Illum previous editions

ILLUM 3 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 03 t'April 2016 | illum tal-futbol lokali fil-preżent Sports 35 settur tar-referis. Biss, issa hemm bzonn li nkomplu nħarsu 'l quddiem taħt it- tmexxija l-ġdida ta' Kevin Azzopardi. Propju ftit mumenti wara li rreżenja Adrian Casha, ġie assenjat Kevin Azzopardi biex jibda jokkupa din il-kariga. X'tikkummenta fuq dan il-persuna u kif taħseb li se jkun qed jgħin lid-dipartiment tar-refereeing fi ħdan l-MFA? Bla dubju ta' xejn, Kevin Azzopardi huwa bniedem ta' integrità kbira u għandu għal qalbu ħafna r-refereeing. Kif semmejt int, sa ftit snin ilu, aħna bħala referis, konna għadna nirrefjaw ma' Kevin innifsu, u din żgur se tgħin lil Kevin fil-ħidma tiegħu fil-kariga l-ġdida. Huwa żgur li se jkompli jibni fuq it-tajjeb li diġà sar, u flimkien għandna nkomplu naħdmu biex intejbu l-livell tar-refereeing f 'pajjiżna. Żgur li se jkun qiegħed viċin tagħna biex jgħinna ntejbu l-prestazzjonijiet tagħna u se jkun qed isib is-sapport tagħna r-referis. X'tikkummenta fuq l-amministrazzjoni tal-MFA immexxija mid-duo Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo? Saru tibdiliet kbar u nemmen li fadal ħafna xi jsir. L-MFA hija mmexxija minn żewġ persuni b'tim sħiħ ta' nies li jafu fejn iridu jaslu u nemmen li jaslu. Ovvjament, mhux faċli tikkuntenta lil kulħadd u mhux se jsir kollox mil-lum għal għada, iżda t-triq fejn iridu jaslu jafu liema hi u mingħajr ħafna daqq ta' trombi, jaslu wkoll. Taħseb li għad jasal żmien f 'Malta fejn wieħed ikun jista' jaqla' l-għixien tiegħu biss mir-refeering? Nemmen li dak huwa tragward li lkoll irridu nħarsu lejh biex inkomplu ntejbu l-livell tagħna. Mhux faċli u hemm bżonn ikun hemm għajnuna minn diversi partijiet fosthom il- Gvern Ċentrali. Xejn mhu impossibli - nistennew u naraw! Tittrenjaw flimkien bħala referis li tirrefjaw f 'Malta? Tagħmel ukoll xi taħriġ personali fosthom ġiri? Darbtejn fil-ġimgħa jkollna taħriġ kollettiv mal-kowċ, mill-bqija nittrenja b'mod personali fosthom il-ġiri. Għandek xi ħolma partikolari fil- karriera ta' referi? Il-ħolma kienet dejjem li nilħaq FIFA Referi. Din seħħet, biss issa rrid inħares 'il quddiem u għalkemm għadni żgħir fl-età, huwa l-ħin u l-mument li jkolli prestazzjonijiet tajbin kemm fil-logħob internazzjonali kif ukoll f 'dak lokali li niġi appuntat għalih. L-għan huwa li ovvjament inżomm posti fuq il-Panel tal-FIFA u nagħmel l-aħjar li nista' biex nigi promoss għal kategoriji iktar għolja fil-FIFA. Għandek xi idolu partikolari kemm fil-ħajja in ġenerali u anki fil-kamp sportiv forsi xi referi? Idoli ma tantx għandi fil-ħajja ġenerali, għalkemm ma niddejjaqx ngħid li dejjem ħarist lejn il-ġenituri tiegħi bħala l-persuni li għandi nimxi fuq il-passi tagħhom. Missieri mhux xi wieħed li jħobb ħafna l-logħba tal- futbol, biss huwa bniedem li dejjem tani pariri siewja kif għandi naffaċja l-ħajja. Rigward futbol, jogħġobni ħafna l-istil tar-referis Taljani u bħalissa ma tistax ma ssemmix lil Nicola Rizzoli, li naħseb li bħalissa huwa fost wieħed mill-aqwa referis. Kelli x-xorti wkoll