Illum previous editions

ILLUM 3 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 03 t'April 2016 Aħbarijiet 8 Għasafar rari jħejju l-passa tar-rebbiegħa BIL-PASSA tal-għasafar fir-rebbiegħa tibda fix- xahar ta' Marzu, il-gżejjer Maltin raw taħlita ta' speċi rari f 'dawn l-aħħar jiem, inkluż tajr li kien ilu ma jintlemaħ Malta mis-seklu dsatax. L-irjieħ qawwija minn fuq il-kontinent Afrikan li ħakmu l-gżejjer f 'dawn l-aħħar jiem setgħu kienu l-kawża ta' dawn l-ispeċi kkunsidrati vagranti – għasafar li jispiċċaw lill hinn mill- medda ta' fejn normalment ipassu b'mod aċċidentali. L-ewwel sopriża għall- birdwatchers kienet Nankina (Cream-coloured Courser), għasfur skars li l-ambjent naturali tiegħu hu kważi deżert, bl-aħħar rekord tiegħu jkun fl- 2009. In-Nankina għamlet ġimagħtejn fis-sigurtà tal-ajruport internazzjonali ta' Malta li joffri ambjent b'veġetazzjoni baxxa, ideali għal dan l-għasfur li iktar iħobb jiġri mal-art milli jtir. Din l-ispeċi tbejjet fl-Afrika ta' Fuq u fil-Lvant Nofsani, u rarament jintlemaħ fl- Ewropa. Kaċċamendula Prima (Southern Great Grey Shrike) kienet it-tieni rarità li ntlemħet fl-inħawi ta' Ta' Ċenċ f 'Għawdex. Avolja jinsab imxerred ma' medda kbira ta' pajjiżi, ir-rix ċar ta' dan l-għasfur predatur indika li kien joriġina min- naħa ta' isfel tal-Afrika ta' Fuq fejn normalment jgħix f 'medded wiesgħa u niexfa. Fil-fatt hu magħruf ukoll bl-isem ta' Desert Grey Shrike. Rarità oħra dir-rebbiegħa kien Bilblun Prim (Richard's Pipit), għasfur li rari jintlemaħ fl-Ewropa, minħabba l-oriġini tiegħu mill-Asja u s-Siberja. Dan qagħad mal-kosta tan- nofsinshar ta' Malta, u hu l-ewwel darba li ntlemaħ Malta fir-rebbiegħa, b'dehriet fil-passat dejjem kienu fil-ħarifa. L-inqas mistennija kienet id-dehra ta' Kuda ta' Rasha Bajda (White- crowned Black Wheatear) li qagħdet fil-Park tal- Majjistral. Din kienet biss it-tieni darba li dan l-għasfur intlemaħ f 'Malta, bir-rekord ta' qablu ikun għasfur ikkaċjat fl-1872. Ftit minn dawn l-għasafar huma magħrufa fl-Ewropa, għax normalment jinstabu fid-desert tas-Sahara u l-Għarabja. Sottospeċi ta' Kuda, magħrufa bħala Seebohm's Wheatear kienet fost l-aħħar mir-raritajiet li ġab miegħu x-xahar ta' Marzu. Din l-ispeċi normalment tinsab fil-Muntanji Atlas fil-Marokk u l-Alġerija u hi rrekordjata biss darbtejn oħra fl-Ewropa u l-ewwel darba f 'pajjizna. Edward Bonavia, Segretarju fil-Malta Rarities and Records Committee qal, "Marzu kien xahar eċċezzjonali għal speċi ta' għasafar mhux tas-soltu li rari naraw fuq Malta, b'erbgħa minnhom mill- kontinent Afrikan. Grazzi għall-pożizzjoni ta' Malta bejn iż-żewġ kontinenti, għandna diġà x-xorti li naraw diversità ta' speċi li jpassu minn fuq il-gżejjer, aħseb u ara varjetà ikbar ta' dawn l-ispeċi skarsi li jinxterdu daqshekk 'il bogħod minn fejn wieħed jistenna li jsibhom." Diversi speċi ta' għasafar jiddependu mill-gżejjer Maltin bħala post fejn jistrieħu u jitrejqu qabel ma jkomplu l-vjaġġ tagħhom mill-Afrika għall-Ewropa, biex ibejtu, f 'dan iż-żmien tas-sena. Il-passa tkun mistennija tilħaq il-milja tagħha f 'April, avolja diversi speċi diġà bdew ipassu f 'numri tajbin, inkluż il- Bagħdan Aħmar, (Marsh Harrier), id-Daqquqa tat- Toppu (Hoopoe), il-Ħuttaf (Barn Swallows) u diversi speċi ta' papri u għasafar tal-plajja (waders). Il-BirdLife Malta tħeġġeġ lill-publiku biex jammira l-isbuħija tal-passa tal- għasafar fil-kampanja, kif ukoll fir-riservi naturali tal-Għadira, s-Simar u l-Foresta 2000, fejn diversi speċi li jpassu fir-rebbiegħa jistgħu