Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114
illum | Il-Ħadd 03 t'April 2016 Intervista 10 'Nieħu għalija jekk tqabbilni G lenn Bedingfield huwa annimal politiku sinonimu mal- Partit Laburista. Ma smajniex bih ilbieraħ, iżda ilna narawh jippreżenta programmi bħala ġurnalist prominenti fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista għal snin twal u saħansitra kien kiteb ktieb dwar il- ħbiberija tiegħu ma' Joseph Muscat. Illum, Bedingfield jaħdem mill-qrib mal-istess Muscat f 'Kastilja. Hemm min iħobbu u hemm min idejqu. Hemm min iħobb jisimgħu u jarah jitkellem, u hemm min lanqas pinġut ma jifilħu. Naturalment kollox jiddependi minn liema angolu politiku qed tħares lejn Bedingfield. Għax jekk int Laburist, probabbilment tħobbu daqs kemm Nazzjonalist iħobb lil David Thake u jekk int Nazzjonalist, probabbilment idejqek daqs kemm Laburist iddejqu Daphne Caruana Galizia. U lil Caruana Galizia bilfors kellna nsemmuha, għax quddiemi għandi persuna li minkejja li m'għandix dubju li ddejqu, fetaħ blog li mhux xi ħaġa 'l bogħod wisq minn dak tagħha. Għalfejn tagħmel xi ħaġa simili ta' dak li jdejqek? Għalfejn tikkritika blog biex imbagħad tiftaħ wieħed simili? U jekk int dejjem għidt li l-istil ta' Caruana Galizia huwa ħażin, mela allura kif tispjega l-fatt li qed tuża l-istess stil int illum? Qed nimla l-vojt li għandu l-PL online Glenn Bedingfield huwa entużjast biex jiddiżassoċja lilu nnifsu mill-blog tal-mara mill-Bidnija. Jibda billi jgħid li l-għan li għalih huwa fetaħ dan il-blog huwa biex jimla dak li jsejjaħlu 'vojt' tal-PL online. Nitfagħlu l-ewwel tir dwar il-blogger Nazzjonalista u kull ma nilħaq ngħid huwa l-kliem "Daphne l-aktar persuna li tissemma fil- blogg tiegħek..." "Mhux bilfors!" iwieġeb Bedingfield, "jien ma niktibx fuq il-persuna. Issa jekk DCG gidbet, jien neħtieġ nesponiha, jekk ma tigdibx ma nesponihiex." Imma Bedingfield ma jistax jiċħad li l-blogg fih xejra b'saħħitha ħafna kontra dik li tista' ssejħilha r-rival tiegħu fid-dinja tal-blogs politiċi lokali. "Jien qatt m'għajjart lill-persuna, jien qatt m'għajjart lil ħadd korrott, ħamallu, ġurdien jew nitkellem dwar il- kruha fiżika. Li għamilt jien f 'dak li ktibt kien li esponejt lill-persuna li qal, biex nagħti eżempju, li kull min jivvota lill-Partit Laburista huwa xadina. Dak iva. Ma ngħajjrux jien, imma nesponih. 'Imma issa billi qed tesponi l-injoranza grassa ta' xi wħud biex ikollok risposta b'injoranza grassa ugwali li twieġeb lura, x'benefiċċju qed tagħti lill-qarrej? Tistaqsi din il-gazzetta. 'Ma jkunx aħjar li tinjorahom?' Il-blogger Laburista ma jaqbilx. "Dawn sistematikament qed jagħmluha din. Tgħajjir kontinwu fil-konfront ta' nies fil-Partit Laburista jew inkella qrabathom. U meta ngħid sistematikament," ikompli Glenn Bedingfield, "irrid nfisser li għax persuna hija Laburista, mela nġibuha u nkissruha u ngħajjruha. Ara għax jien qed nesponi ċerti nies li qabel ma kienux jiġu kkritikati u esposti, issa qed jiddejjqu u joqomsu. Jiġifieri sakemm għajjarna lil-Laburisti kollox sew, imma għax qed nesponu lin-Nazzjonalisti iqumu l-irwiefen." Huwa jfakkar kif anke lilu kien jeħdulu ritratti jiekol f 'xi restorant jew f 'xi teatru. "Dakinhar ħadd ma qal xejn u ħadd ma ħassu xxukkjat, issa qed nixxukjaw ruħna allajbierek." Il-Labour jibqa' dejjem l-'underdog' 'Għal min qed tirreferi?', nistaqsih, 'għal min qed tirreferi meta tgħid li kien hemm min ma qal xejn u li issa qed jixxukkja ruħu?' Pront iwieġeb li kien qed jirreferi għall-Partit Nazzjonalista, "u l-fergħat kollha tiegħu. Dawk uffiċjali u dawk li mhumiex." Mill-ewwel nistaqsih għal min qed jirreferi u jwieġeb li qed jirreferi għall-"PN, għal numru ta' opinjonisti" u naturalment u ovvjament, "għal Daphne Caruana Galizia li llum saret il-portavuċi ta' Simon Busuttil." Hawnhekk Bedingfield juża l-istess frażi li konna nisimgħu qabel l-aħħar elezzjoni minn Joseph Muscat, li l-Partit Laburista huwa l-'underdog'. Nibqa' naqra dubjuż hawnhekk. 