Illum previous editions

ILLUM 3 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Kif għażilt ir-refeering u propju r-refeering fil-futbol? Dejjem kont inħobb il-logħba tal- futbol u minn età żgħira, kont nilgħab il-futbol mat-tim tar-raħal tiegħi, Birzebbuga Windmills. Il-kuġin tiegħi huwa l-eks-FIFA Assistant Referee, Ingmar Spiteri, li darba kien organizza attività fejn kien hemm numru kbir ta' referis u tħajjart nagħmel il-kors. Minn dakinhar 'l hawn, qatt ma ħarist lura, għalkemm kelli biss 14-il sena. Ftit tal-jiem ilu int ingħatajt l-aħbar li għall-ewwel darba kont intgħażilt fuq il-panel tal-FIFA bħala referi X'emozzjoni ħassejt meta ngħatjat din l-aħbar? Kull referi jkollu xewqa li javvanza fil- karriera tiegħu. Meta bdejt il-karriera tiegħi bħala referi, ix-xewqa tiegħi kienet dik li nirrefja logħba Premier. Meta wasalt hemm, ħarist lejn il-ħolma li kien imiss, dik li nilħaq referi tal- FIFA u l-ħolma tiegħi saret realtà. Meta ġejt mgħarraf li jien nominat għal fuq il-FIFA panel kien sodisfazzjon kbir, biss inkun onest li sakemm ħadt l-aħbar li jien verament kont ilħaqt FIFA referi kienu jiem ta' tensjoni għalija u għall-familja tiegħi. Wasalt hawn żgur bis-saħħa tas-sapport kontinwu tal- mara u tal-familjari, għaliex mingħajr is-sapport tagħhom, diffiċli biex tasal speċjalment meta jkollok tfal għadhom żgħar. Ir-refereeing jeħodlok ħafna ħin. Ftit tal-jiem ilu kont Limassol, f 'Ċipru, fejn attendejt għall-Kors Introduttorju tal-UEFA għal Referees Internazzjonali. Tina iktar dettalji fuq verament x'involva dan il-Kors li żgur li sewa mitqlu deheb fil-karriera tiegħek ta' referi. Dan it-tip ta' kors isir kull sena għal referis ġodda fuq il-panel tal-FIFA bħali, kif ukoll għal Elite Referis tal- Ewropa u dawk li ġew promossi minn kategorija għal oħra. Kien kors intensiv ħafna, fejn apparti diskussjonijiet u struzzjonijiet fuq ir-regoli tal-logħba tal-futbol, kull referi jigi assessjat fuq il-fiżika u kemm jaf ir-regolamenti tal- logħba. Hija esperjenza unika għaliex miegħek fl-stess kors ikun hem referis ta' fama internazzjonali, fosthom dawk li se jkunu qed jikkontrollaw partiti fl- EURO 2016. F'dan il-kors jien u l-kollega tiegħi Trustin Farrugia Cann morna tajjeb ħafna. Ġibna riżultati tajbin kemm fit-testijiet fiżiċi li l-UEFA jagħfsu ħafna fuqhom, kif ukoll testijiet tar- regolamenti tal-logħba - riżultat li juri li għalkemm aħna ġejjin minn pajjiż żgħir, bla ebda dubju nistgħu nkunu mal-aqwa fl-Ewropa. Il-ġurnalisti li jsegwu mill-viċin il-logħob tal-Premier, jinnutaw li r-rispett lejn ir-referis naqas ferm? Tikkonferma dam? M'iniex tal-istess opinjoni. Ir-referi qiegħed hemm biex jikkontrolla partita u jara li r-regolamenti jiġu osservati, ovvjament xi tim jew ieħor mhux se jieħu pjaċir b'ċerti deċiżjonijiet li jkunu kontriehom, biss nemmen li fl-aħħar mill-aħħar dan huwa sport fejn xi ħadd irid jieħu deċiżjoni u għalkemm ikun hemm mumenti li tara ċerti konfrontazzjoni fil-partiti, dan ikun biss ta' dak il-mument. Mill-kummenti li tisma' mill-istands, tħoss li l-pubbliku sportiv Malti li jsegwi l-logħbiet tal-Premier, fadallu x'jimmatura? Biex inkun onest, ma tantx tisma' kummenti waqt li tkun qiegħed tikkontrolla partita - dak il-ħin, tkun qed tikkonċentra fuq dak li jkun qed iseħħ quddiemek għaliex ovvjament dak huwa xogħol ir-referi. Il-partitarji jiġu l-grawnd biex jaraw lit-tim favorit tagħhom u dejjem ikunu jixtiequ lit-tim tagħhom jirbaħ. Nemmen li l-maġġoranza tal-partitarji huma maturi. Minn fejn jiġu l-akbar insulti - mill- partitarji fl-istands jew mill-plejers fil-grawnd? Kif diġà semmejt mill-partitarji ma tantx tisma' insulti għaliex tkun konċentrat f 'dak li qed tagħmel. Ma niddeskrivix ir-rabja tal-plejers bħala insulti, u jekk referi jieħu deċiżjoni fil-partita, trid tifhem li l-plejer ta' dak it-tim jista' jkun kemxejn irrabjat. Dik ir-rabja li jkun hemm fil-grawnd iddum biss sad-90 minuta u l-plejers tagħna huma maturi biżżejjed biex wara l-partita jikkalmaw. Xi tħoss meta xi kultant jinstemgħu titli oxxeni indirizzati lejk? Itellfuk waqt il-kontroll tal-logħba jew drajthom u ma tagħtix kas? Huwa diffiċli biex tisma' l-kliem eżatt meta tkun konċentrat f 'dak li qed tagħmel u maż-żmien tidra ma tagħtix kashom. Biss meta tisma' xi kummenti dispreġġjattivi indirizzati lejk, ovvjament tħoss ukoll. Kulħadd irid jifhem li referi huwa bniedem uman - tweġġa' meta tisma' nies jgħaddu rimarki fuq il-familja tiegħek, għaliex dawn ma jaħtu xejn. Ir-referi qiegħed hemm għall-akbar ġid tal-logħba tal- futbol. Kif tipprepara ruħek fiżikament u psikoloġikament qabel il-logħba? Kuljum nittrenja b'mod personali u anki mal-kowċ tar-referis, Ronald Zammit, li jippreparana tajjeb matul l-istaġun. Meta tirċievi l-appointment tal-logħba fil-bidu tal-ġimgħa, wieħed ikun irid iqassam it-taħriġ biex jipprepara ruħu għall-partita li jkun appuntat għaliha. Min-naħa l-oħra, meta nirċievi l-ismijiet tat-timijiet li nkun se tirrefja, normalment nara xi filmati tal-partiti tagħhom kif ukoll nistudja l-klassifika. Naf li psikoloġikament trid tkun b'saħħtek biżżejjed biex ma tiġix influwenzat mill-kummemti tan-nies mhux biss qabel il-logħba iżda anki wara l-logħba. Kif tagħmel dan? Dan kollu jiġi mill-esperjenza li wieħed jibni matul il-karriera. Ovvjament, ikollna ċertu għajnuna mingħand nies bħal psikologa Adele Muscat li jgħinu lir-referis biex jippreparaw ruħhom psikoloġikament tajjeb qabel ċerti partiti. Qabel partita dejjem insib ħin kwiet fejn normalment noqgħod nara xi DVD ta' xi partiti li nkun diġà rrefjajt. Mhux faċli meta jkollok familja, u tmiem il-ġimgħa jkun l-uniku ħin li tista' tqatta' magħhom. Kif tħares lejn il-livell tal-futbol Malti? Tħoss li dan naqas jew żdied minn kemm ilek tirrefja? Dan huwa l-ħames staġun tiegħi fl- ogħla diviżjoni tal-futbol Malti. Il-livell huwa wieħed tajjeb ħafna, li jkompli joħroġ iktar fid-deher speċjalment meta tara wkoll il-livell tal-plejers barranin li qed jiġu jilagħbu f 'pajjiżna. Dan huwa żgur ta' awgurju għall-futur, għalkemm