħtet il-kondol- janzi tagħha f'dan iż- żmien diffiċli lill-mara ta' Johan Cruyff, lill-ħbieb tiegħu kif ukoll lid-dinja kollha tal-futbol. Intant, it-tim ġgant Spanjol ta' Barcelona, ukoll esprima s-sogħba tiegħu għall-mewt tal-eksplejer tiegħu. Jekk wieħed jagħti ħarsa lura lejn il-karriera il- lustri tiegħu mat-tim nazzjonali Olandiż, l- ewwel logħba li fiha kien impressjona lil kulħadd tmur lura għat-Tazza tad-Dinja tal-1974 meta l-Olandiżi kienu affron- taw lill-Iżvezja. Mat- Tulipani, huwa skorja 33 gowl fi 48 logħba inter- nazzjonali fejn b'hekk kellu medja impress- jonanti ta' 0.69 gowl kull logħba. Barra minn hekk, huwa skorja 293 gowl f'521 logħba għal ħames klabbs differenti, fosthom 204 gowls f'276 logħba waqt li rebaħ 18-il trofew maġġuri fiż-żewġ esper- jenzi diversi li kellu mal- Olandiżi ta' Ajax. Ma' Barcelona, Jo- han Cruyff rebaħ erba' kampjonati konsekut- tivi Spanjoli, 'La Liga', mill-istaġun 1990-91 sal-istaġun 1993-94, fejn fi tmiem dan l-imsem- mi staġun, Barcelona spiċċaw bħala 'runners- up' fil-finali tat-Tazza taċ-Champions, meta sfaw umiljati mit-Taljani ta' AC Milan, hekk kif ġew megħluba bl-iskor kbir ta' 4-0, għalkemm il-Katalani kienu favoriti netti li jirbħu din il-finali. Għalkemm, Johan Cruyff tkeċċa mit-tmun ta' Bar- celona bħala kowċ lura fl-1995, huwa baqa' in- fluwenti ma' dan il-klabb għall-kumplament ta' ħajtu. Interessanti huwa l-fatt li t-tifel tiegħu, Jordi Cruyff, li fil-passat huwa wkoll lagħab ma' Barcelona u anke ma' Manchester United fost oħrajn, lagħab staġun f'pajjiżna ma' Valletta fl-istaġun 2009-10. Iżda, fil-ħajja mhux kol- lox ward u żahar u lura fl-1991, Cruyff beda jbati minn problemi f'qalbu u kellu jagħmel l-operazz- joni tad-'double bypass', fejn immedjatament wara din l-operazzjoni delika- ta, waqaf ipejjep u min- flok meta dak iż-żmien kien kowċ ta' Barcelona, kien joqgħod isoff il- 'lollipops' biex jikkont- rolla n-nervi tiegħu. Kien irnexxielu jżomm 'il bogħod mill-vizzju tat- tipjip, u fil-fatt fis-snin 90 kien deher f'reklam maħruġ mid-Dipartiment tas-Saħħa tal-Katalunja fejn kien qal li l-futbol kien tah kollox fil-ħajja, iżda t-tabakk kien kważi ħadlu dan kollu, għax kien għoddu qatlu. F'Ottubru tas-sena li għaddiet sar magħruf li Johann Cruyff kien qed ibati mill-marda qerrieda tal-kanċer fil-pulmun, iżda fi Frar li għadda kien qal li beda jħoss li beda jirkupra sew minn din il-marda, tant li kien persważ li kien se joħroġ rebbieħ minnha. Iżda bħal bosta affari- jiet f'ħajjitna, l-affarijiet mhux dejjem imorru kif nixtiequ - l-istess ġara għal Johann Cruyff. Fabrizio Ravanelli f 'Malta bejn l-20 u t-22 t'April L-EKSATTAKKANT ta' Juventus u t-tim nazzjonali Taljan Fabrizio Ravanelli se jkun f 'Malta bejn l-20 u t-22 t'April fuq stedina tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero tal-Imrieħel. Dettalji dwar din iż-żjara ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil- klabb stess is-Sibt filgħodu, fejn intwera wkoll messaġġ minn Ravanelli lill-Juventini Maltin. Hu esprima s-sodisfazzjon tiegħu li se jżur Malta, li ddeskriva bħala "gżira mill-isbaħ," għall- ewwel darba. Magħruf bħala Penna Bianca minħabba kundizzjoni li wasslitu biex xagħru jibjad kmieni, Ravanelli skurja 41 gowl f '111-il logħba ma' Juventus. Iżda żgur li l-iktar gowl speċjali għalih kien dak li skurja fil-finali tal-UEFA Champions League tal-1995- 96 kontra Ajax, li ntrebħet minn Juventus wara l-għoti tal-penaltis. Ma' Juventus, Ravanelli rebaħ ukoll il-UEFA Cup fl-1992-93, il-kampjonat u l-Coppa Italia fl-1994-95 u s-Supercoppa Italiana tal- 1995. Dan filwaqt li lagħab 22 logħba mat-tim nazzjonali Taljan, fejn skurja tmien gowls. Matul l-istess konferenza tal-aħbarijiet, il-President tal-klabb Omar Busuttil iddeskriva din iż-żjara bħala r-ringrazzjament tal-kumitat lill-membri għas-suċċess li kiseb il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero, li ġie dikjarat b'mod uffiċjali bħala l-ikbar Supporters Club ta' Juventus barrani b'iktar minn 770 membru DOC. Dan minbarra li għall- ewwel darba fi storja ta' erba' snin, il-klabb qabeż l-elf membru tesserat mal-klabb. Filwaqt li rringrazzja lill- membri, Busuttil laqa' dawn ir-riżultati iżda qal li "Dan is-sinjal ta' fiduċja hu wkoll responsabbiltà biex il-klabb ikompli jaħdem fl-interess tal-Juventini Maltin." Max Zammit, li għamel kuntatt ma' Ravanelli u l-persuna li bħala koordinatur tal-klabb ġie inkarigat mill- organizzazzjoni tal-mawra ta' Ravanelli f 'Malta, fisser din l-attività bħala waħda speċjali anke fid-dawl li Ravanelli mhux soltu li jagħmel żjarat fi klabbs, b'mod speċjali dawk barranin. Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero nieda wkoll is-sit uffiċjali tiegħu, juventusmalta. com, li qed jiġi aġġornat kontinwament b'aħbarijiet u artikli relatati, b'mod speċjali, ma' Juventus. Fil-jiem li ġejjin il-klabb se jħabbar kalendarju ta' attivitajiet relatat maż-żjara ta' Fabrizio Ravanelli f 'Malta. Iktar dettalji jistgħu jinkisbu permezz ta' email fuqinfo@ juventusmalta.com. L-unuri li rebaħ Johan Cruyff bħala plejer u bħala kowċ Bħala Plejer: Ma' Ajax: • 3 Tazzi taċ-Champions • 2 Super Cups Ewropej • 8 Kampjonati Olandiżi • 5 Tazzi Olandiżi Ma' Barcelona: • Kampjonat Spanjol 'La Liga' • Tazza Spanjola Ma' Feyenoord: • Kampjonat Olandiż • Tazza Olandiża Bħala Kowċ: Ma' Ajax: • Tazza tat-Tazzi • 2 Tazzi Olandiżi Ma' Barcelona: • Tazza taċ-Champions • Tazza tat-Tazzi • Super CupEwropeja • 4 Kampjonati Spanjoli 'La Liga' • Tazza Spanjola • 3 Super Cups Spanjoli