Illum previous editions

ILLUM 3 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 03 t'April 2016 | illum Id-dissens u l-voti lil Marlene Maurice Agius – Ħal Balzan Charles Debono – San Ġwann Joe Sapiano – Ħal Qormi Josephine Bugeja – Santa Luċija Le, jien kieku ma nivvutalhiex, għax min hu pinnur, jiena ma nistax inżomm miegħu. Din filli 'l hawn u filli 'l hemm. Kieku riedet tagħmel xi punti, setgħet tagħmilhom qabel l-elezzjoni li għaddiet. Hemm sens li tista' tivvutalha, għax kif qed timxi u titratta fil-mument tal-lum, allaħares ma tkunx hi f 'ċertu affarijiet, għax hi kienet li ħarġet ċertu affarijiet fil-miftuħ. Kieku nikkunsidra li nivvutalha Jekk l-oħrajn ma mxewx tajjeb, u dawn lanqas, naħseb li wasal iż-żmien li joħroġ partit ġdid. Nikkunsidra li nivvota għal dan il-partit ġdid, u naqbel li jinħoloq. Marlene għandha punti tajbin, u naraha tirraġuna. Huwa vera li xi kultant tgħaġġibhom, imma naħseb li importanti li jinħoloq partit ġdid. Le, ma nivvutalhiex. Daqqa tgħid li hi Laburista ferventi, u fi żmien ieħor marret man-Nazzjonalisti għax kienu iktar kredibbli. Allura din hi xi waħda li dak li taħseb, tagħmlu, ikun ħażin jew tajjeb. Dik mhux kredibbli għax daqqa tappoġġja lil-Labour u ħarġet magħhom, u kienet suċċess sakemm ħolmot li għandha tkun kap ta' partit ieħor. minn Veronica Lynn Mizzi F'DAWN l-aħħar ġimgħat, il-gazzetti mtlew b'rapporti u stejjer dwar it-tielet partit li mistenni jinħoloq u joħroġ għall-elezzjoni ġenerali li ġejja, b'Marlene Farrugia fit-tmun tiegħu. Dan qajjem diskussjoni sħiħa fil-pajjiż anke dwar il-fatt li spiss issemmiet il-bidla li dan kollu jġib miegħu fis-sistema elettorali li tiffavorixxi sistema ta' żewġ partiti. Ħadd m'għandu problema bil-ħolqien ta' partit ġdid, iżda min għandu problema, il-kwistjoni hi għax tilef il- fiduċja fil-politiċi kollha, jew inkella ma jafdax lil Marlene Farrugia fit-tmun. Din kienet l-idea ġenerali tal-pubbliku li tkellmet magħhom din il-gazzetta meta marret il- Belt Valletta. Hemmhekk, il-mistoqsija kienet jekk in- nies kinux lesti li jivvutaw lil Marlene Farrugia u l-partit il- ġdid tagħha ġaladarba toħroġ għall-elezzjoni ġenerali. Dan id-dissens li deher fir-risposti mogħtija, jkompli jafferma dak li deher ftit tal- ġimgħat ilu fl-istħarriġ tal- gazzetta MaltaToday fejn 41% tal-iswitchers tilfu l-fiduċja kemm fil-Prim Ministru Joseph Muscat u anke fil-kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil Segwi l-vox pop sħiħ fuq illum.com.mt Ritratti: Raphael Farrugia Roderick Bartolo – Naxxar Pauline Baldacchino – Santa Luċija Alfred Attard – Bormla Mary Galea – Santa Luċija Ruth Zahra – Ħamrun Ma naħsibx li nivvutalha. Mhux biss lilha, imma m'għandi fiduċja fl-ebda partit minnhom, għax dawn kollha l-istess. Le, żgur li ma nivvutalhiex, għax ma togħġobni f 'xejn. Mingħand wieħed għal għand ieħor, daqqa tgħid ħaġa, u daqqa tgħid oħra. Ma fihiex x'torbot. Kieku jien ma nivvutalhiex. Mhux lilha biss, imma fl-elezzjoni li jmiss mhu se nivvota lil ħadd. Jekk tkun żvinturat, tispiċċa tallab, meta tkun taf skola daqs wieħed minnhom. Lanqas qatt! Ma togħġobnix kif tagħmel u l-politika tagħha ma togħġobnix. L-ewwel marret ma' partit, imbagħad marret ma' ieħor, kif tista' tafdaha? Minn dak li qed tgħid bħalissa, forsi nivvutalha. Il-punti li qed tqajjem bħalissa huma tajbin ħafna u naħseb li nivvota.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2016