Illum previous editions

ILLUM 3 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Qorti 9 Il-Ħadd 03 t'April 2016 | illum Skoċċiżi fis-sakra jagħmlu rebus fuq titjira lejn Malta ĦDAX-IL persuna li ġew Malta mill-Iskozja biex jattendu l-party magħruf bħala 'Lost and Found' ngħataw sentenzi sospiżi u multi wara li dawn sikru u għamlu ħerba fuq it-titjira tagħhom lejn Malta fis- sigħat bikrin tal-Ħamis filgħodu. Mijiet ta' vjaġġaturi għamlu diversi siegħat jistennew fl- ajruport minħabba ttardjar fit-titijiriet tagħhom, wara li Pulizija u klieb tal-iskwadra ta' kontra d-droga kellhom jagħmlu tfittxija tal-ajruplan meta dan wasal minn Edinburgh, u dan minħabba suspetti mqajma mill-imġiba tal-grupp Skoċċiż. Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, l-Ispettur Silvio Magro akkuża lil Josh Lovell, Christopher Norman Kennedy, David Conglaton, Peter Cusack, David Hannah Brooks, Craig Jardine, Scott McGinlay, Craig Niddrie, Liam Mcrae, Stuart James Smith u Francis Biggins, li kienu pperikolaw l-ajruplan, l-ekwipaġġ u l-passiġġieri bl- imġiba tagħhom, kif ukoll li kienu fis-sakra fuq ajruplan u li kisru l-bon ordni. L-akkużi kontra Biggins ġew irtirati waqt is-seduta ta' nhar il-Ġimgħa. L-avukat Noel Cutajar, li deher bħala avukat tal-għajnuna legali għall- imputati, informa lill-Qorti li kienu qegħdin jammettu l-akkużi kollha miġjuba kontriehom. L-irġiel ġew mogħtija sentenzi ta' ħames xhur ħabs sospiżi għal tliet snin. Ġew ukoll immultati s-somma ta' €1,000 kull wieħed li jridu jħallsu sa ħames xhur oħra. Il-Qorti kellha kliem iebes għall-imġiba riskjuża tal-Skoċċiżi, speċjalment fil-klima ta' biża' t'attakki terroristiċi fuq titjiriet tal- passiġġieri, u wegħdithom li jekk dawn il-multi ma jitħallsux, kienet ser tiġi maħruġa ordni ta' penali finanzjarji taħt il-liġi Ewropea u tintbagħat l-Iskozja. "M'intomx ser tiskappaw mingħajr ma jitħallsu dawn il-multi," żiedet tgħid il-maġistrat. Max Ciantar akkużat b'serqa ma' sieħbu IL-KRIMINAL notorju Maximilian Ciantar reġa' tressaq il-Qorti nhar il-Ġimgħa, flimkien ma' sieħbu, mixli b'attentat ta' serq minn dar ġewwa r-Rabat, Malta. Ciantar, ta' 26 sena u Darryl Anthony Anderson, ta' 19-il sena minn Ħal Qormi, ġew akkużati li kienu daħlu għal għarrieda, b'wiċċhom mgħammad, fuq sid ta' proprjetà u heddewh b'sikkina. Il-ħallelin imbagħad ħarbu minn fuq il-post wara li rrealizzaw li ma kien hemm xejn x'jinsteraq. Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-ispettur Neville Mercieca, xliet ukoll lil Anderson b'pussess u traffikar tad- droga ecstasy, pussess ta' kokaina, ostakolazzjoni tal-investigazzjoni tal- Pulizija, u li kkawża ġrieħi ħfief fuq l-okkupant tal- fond li daħlu fuqu. Assistiti mill-avukat tal-għajnuna legali Noel Cutajar, iż-żewġ imputati wieġbu li ma kinux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. Il-maġistrat Donatella Frendo Dimech ċaħdet it-talba ta' Ciantar għall-ħelsien mill-arrest, wara li l-Qorti osservat li daqqa