jiġu osservati mill- qrib. Nankina Kaċċamendula Prima Ritratt: Ian Balzan Ritratt: Ben Metzger Arti ta' kwalità eċċezzjonali fil-Malta International Arts Festival IL-11-IL edizzjoni tal-Malta International Arts Festival (MIAF), li se jittella' bejn it-8 u t-18 ta' Lulju li ġej, tnieda mill-Ministru Owen Bonnici u l-Kunsill Malti għall-Arti. Il-festival, li fih se jipparteċipaw artisti rinomati Maltin u barranin, se jippreżenta forom differenti tal-arti ta' kwalità eċċezzjonali. "Waħda mill-istqarrijiet l-aktar b'saħħithom ta' dan il-festival huwa l-istil kreattiv, kuraġġuż u 'bla limiti' fis- sens tal-kunċett tal-arti fil-forom kollha ta' arti li qed nirrapreżentaw, is-sogru li nippruvaw, kif ukoll l-idea li nibnu sħubijiet ġodda u noħolqu affarijiet kreattivi u uniċi permezz tagħhom, u l-preżentazzjoni ta' kummissjonijiet ġodda", qalet id-Direttur Artistiku tal- festival Michelle Castelletti. It-tim artistiku, li jinkludi wkoll lil Ruben Zahra, Francesca Tranter u Riccardo Carbutti, flimkien ma' Dr Castelletti, ħadmu flimkien biex joħolqu programm varjat li jappella lil ħafna nies interessati f 'affarijiet differenti li jinkludi mużika, żfin, teatru, installazzjonijiet, film, letteratura, poeżija, xogħol f 'postijiet partikolari u aktar. Element importanti tal-festival hu, li filwaqt li jġib lejn Malta xogħlijiet internazzjonali ta' kwalità, jipprovdi wkoll pjattaforma lill-artisti lokali. Bħala parti minn dan l-impenn, il-festival għandu l-għan li jagħti opportunità lill-artisti żgħażagħ li jippreżentaw xogħolhom. L-artisti huma mistiedna li jibagħtu l-proposti tagħhom biex jieħdu sehem fil-Young Performers Platform. Iktar dettalji dwar dan se jkunu mħabbra fil-jiem li ġejjin. Wieħed mill-proġetti ewlenin għall-parteċipazzjoni fil- festival ta' din is-sena, huwa li l-MIAF se joħloq il-kor tiegħu għal avveniment speċjali fejn Arvo Pärt, wieħed mill-aktar kompożituri maħbuba u rispettati fid-dinja, se jkun milqugħ bħala mistieden. Arvo Pärt, rebbieħ tal- premju Grammy, huwa magħruf għall-istil tintinnabuli, teknika tal- kompożizzjoni li ħoloq huwa stess. Tul iż-żmien, nies ta' kull nazzjonalità, sfond kulturali u età tqanqlu u influwenzaw ruħhom mis- sbuħija u l-messaġġ spiritwali profond tal-mużika tiegħu. Is-sehem ta' Arvo Pärt bħala kompożitur mistieden huwa, bla dubju, wieħed mill-aktar affarijiet eċċezzjonali li nkisbu minn dan il-festival. Dan, mhux biss jgħolli l-profil tal-festival innifsu, imma jħalli wkoll lill-udjenza tidħol f 'dinja maġika u trankwilla. Il-festival ta' din is-sena se jkompli jiżviluppa u jibni fuq is-suċċessi tal-edizzjonijiet imgħoddija, b'mod partikolari, fejn għandha x'taqsam il-parteċipazzjoni u l-involviment tal-udjenzi u s-soċjetà. Għal darb' oħra, il-festival se jkollu numru ta' avvenimenti bla ħlas, kif ukoll installazzjoni interattiva. BANDLI, li se tittella' fi Pjazza San Ġorġ tul il-festival kollu, se tikkonsisti fi tmien bandli li kull waħda minnhom se jkollha abbinat magħha ħoss ta' strument mużikali partikolari. B'hekk, din l-istruttura interattiva se taħdem bħala ensemble mużikali li jieħu l-ħajja permezz tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku. Il-bandli, li jistgħu jintużaw kemm mit-tfal kif ukoll mill-kbar, se joħolqu kalejdoskopju ta' ħsejjes skont it-tbandil tagħhom. Dettalji dwar aktar avvenimenti li se jittellgħu waqt il-festival, se jkunu svelati kull nhar ta' Ġimgħa sakemm ikun svelat il- programm sħiħ fl-4 ta' Mejju. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2016