Illum previous editions

ILLUM 3 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 03 t'April 2016 | illum Sejħa għall-Espressjonijiet ta' Interess Jinteressak tkun parti minn tim involut fil-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-2017? I s s a h u w a ċ -ċ a n s t i e għ e k . Qed infittxu applikanti prospettivi sabiex ikunu involuti f'attività ta': K o m u n i k a z z j o n i u / j e w K o r d i n a t u r i f i l - q a s a m t a l - a m b j e n t u a g r i - f i s h . Għal aktar informazzjoni nistiednuk iżżur is-sit tal-Ministeru fuq l-indirizz elettroniku www.environment.gov.mt. Data tal-għeluq 15 t'April 2016. Marlene m'għadhiex waħedha għat-tielet partit Tkompli minn paġna 1 IS-SORSI li tkellmu mal- ILLUM qalu wkoll li l-istess għaqda ilha għal dawn l-aħħar xhur tfittex persuni li jistgħu jieħdu f 'idejhom it-tmexxija tagħha biex din tkun iktar organizzata u preparata għal kampanja elettorali f 'temp ta' sentejn u nofs. Din il-gazzetta hija infurmata wkoll li hemm min huwa lest li jiffinanzja lill-għaqda biex din tkun tista' tmexxi kampanja elettorali u twassal il- messaġġ tagħha, li s'issa dejjem kien iffukat fuq kwistjoni waħda, jiġifieri dik tal-immigrazzjoni. Is-sorsi li tkellmu magħna qalulna li l-vojt li ħolqot id- diżillużjoni fiż-żewġ partiti politiċi, bħalissa qed twassal biex numru ta' għaqdiet u persuni b'ideoloġiji politiċi differenti jippruvaw jaraw kif se jimlew dak l-stess vojt. "Il-kwistjoni mhux se tkun jekk hux se jkun hemm partit ġdid, jew forza ġdida. Il-kwistjoni kollha se tkun liema se jkun dan il-partit ġdid." L-istess sorsi li tkellmu magħna wrew ukoll l-inkwiet serju tagħhom għal dak li se jkunu qed iħabbru l-'patrijotti' nhar il-Ġimgħa. "M'għandniex għalfejn inkunu sorpriżi li l-lemin estrem se joħroġ għall- elezjoni f 'pajjiżna. Dan qed jiġri fl-Ewropa kollha. Imma għax qed jiġri fl-Ewropa kollha, ma jfissirx li mhux perikoluż. Huwa perikoluż li jkollok partit li se jkollu għajta simili għal dik ta' Le Pen fi Franza u Farage fir- Renju Unit." Minkejja dan, ta' min wieħed ifakkar li l-attentat tal-Għaqda Patrijotti mhux se jkun l-ewwel tax-xorta tiegħu hekk kif partiti simili, li kellhom l-immigrazzjoni bħala l-bażi tal-politika tagħhom, diġà kienu pparteċipaw f 'elezzjonijiet oħrajn bi ftit li xejn suċċess. Bla suċċess fl-elezzjoni ġenerali Fil-fatt, ħarsa lejn l-elezzjoni ġenerali tal-2008 turi kif il-Partit Azzjoni Nazzjonali mmexxi minn Josie Muscat, kien ġab biss 1,461 vot, jew 0.5% tal-voti validi mitfugħa. Il-Partit li kien iktar lejn il-lemin minn Azzjoni Nazzjonali, jiġifieri Imperium Europa mmexxi mill-estremista lemini Normann Lowell lanqas biss kien akkwista 100 vot. Fil- fatt kien ġab 84 voti b'kollox. Fl-2013 dawn il-partiti ma' ħarġux għall-elezzjoni. Iktar voti fl-elezzjonijiet tal-PE Minkejja dan, l-affarijiet kienu xi ftit iktar differenti meta l-pajjiż kien mitlub jivvota f 'elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Hawnhekk, għalkemm is-suċċess xorta kien limitat ħafna, il-voti lill- partiti tal-Lemin kienu aktar, probabbilment riżultat ta' voti ta' protesta. Fil-fatt fl-aħħar elezzjoni għall-Parlament Ewropew fl- 2014, Imperium Europa kienu ġabu 6,761 vot, jew 2.6% tal-vot totali, bil-maġġoranza kbira tagħhom imorru għand Lowell. Fl-2009 l-istess partit ibbażat fuq l-ideoloġija leminija kien akkwista 3,637 vot. L-Azzjoni Nazzjonali kienet kisbet aktar voti fl-2009 u kisbet 202 vot biss fl-2014. Partiti Voti % Bidla Partit Nazzjonalista 143,468 49.34 –2.5 Partit Laburista 141,888 48.79 +0.8 Alternattiva Demokratika 3,810 1.31 +0.6 Azzjoni Nazzjonali 1,461 0.50 +0.0 Imperium Europa 84 0.03 +0.0 Partit Għawdxi 37 0.01 +0.0 Laqgħat sas-2:00am imma l-ebda deċizjoni finali Intant, l-ILLUM tista tiżvela wkoll li saret maratona ta' laqgħat fil-lejl ta' bejn is-Sibt u l-Ħadd bejn Marlene Farrugia u gruppi ta' nies dwar il-ħolqien ta' partit ċentru-xellugi. Din il-gazzetta hija nfurmata li minkejja li dawn il-laqgħat baqgħu għaddejjin sas- 2:00am baqa' ma kien hemm l-ebda deċiżjoni finali u deċiżiva dwar diversi punti saljenti li jirrigwardaw ideoloġija u politiki. Diversi persuni arrestati b'rabta mad-droga IKTAR minn 40 persuna ġew miżmuma mill-Pulizija, b'konnessjoni ma' tfittxijiet u sejbiet tad-droga. Il-persuni kollha miżmuma kienu ta' nazzjonalità barranija. Fi stqarrija, il-pulizija qalet li bejn id-29 u t-30 ta' Marzu, ġew arrestati tliet persuni. Fil-pussess tagħhom kellhom ammont ta' pilloli suspettati ecstasy, kif ukoll sustanzi suspettati kokaina u ketamina, f 'ċirkostanzi u ammonti li juru li ma kinux għall-użu esklussiv tagħhom. Tnejn minn dawn il- persuni tressqu b'arrest quddiem il-Qorti u akkużati bl-importazzjoni u pussess aggravat tal-istess sustanzi. Huma ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom u ngħataw piena ta' 4 snin ħabs kull wieħed, flimkien ma' multa. Fil-lejl ta' bejn il-31 ta' Marzu u l-1 t'April waqt ħidma bejn membri tal-iskwadra ta' kontra d-Droga assistiti mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra, ġew arrestati madwar 23 persuna oħra. Huma nstabu fil-pussess ta' sustanzi suspettati ecstasy u kokaina. Uħud minn dawn il-persuni diġà tressqu il-Qorti akkużati bil-pussess aggravat u traffikar tal-imsemmija sustanzi. Matul il-ġurnata tal-1 t'April, ġew arrestati ġewwa r-Rabat 15-il persuna oħra, li fil- pussess tagħhom instabu ukoll sustanzi suspettati ecstasy u kokaina. Membri tal-Għaqda Patrijotti Maltin waqt l-aħħar protesta tagħhom Elezzjoni Ġenerali 2008

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2016