dejjem hemm fejn intejbu l-livell tal-logħba tant popolari tal-futbol f 'pajjiżna, u nemmen li jekk niġbdu ħabel wieħed għandna nkomplu f 'din it-triq it-tajba. Tina d-dettalji kollha rigward l-ewwel appointment internazzjonali bil-badge tal-FIFA li kellek ftit tal-jiem ilu fi Spanja. Id-debutt internazzjonali tiegħi bħala referi kien wieħed feliċi u ta' sodisfazzjon ġewwa Spanja. Is-Sibt 26 ta' Marzu kont fl-azzjoni fil- partita minn Grupp 1 fl-Elite Under 19 Tournament bejn iċ-Champions renjanti Spanja u t-tim nazzjonali tal- Georgia. Din kienet logħba kumbattuta li spiċċat fi draw ta' 1-1. Imbagħad it-Tlieta 29 ta' Marzu, ikkontrollajt it-tieni u l-aħħar partita bejn il-Greċja u Georgia li ntemmet f 'rebħa ta' 2-1 għall-Greċja. F'dan it-tournament kelli osservaturi mir-Russja kif ukoll mill- Estonja li assessjaw il-prestazzjonijiet tagħna r-referis fiż-żewġ partiti u kellhom kliem pożittiv fil-konfront tagħna. Ir-referis l-oħra għal dan it- tournament kienu ġejjin minn Franza, l-Awstrija u Spanja stess. Għal dan it- tournament kelli jassistini lill-assistent referi internazzjonali Jurgen Spiteri li kellu wkoll prestazzjonijiet mill- aqwa f 'dawn il-loghbiet. Minn issa 'l quddiem nistennew xi appointments internazzjonali oħra li jistgħu jappuntawna għalihom il-UEFA. Int żort diversi stadia barra minn Malta. Kif tqis ir-riżorsi li għandna f 'Malta fejn wieħed jista' jagħmel it-taħriġ tiegħu meta kkumparati ma' dawk li wieħed isib barra minn Malta? Wieħed irid jaċċetta l-fatt li f 'Malta r-riżorsi huma limitati. Meta tmur barra mill-pajjiż, tara differenzi kbar, biss b'dak li għandna, dejjem ġibna riżultati sodisfaċenti, u qatt m'għandna naqtgħu qalbna. Aħbar li xxukkjat x-xena tal-futbol lokali kienet dik tar-riżenja ta' Adrian Casha minn Kap tad-Dipartiment tar-Refereeing. X'kien ifisser għalik Adrian Casha u kif ħadt l-aħbar li rreżenja. Qatt stennejt li Casha kien se jirriżenja minn din il-kariga wara ħames snin wara l-ġid li għamel għar- referis Maltin? Adrian Casha huwa l-persuna li emmen fija bħala referi. Huwa l-persuna li tani ħafna miċ-ċansijiet biex nirrefja logħbiet ta' importanza fil-Kampjonat Malti. Meta tqis li qabel ma' lħaqt referi tal-FIFA, mort nirrefja f 'diversi skambji barra minn xtutna, żgur li kien ta' importanza biex fi ftit snin kont preparat biex nilħaq l-għan tiegħi ta' FIFA referi. Referi mhux dejjem ikun għaddej minn mumenti tajbin, biss kemm jekk dak li għandu x'jaqsam ma' futbol kif ukoll affarijiet familjari, lil Adrian dejjem issibu hemm. Kienet aħbar li ħasdet ukoll lis- illum | Il-Ħadd 03 t'April 2016 Cristian Antony Muscat Fyodor Zammit - għalkemm għad għandu biss 30 sena, jista' jiġi deskritt bħala wieħed mill-aqwa referis tal-futbol Malti fil-preżent Fost l-aqwa referis tal-futbol Sports 34 "Adrian Casha huwa l-persuna li emmen fija bħala referi; huwa l-persuna li tani ħafna miċ-ċansijiet biex nirrefja logħbiet ta' importanza fil- Kampjonat Malti"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2016