Illum previous editions

ILLUM 3 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 03 t'April 2016 | illum Sports 33 Tliet xhur pożittivi għal Topspin Table Tennis Academy GĦALL-EWWEL darba, l-Akkademja Topspin ħadet sehem fil-Lig Nazzjonali Malti 2015/2016 b'ħames timijiet: tim fl-ewwel diviżjoni, ieħor fit-tieni, u tliet timijiet fir-raba' diviżjoni. Ir-riżultati pożittivi li qegħdin jinkisbu, huma mera tad-dedikazzjoni u l-impenn li l-istudenti jġorru magħhom matul is-sessjonijiet tat-taħriġ. Hekk kif l-istaġun tal- logħob riesaq fi tmiemu, naraw kif Malta University SSC Andro, liema tim jinsab fl-ewwel diviżjoni u hu kompost mill-Head Coach Edward Baldacchino u l-Kowċis Alex Soler u Daniel Bajada, għandu potenzjal qawwi li jikseb l-ewwel post. Wieħed mit- timijiet tar-raba' diviżjoni, Topsin TT Academy Rasant, kiseb post garantit fit-tielet diviżjoni fl- istaġun tal-logħob li jmiss. It-timijiet l-oħra qegħdin kollha f 'ċans tajjeb li jitilgħu diviżjoni. Matul l-aħħar ta' Jannar u l-bidu ta' Frar, il-Malta Table Tennis Association (MTTA) organizzat it- tielet Junior Ranking Tournaments. Għal darb'oħra, ma naqasx li l-Akkademjatipparteċipa u tħossha kburija bl-avvanz li l-istudenti tagħha qegħdin jagħmlu f 'qasir żmien. L-istudenta Anthea Cutajar, liema studenta għadha żgħira imma promettenti ħafna, ikklassifikat fit- tieni post fl-Under 15 Plate Event. Student ieħor mill-Akkademja,li ta prestazzjoni mill-isbaħ, kien Jens Seeman Pace hekk kif dan ikklassifika fit-tielet post fl-istess Plate Event.Clayton Montanaro rnexxielu jirbaħ triqtu għal-logħba finali fl-Under 18 Plate Event hekk kif kiseb it-tieni post. L-Under 21 Plate Event intrebaħ minn Luke Cassar, student li b'mod konsistenti juri perseveranza eċċellenti waqt il-logħob. Matul ix-xahar ta' Frar, ġew organizzati wkoll it-tielet Seniors Ranking Tournaments fi ħdan l-MTTA u fil-fatt, għal sena oħra l-Akkademja Topspin reġgħet ħarġet rebbieħa. B'mod partikolari rajna lill-kowċ Dorianne Magri finalista tal-Plate Event. Iżda l-quċċata ntlaħqet fil-logħba finali tat- tournament għaliex kienet iddominata miż-żewġ kowċis tal-Akkademja. Edward Baldacchino spiċċa fil-finali ma' Daniel Bajada fejn rajna lil dan tal-aħħar jikseb l-ewwel post. Suċċess ieħor għall-Akkademja kien dak tat-tielet Doubles Tournament, ukoll organizzat mill-MTTA, li ntrebaħ mill-Kowċis Edward Baldacchino u Dorianne Magri. Edward Baldacchino u Daniel Bajada ġew magħżula biex flimkien mal-kontinġent Malti jieħdu sehem fil-kampjonati tad-dinja tat-table tennis li ġew organizzati lejn l-aħħar ta' Frar u l-bidu ta' Marzu ġewwa Kuala Lumpur, il- Malasja. Il-kontinġent Malti rnexxielu jirbaħ kontra l-Marokk u l-Libja. Bħalissa l-Akkademja Topspin qiegħda tipprepara lill-istudenti tagħha għal-logħob importanti tal-Junior National Championships li se jintlagħbu matul ix-xahar ta' April. Għal iktar tagħrif rigward l-Akkademja wieħed jista' jikkuntattja lill- Kowċ Edward Baldacchino fuq 99470278 inkella jista' jżur il-paġna tal- Facebook jew is-sit www. topspintabletennisacademy. com. Studenti ġodda, subien u bniet, huma dejjem milqugħa mill- Akkademja. Il-Head Coach ta' Topspin Table Tennis Academy Edward Baldacchino fl-azzjoni Shaun Bajada u Eddie Vella - żewġ plejers Għawdxin li għamlu isem għal Malta JEKK hemm żewġ futbolers Għawdxin li fil- passat riċenti u anki f 'dak ftit imbiegħed għamlu isem f 'Malta, m'hemmx dubju li dawn huma Shaun Bajada u Eddie Vella. Riflessjoni ċara ta' dan kollu huwa l-fatt li dawn iż-żewġ plejers huma l-uniċi plejers Għawdxin li rebħu l-unur personali ferm prestiġjuż tal-MFA Plejer tas- Sena, fi snin differenti. L-ewwel plejer Għawdxi li rebaħ l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena kien Eddie Vella fl- istagun 1974/75. Għalhekk Shaun Bajada kien it-tieni plejer Għawdxi li rebaħ dan l-unur fl-istaġun 2009/2010. L-ewwel plejer li lagħab għal Malta kien ukoll Eddie Vella li ddebutta kontra l-Greċja fil-11 ta' Ottubru, 1970, u lagħab tmien darbiet għal Malta. Shaun Bajada ddebutta ma' Malta kontra l-Armenja fit- 2 ta' Frar, 2008 u lagħab 33 logħba internazzjonali. Dawn il-figuri huma approssimattivi għaliex ċerti partiti li ntlagħbu barra minn Malta, fil- gazzetti kien ikun hemm biss rapport, ġeneralment qasir, mingħajr line-ups. Eddie Vella beda l-karriera tal-futbol f 'Malta ma' Vittoriosa Stars fit-tielet diviżjoni fl-istaġun 1962/63. Fl-istaġun 1963/64 ingħaqad ma' Valletta FC fejn lagħab fil-kampjonati tar-Reserves u tal-Under 21, u fl-istess ħin kien jilgħab ukoll ma' Valletta St Paul's. fil-M.A.F.A. League. Fl-Ewwel Diviżjoni (illum Premier League) Eddie Vella dejjem lagħab ma' Valletta FC, mill-istaġun 1963/64 sal-istaġun 1975/76. Hu ddebutta ma' Valletta FC fil-partita tal-European Cup Winners Cup kontra Real Zaragoza (0-3) fis-6 ta' Settembru, 1964. Lagħab ma' Valletta 151 darba fil-Kampjonat tal-Ewwel Divizjoni (illum il-Premier League). Hu rebaħ iċ- Championship ta' dik li kienet l-Ewwel Diviżjoni (illum Premier League) fl- istaġun 1973/74, l-FA Trophy fl-istaġun 1974/75, u l-Cassar Cup fl-istaġuni 1965/66 u 1968/69. Fl-istagun 1976/77 hu lagħab ma' Balzan Youths fir-raba' diviżjoni u fl-istaġun 1978/79 hu spiċċa l-karriera tiegħu f 'Malta mat-tim li miegħu beda l-karriera tiegħu, Vittoriosa Stars, flt- Tieni Diviżjoni. Shaun Bajada ddebutta ma' Floriana f 'logħba tal-Premier League kontra Ħamrun Spartans (2-0) fit- 28 ta' April, 2001, meta kellu biss 17-il sena, tmien xhur u disat ijiem. Hu lagħab ukoll ma' Marsaxlokk, Msida St Joseph, Birkirkara, Valletta u Sliema Wanderers. Hu lagħab 298 partita fil-Premier League ma' dawn il-klabbs. Hu rebaħ il-Premier Championship ma' Marsaxlokk fl-istaġun 2006/2007, ma' Birkirkara fl-istaġun 2008/2009 u ma' Valletta fl-istaġun 2013/2014; l-FA Trophy ma' Birkirkara fl-istaġun 2007/2008 u ma' Valletta fl-istaġun 2013/2014. L-aħħar logħba tiegħu kienet ma' Valletta FC fil-21 ta' Awwissu, 2015 f 'logħba tal-Premier League kontra St Andrew's (3-0) ftit jiem qabel ma ngħaqad ma' Għajnsielem FC fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni f 'Għawdex, għall- aħħar tal-istess xahar. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu imur għall-istoriku tal-futbol Għawdxi, George Vella Muskat. Eddie Vella - l-ewwel plejer Għawdxi li rebaħ l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena fl-istagun 1974/75. Shaun Bajada f 'konfront għall-ballun ma' Zlatan Ibrahimovic

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2016