Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114
FL-ISTĦARRIĠ li sar online fuq is-sit ta' din il-gazzetta illum.com.mt, kienu iktar min-nofs, eżattament 55% li qalu li mhux se jivvutaw għall-partit il-ġdid fl- elezzjoni minħabba li dawk li diġà tkellmu dwar dan, ma tistax tafdahom. Fil-maġġoranza tal- kummenti ta' dawk li vvutaw f 'dan l-istħarriġ, kien hemm is-sens ta' sodisfazzjon bit- tmexxija ta' dan il-Gvern u l-Prim Ministru, b'ħafna jgħidu li se jerġgħu jivvutaw lill-Partit Laburista, u semmew diversi miżuri li ħa dal-Gvern. Kumment li jsostni dan, ġej mingħand Alfred Vella li qal li se jerġa' jivvota Labour, iżda xorta wera daqsxejn ta' dubju dwar il-governanza u n-nuqqas ta' kontabbiltà tal-ministri fil- Gvern: 'Suċċess f 'kull qasam tas-soċjetà: finanzi, pensjoni, roħs ta' prezzijiet...kollox morna 'l quddiem, imma l-ministri jridu jkunu iktar kontabbli.' 14% ta' dawk li vvutaw, min- naħa l-oħra wrew l-appoġġ tagħhom lil dan il-partit billi wieġbu li m'għadx għandhom fiduċja fil-Partit Laburista jew fil-Partit Nazzjonalista. Kienu 23% dawk il-persuni li fl-istħarriġ qalu li ma jivvutaw lill-partit il-ġdid għaliex il- pajjiż diġà għandu biżżejjed partiti, waqt li kienu inqas minn 2% li qalu li jivvutaw lil dan il-partit minħabba li l-Alternattiva Demokratika m'għandhiex saħħa. Jissemma' s-sentiment ta' 'bitterness' u li dan il-partit se jkun ibbażat fuq nies li rribellaw għax ma ħadux dak li riedu, u jidher f 'kumment ta' Arthur Dimech li jgħid, 'Fl-opinjoni tiegħi, dawn li s'issa jidhru li se jkunu fil- partit il-ġdid huma kollha taparsi politiċi li għax ma laħqux l-għeneb, qed jgħidu li huwa qares. Huma kollha nies opportunisti li lanqas jadu xi jridu, ibda minn Marlene Farrugia.' Kumment ta' xi ħadd Axisa jkompli jsostni dan, waqt li jitfa dubju fuq iż-żewġ partit ewlenin iżda xorta għad għandu l-iktar fiduċja fil-PL. Il-kumment jgħid li jinsab kuntent bil-maġġoranza tal-affarijiet li qed jagħmel il-Gvern minkejja li 'hemm ċerti żbalji jdejquni', waqt li għadu ma jħossx li jista' jafda lill-Partit Nazzjonalista. Dwar it-tielet partit, kompla jsostni li, 'ma nafdax pinnuri u lil min il-motto tiegħu jkun li jekk ma tgħaddix tiegħu, inkisser u nfixkel, għax dak dittatorjat.' illum | Il-Ħadd 03 t'April 2016 Aħbarijiet 6 Kieku kellu jkun hemm partit ġdid għall-elezzjoni ġenerali li jmiss... Tivvutalu? 2% 24% Iva, għax m'għandix fiduċja fil-PL u l-PN Ma nafx 5% Le, għax għandna biżżejjed 14% Iva, għax l-AD m'għandix saħħa Le, għax dawk li tkellmu dwar partit ġdid s'issa ma tistax tafdahom 55% 54% ma jafdawhomx Maġġoranza jgħidu li min tkellem fuq il-partit ġdid ma tistax tafdah ? Il-gazzetta ILLUM din is-sena se tagħlaq 10 snin mill-ewwel pubblikazzjoni tagħha. Matul dawn is-snin l-ILLUM saret sinonima ma' stejjer li jinvestigaw temi soċjali u politiċi, kif ukoll analitiċi b'linja editorjali liberali u progressiva. Bħalissa din il-gazzetta flimkien mas-sit illum.com.mt qed tfittex li tespandi t-tim ġurnalistiku tagħha. Il-kandidat magħżul jeħtieġ ikollu l-ħeġġa, il-passjoni u d-determinazzjoni meħtieġ minn ġurnalist filwaqt li jkollu għarfien tajjeb ħafna tal-ġrajjiet kurrenti, soċjo-politiċi f 'pajjiżna. Il-persuna magħżula għal dan il-post vakanti jeħtieġ ikollha l-abbilità li tikkomunika b'Malti tajjeb u li tkun kapaċi tirriproduċi x-xogħol f 'kitba effettiva, fattwali u b'użu korrett tal-lingwa. Esperjenza f 'dan il-qasam u kwalifiki relatati huma importanti għalkemm il-kandidat magħżul jingħata t-taħriġ kollu neċessarju. Kull min huwa interessat għandu jibgħat CV sa mhux aktar tard mis-17 ta' April 2016 fuq l-indirizz elettroniku: bcfreddi@mediatoday.com.mt jew bil-posta fuq l-indirizz: Editur Maniġerjali, Mediatoday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann SĠN9016 ĠURNALIST