t'għajn lejn il-kondotta mimlija tiegħu turi li Ciantar ma kien persuna affidabbli xejn. Iżda il-Qorti laqgħet l-istess talba magħmula fil- konfront ta' Anderson, li ma kellux sentenzi preċendenti. Dan tal-aħħar ġie mwissi mill-Qorti biex jibdel triqtu ma jmurx jerġa' jsib ruħu quddiemha. Anderson ingħata l-benefiċċju tal- ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €300 u garanzija personali ta' €1,000. Ħames snin ħabs talli kkorrompa bint is-sieħba u rrekordjaha RAĠEL ta' 47 mill-Imsida ngħata sentenza ta' ħabs talli kkorrompa bint is-sieħba tiegħu, wara li ntweriet filmat li ġibed hu stess, tat-tifla minorenni tagħmel att sesswali fuqu. Il-ħati, li ismu ma jistax jixxandar, intbagħat il- ħabs għal ħames snin wara li l-Qorti sabitu ħati ta' korruzzjoni ta' minorenni, li wettaq attakk vjolenti fuq il-pudur u li rrekordja att indiċenti. Wara li t-tifla, li dak iż-żmien kellha biss 14-il sena, kixfet kollox m'ommha, din kienet għamlet rapport lill-Pulizija fejn infurmathom li rat filmat ta' bintha tagħmel sess orali fuq is- sieħeb tagħha. Għalkemm fil-filmat jidhru biss is- saqajn u l-organi sesswali ta' persuna maskili, it-tifla kienet qalet ċar u tond li dawn kienu tal-imputat, u żiedet tgħid li kienet għamlet dawn l-atti fuq madwar seba' okkażjonijiet oħra bejn Jannar u Settembru tal-2012, fil- kamra tas-sodda tiegħu. It-tifla kienet fetħet qalbha mal-ispettur Louise Calleja u qaltilha li ma kinetx ġiet mġiegħla tagħmel l-atti fuq l-imputat, anżi żiedet li kienet xtaqet tagħmilhom. Din kienet spjegat lill- Pulizija li kellha diversi esperjenzi sesswali ma' rġiel oħra qabel l-imputat, iżda dawn kienu tal-età tagħha. Hi allegat li hi u ommha kienu rrappurtaw lill- imputat fuq l-insistenza ta' bintu, wara li din tal- aħħar kellha xi tgħid ma' missierha. Din heddet lill-vittma u lil ommha li kienet se tagħmel rapport lill-Pulizija kontra l-omm sabiex jittieħdulha t-tfal u, "jitpoġġew ġo l-istitut." Il-missier kien ċaħad l-akkużi u spjega li spiss kien ikollu argumenti sħan ma' bintu, li kienet dejjem tagħmel ta' rasha. Id-difiża attakkat il-kredibbiltà tat- tifla, u saħqet fuq il-fatt li din kienet biddlet il- verżjoni tagħha kemm-il darba. Iżda l-Maġistrat Audrey Demicoli, ħasset li din kienet xehdet il-verità u li kienet gidbet fil-passat biex tiddefendi l-imputat, u li ommha kienet imbeżża' mit-tifla ta' seħibha. Minkejja li l-atti sesswali kienu ta' natura konsenswali, il-Qorti qalet li l-imputat kien approfitta ruħu minn tfajla ta' 13 jew 14-il sena li kienet għadha tibda tesplora s-sesswalità tagħha, billi kkonvinċieha li parteċipazzjoni f 'atti sesswali mas-sieħeb ta' ommha kienet xi ħaġa normali. L-isforzi li għamlet biex tiddefendi l-imputat kienu jixhdu kemm dan kien irnexxilhu jikkorrompiha. Filwaqt li tat sentenza ta' ħames snin ħabs effettivi, il-Qorti ordnat ukoll li tinħareg ordni ta' protezzjoni għall-omm u t-tifla.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 April 2016