Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114
illum | Il-Ħadd 03 t'April 2016 Ritratt tal-ġimgħa Ritratt: Photocity Ir-ritratt tal-ġimgħa huwa dwar il-persuna tal- ġimgħa: Hector Bruno, li wara tliet snin nieqes mix-xena reġa' deher fuq Xarabank nhar il-Ġimgħa li għadda. Bruno sab il-kuraġġ li jiftaħ qalbu dwar id- dipressjoni u kif qed jiġġilidha u kien ta' ispirazzjoni għal ħafna nies. Kuraġġ Hector! Proposta għal għajnuna mill-Gvern għax-xiri ta' proprjetà antika minn Albert Gauci Cunningham JANE Chircop, membru tal-BICC (Building Industry Consultative Council) u negozjanta fil-proprjetà, f 'kummenti mal-ILLUM qalet li l-Gvern għandu joħloq skemi, simili għal dawk imħabbrin tal-First Time Buyers fl-aħħar żewġ baġits biex ikun inkoraġġut il-bejgħ ta' djar u palazzini antiki. Mal-ILLUM, Chircop saħqet li għajnuna lil min interessat jixtri, jirrestawra u jippreserva djar antiki fil-villaġġi u rħula ta' Malta tgħin biex ikun preservat dak li ddeskriviet bħala, "il-qalba tal-irħula tradizzjonali Maltin." Fl-iskema tal-First Time Buyers dawk li xtraw l-ewwel proprjetà tagħhom iffrankaw it-taxxa tal-boll. Fil-fatt, Jane Chircop, kemm fil-kapaċità tagħha fil-BICC kif ukoll bħala stakeholder fis-settur tal-proprjetà, spjegat kemm jeżisti interess min-nies barranin li jiġu u jixtru proprjetà antika. Hi stess fl-2011 bdiet diskussjonijiet ma' diversi sidien ta' djar u palazzini antiki li ma kellhom ebda ħsieb jew riżorsa biex jirrestawrawhom. Hi spjegat kif wara konsultazzjoni wiesgħa, kienet bdiet proġett pilota f 'Għawdex li jitratta proprjetà skedata fil-qalba tal-irħula Maltin, fejn serviet ta' aġent bejn is-sidien u dawk li xtaqu jixtru proprjetà antika hawn Malta. "Il-fatt li din l-iskema kienet ta' suċċess, mhux biss f 'Għawdex minn fejn bdejnieha, imma wkoll madwar il-pajjiż kollu, juru kif parti mis-suq ta' dawk li qed ifittxu proprjetà f 'Malta qiegħed ifittex djar ta' ċertu preġju storiku li f 'pajjiżhom mhux neċessarjament isibu bħalha." Mistoqsija għalfejn tħoss li l-Gvern għandu jgħin jekk hemm il-privat li qed joħroġ bi skemi hu, Chircop fakkret kif huwa fl-interess ta' kulħadd, mhux tal-privat biss li d-djar u l-proprjetà antika tkun riġenerata minflok titħalla taqa' biċċiet. "Huwa fl-interess tal-Gvern ukoll li jara li dak li huwa storiku u li jirrapreżenta dak li hu Malti jkun preservat." Għal dan il-għan, Chircop ipproponiet li apparti li l-Gvern joffri inċentiv finanzjarju lix-xerrejja ta' djar antiki, joħloq ukoll konoxxenza dwar is-sabiħ u l-kumdità li familja jew persuna jkollha din it-tip ta dar. "Huwa importanti li noħolqu għarfien dwar is- sabiħ li jkollok il-privatezza u aktar spazju, kif ukoll li jkollok il-bejt u proprjetà li hija effiċjenti mil-lat ta' enerġija. Teħodniex ħażin," kompliet tispjega Chricop, "mhux qed ngħid li m'għandux ikun hemm appartamenti, iżda sabiħ li jkollna bilanċ ikbar. Bilanċ bejn il-ġdid u l-antik, bejn l-blokok u d-djar antiki. L-iżviluppaturi li ltqajt magħom jaqblu ma' din il-linja ta' ħsieb u għalhekk inħoss li l-Gvern għandu jappoġġja dan il-bilanċ biex ikollna verament żvilupp sostenibbli." Hija qalet kif kważi kuljum, proprjetà antika tispiċċa fis-suq minħabba mewt u għalhekk tħoss li wasal iż-żmien li s-supply li qed jinħoloq fis-suq, tiġi milqugħa b'domanda, li allura ma tħalliex dawn il-postijiet jaqgħu u jitmermru. Jane Chircop qed tipproponi li l-Gvern inaqqas mit-taxxa tal-boll għal dawk ix-xerejja ta' proprjetajiet antiki