niltaqa' miegħu ftit tal-ġimgħat ilu ġewwa Ċipru. Naf li wara l-logħbiet taraw xi filmati tal-logħob fejn hemmhekk tiddiskutu xi azzjonijiet kontroversjali li fihom tkunu involuti intom ir-referis. Kemm jgħinu dawn il-laqgħat? Ikollkom laqgħat ta' informazzjoni u ta' aġġornamenti fir-regoli bħala referis li tikkontrollaw il-logħob tal-futbol f 'pajjiżna? Minn dan l-aspett nista' ngħid li aħna vera fortunati li għandna organizzazjoni daqshekk tajba. Darba fix-xahar niltaqgħu r-referis ta' Malta kollha għal dak li nsejħulu 'Instructional Meeting' fejn niddiskutu xi regolamenti u xi filmati tal-partiti kemm lokali kif ukoll mill-Ewropa. L-Elite Referis jerġgħu jiltaqgħu drabi oħra fejn hemmhekk inkunu nistgħu naraw filmati tal-partiti tagħna stess mill-kampjonat lokali, kemm dawk pożittivi kif ukoll xi nuqqasijiet, jintwerew u niddiskutu lkoll flimkien x'seta' sar aħjar. Bla ebda tlaqliq, ngħid li dawn il- laqgħat huma simili ħafna ta' dawk li jsiru barra minn Malta, b'hekk il-livell tagħna qed jogħla u meta mmorru barra minn xtutna għal korsijiet bħal dawn, qed immorru tajjeb. Laqgħat bħal dawn huma ta' għajnuna kbira għaliex kulħadd jitgħallem minn xulxin. Fl-aħħar mill-aħħar, l-għan tagħna lkoll huwa li nkomplu ntejbu l-livell tagħna bħala referis. Kif qed tħares 'il quddiem lejn il- karriera tiegħek ta' referi speċjalment issa li ġejt appuntat fuq il-panel tal- FIFA? Qed inħares 'il quddiem b'entużjażmu kbir, minn issa 'l hemm nibdew nistennew l-appointments internazzjonali biex b'hekk inkompli nkabbar l-esperjenza tiegħi barra minn xtutna. Dejjem kienet il-ħolma li nirrapreżenta lil pajjizi u se nkun qed nagħmel minn kollox biex immur tajjeb u nġib kemm jista' jkun logħob tajjeb 'il quddiem. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jixtiequ jieħdu bis-serjetà l-futbol u min jaf forsi bħalek jagħmlu karriera bħala referi. Il-karriera ta' referi hija bla dubju karriera li toffri sodisfazzjon kbir. Ir- refeering lili għeni nikber u nsir ir-raġel li jien illum. Żgur li mhux faċli għax kif diġà għidna, trid tagħmel ħafna sagrifiċċji, imma f 'liema sport ma tridx tagħmel is-sagrifiċċji jekk trid li tirnexxi? Ninkoraġġixxi liż-żgħażagħ li huma interessati f 'din il-karriera biex jidħlu fl-akkademja tar-referis - xi ħaġa ġdida għal qasam tar-referis li qed tħalli l-frott tagħha. Twieled fit-8 ta' Lulju 1985 Miżżewweġ lil Lara u għandhom tifel ta' 3 snin, Zack Minn età żgħira, kien jilgħab il-futbol mat-tim tar-raħal tiegħu, Birzebbuga Windmills Beda l-karriera tiegħu ta' referi meta kellu biss 14-il sena Ingmar Spiteri u Chris Lautier kienu l-persuni li ħegguh jibda din il-karriera Matul Jannar li għadda, ingħata l-Badge tal- FIFA bħala referi għall-ewwel darba Iddebutta internazzjonalment bħala referi fil- logħba Elite ta' taħt id-19-il sena bejn Spanja u Georgia L-idolu tiegħu fir-refereeing huwa r-referi Taljan, Nicola Rizzoli Fyodor Zammit Ritratt: Raphael Farrugia "Sakemm ħadt l-aħbar li jien verament kont ilħaqt FIFA referi kienu jiem ta' tensjoni għalija u għall-familja tiegħi"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2016