'Underdog, meta l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni b'36,000 vot? Underdog meta għamel rebħa li l-ebda partit politiku qatt m'għamel? "Iva minkejja r-rebħa elettorali" jisħaq Bedingfield. Imma skużi, la l-poplu ta maġġornaza tant kbira lill-PL, ma kienx sinjal li kienu qed jitfgħu t-tgħajjir u l-bloggs u l-kritika lejn Muscat u l-PL fil-ġenb? Mela għalfejn ħassejt il-ħtieġa li tikkrea xi ħaġa, li fl-aħħar elezzjoni suppost ħadmet kontra l-partit fil-Gvern? Ftit biddlu l-intenzjoni ta' kif kienu se jivvutaw minħabba blog. Mela għalfejn ħriġt bi blog int? "Jien ma naħsibx li rreġġettaw il-blogs in-nies, imma ma segwewx il-pariri li kienu qed jingħataw fuq l-istess blogs. L-importanza tal-online hemm kienet, u hemm għadha u f 'dan il-qasam il-PL kellu defiċit." Xorta bqajt ma fhimtx eżatt però kif jista' jkun li l-PL kellu defiċit meta kellu rebħa bħal dik. Forsi defiċit ma kienx hemm, imma nħoloq biex nibdew blog. Naturlament Bedingfield ma jaqbel xejn ma' dan, u jħoss li l-bżonn li jinħoloq blog simili jmur lil hinn minn sempliċiment numru jew rebħa. Il-PN iħossu superjuri...jaħseb li ħadd ma jista' għalih Glenn Bedingfield jibda jiġġustifika l-ħolqien tal-blog tiegħu billi jfakkar kif elezzjoni tintrebaħ jew tintilef fuq bosta fatturi, mhux biss fuq dak li jinkiteb fuq blog, u jdawwar il-kanuni fuq il-PN. "Il-PN, matul is-snin, bena sens ta' superjorità. Bena dan is- sens li ħadd ma jista' jikkritikah jew ikellmu, u jeħduha bi kbira għax ttikkritikahom. Qisu ħadd ma jista' jkellmimhom, u jekk tesponihom jieħdu għalihom. Imma huma jistgħu jesponu lil ħaddieħor." 'Bl-istess argument int qed talludi li l-Laburisti ibatu minn sens ta' inferjorità?' nistaqsih. Bedingfield ma tantx jomgħoda wisq, u jwieġeb "iva." U għalfejn jaħseb li l-Laburisti ibatu minn dan is-sens ta' inferjorità? "Għax il- Partit Laburista għamel 25 sena fl- Oppożizzjoni," iwieġeb, 'allura blog bħal tiegħek se jgħin biex jirranġa dan il-fattur?' tistqasi l-ILLUM. "Nispera li jibda biex jgħin u jgħolli s-sens ta' inferjorità. Imma waħdu, naturalment mhux biżżejjed. Nerġa' ngħid, il-PN għandu sens ta' superjorità li ġiegħlet, għal snin twal, lil-Laburisti jibqgħu lura u ma jitkellmux. Issa jien ħloqt dan l-ispazju li fih il-Laburisti jistgħu jsemmgħu leħinhom ukoll. U mhux Laburisti biss, għax minkejja li jgħajruni li jien anti-demokratiku, fuq il-blog tiegħi jikteb Norman Vella," u reġa' semmiegħa, "u tikteb Daphne Caruana Galizia wkoll." ...u l-Labour kompla jagħti palata? Ħafna Laburisti, din tas- superjorità jwieġbu għaliha billi jgħidu li dan il-Gvern kompla ta palata lil numru ta' nies li jekk kellhom sens ta' superjorità lbieraħ, għandhom sens ta' omnipotenza llum, hekk kif jafu li jkun min ikun hemm fil-Gvern, dejjem se jibqgħu għaddejjin tajjeb. "Għal min qed tirreferi?" jistaqsi Bedingfield. Nirreferuh għall-fatt li bosta Laburisti jilmentaw dwar nies simili f 'Dipartimenti, kif ukoll dwar persuni fix-Xandir Nazzjonali, biex nagħtu eżempju. "Issa jew se niġu kkritikati għax biddilna l-karigi u mlejnihom, skont dak li jgħidu, b'Laburisti biss jew inkella se niġu kkritikati li ħallejna nies Nazzjonalisti fil-karigi li kellhom. Aħna konna ngħidu qabel l-aħħar elezzjoni li tista' ma taqbilx magħna imma tista' taħdem magħna, u din l-għajta aħna qed inwettquha." Il-perċezzjoni popolari mhux hekk. Hija li dan il-Gvern qed jaħseb għal tal-qalba biss. "Inti stess semmejt persuna li jmexxi x-Xandir Nazzjonali, li tħalla f 'postu. Dan qabel kien imexxi l-istazzjon tal- PN." Imma dawn mhux tokens Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt Qatt m'għajjart lil ħadd korrott, ħamallu, ġurdien jew nitkellem dwar il-kruha fiżika " " Sakemm għajjarna lil-Laburisti kollox sew, imma għax qed nesponu lin- Nazzjonalisti iqumu l-irwiefen " "