Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 39

Il-Ħadd 10 t'April 2016 | illum Intervista 11 jagħżel l-iskema ta' self tal-PN tagħhom fuq skema li m'għandhiex bażi soda, u allura iktar ittini fiduċja meta nara dawn in-nies li jorbtu isimhom magħha." Għaliex issa u mhux dakinhar? Il-gazzetta ILLUM tal-Ħadd li għadda ppubblikat storja ta' eksimpjegat tad-Dar Ċentrali li tkeċċa meta l-Partit kellu jagħmel ristrutturar fi ħdanu minħabba li kien qed jagħmel it-telf. Għaldaqstant, bħala ħaddiem fi ħdan l-istess Dar, ma jħossx li din l-iskema setgħet saret dak iż-żmien biex dawn il-ħaddiema setgħu jiġu offruti xi tip ta' għajnuna jekk kienu se jitkeċċew? Hawnhekk, Frank Psaila jgħid li, "l-mumenti diffiċli li kienu fihom il-ħaddiema tad-Dar Ċentrali wara l-elezzjoni, weġġa' lil ħafna nies, u fejn inqata' l-laħam, ħareġ ħafna demm." Jgġid ukoll li jaf minn xiex għaddew dawn il-ħaddiema, "kemm minħabba li nkun viċin tagħhom minħabba i jien preżentatur hemmhekk, u anke minħabba li jien ukoll għaddejt minnha din l-esperjenza." Però, mill-banda l-oħra Psaila jgħid li issa, il-ħaddiema jgħidulek li tal- inqas il-proċess li kellu bżonn isir, sar. "Il-finanzi tal-Partit kellhom jiġu indirizzati u issa, l-arja fid-Dar Ċentrali, għalkemm mhix waħda ta' ferħ u glorja, hija waħda fejn tal-inqas, is-salarji tagħhom, qed jinħarġu, kif għandhom kull dritt. B'hekk jafu li b'dawn it-tip ta' skemi u inizjattivi, il-futur tal-għajxien tagħhom, huwa ħafna aħjar mill-kien ilbieraħ, u nemmen li għada huwa ħafna aħjar mil-lum għal dawn il- ħaddiema." Xogħol lil hinn mill-Ministeri Frank Psaila jikkritika l-mod ta' kif taħt dan il-Gvern, il-kordinatur tal-komunikazzjoni fi ħdan ministerji varji, jagħmlu xogħol li jmur lil hinn minn dak mitlub, li huwa strettament ministerjali. "Meta l-PN kien fil-Gvern, differenti mill-lum fejn kordinaturi tal-komunikazzjoni tal-Gvern, u għamlu sew dakinhar, kienu biss limitati li jaħdmu fil-qasam tax-xogħol ministerjali tagħhom. Illum, dik m'għadhiex. Huwa fatt magħruf li għandek kordinatur tal- komunikazzjoni li qed jaħdmu mal- istazzjon tal-PL. Jiġifieri dawn qed jieklu minn żewġ postijiet differenti?" Għalhekk, Psaila jkompli jgħid li biex il-PL jiskonġra b'dak li seħħ fi ħdan il-PN, trid tkun altru milli pur u definittivament li mhumiex ikunu ta' eżempju fuq dawn l-affarijiet." Hemm lok għat- tielet partit? F'dawn l-aħħar ġimgħat, fost waħda mit-temi rikorrenti li ssemmiet fil- pajjiż, kienet il-ħolqien ta' partit ġdid għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dwar dan, Frank Psaila jgħid li, "kull min b'xi mod jew ieħor iħoss li għandu xi kontribut x'jagħti fis-soċjetà, għandu jkollu l-ispazju biex jagħmlu dan. Però, l-kwistjoni hi jekk hemmx post għal dan il-partit." Jitkellem ukoll dwar is-sistema politika f 'Malta li ma tantx tippermetti li dan isir, u dwar Marlene Farrugia jgħid li hi, "persuna voċifera ħafna, u nsaqsi: hemm ħtieġa li Marlene Farrugia twaqqaf partit politiku, jew kien jagħmel iktar sens li xi ħadd bħal Marlene Farrugia tkun iktar attiva fis-soċjetà ċivili? Illum twaqqfu gruppi fil-pajjiż bħal dak immexxi minn Michael Briguglio li tant irnexxielhom jagħmlu impatt, anke fi kwistjonijiet bħal taż-Żonqor, fejn il-Gvern kellu jagħmel nofs kutrumbajsa fuq din il- kwistjoni." Għalhekk jemmen li jekk dawn it-tip ta' nies li għandhom ideat tajbin, u huma voċiferi, jagħżlu li jipparteċipaw iktar fis-soċjetà ċivili, jkunu jistgħu jagħmlu iktar effett, milli b'partit ġdid. Il-fiduċja fil-PL: 'illum hemm dubji kbar' Il-fiduċja fil-Partit Laburista, jgħid Psaila, 'għandha mistoqsijiet kbar', u dan għaliex, "il-pajjiż ġej minn episodju fejn il-PL rebaħ b'35,000 vot, u l-poplu vvota għal dik il- bidla għax kien fiduċjuż li l-affarijiet se jaqilbu għall- aħjar. Però illum, mill- istħarriġ jidhru li hemm mistoqsijiet kbar kemm l-affarijiet verament sejrin għall-aħjar. Il-fiduċja tan-nies fil-Gvern naqset, mhux għalxejn, imma għaliex in-nies jinsabu diżappuntati li dak li kien imwiegħed qabel l-elezzjoni ġenerali, mhux qed jirrealizza ruħu." Għalhekk, Psaila jsostni li f 'każ li l-PN ikun fil- Gvern fl-elezzjoni li jmiss, minbarra li jkun kisba kbira li rnexxielu jirbaħ id-distakk li kien hemm, trid tiġi minnu stess li joffri bidla għall-aħjar li l-poplu jkun irid, u jkun propju fuq it-tmexxija nadifa li jkun irid jiffoka għaliex jidher li din hi l-iktar kwistjoni importanti, u li tinkwieta lil ħafna nies." Minkejja dan, din il-gazzetta tistaqsi lil Psaila jekk jaħsibx li n-nies jivvutaw fuq kwistjonijiet bħall-governanza u trasparenza anke jekk huma personalment sejrin tajjeb, u fl-oqsma li jmissu magħhom direttament, bħall-edukazzjoni, saħħa, xogħol u flus fil-but, il-pajjiż jinsab miexi fid- direzzjoni t-tajba. Għal dan, Psaila jġib eżempju ta' familja li tkun sejra tajjeb u l-ulied ikunu ħadmu u ggradwaw mill-Università, iżda mbagħad jaraw li "karigi importanti inkluż dawk ta' ambaxxaturi, ittieħdu min-nies li lanqas għandhom l-iċken kwalifika għal dik il-kariga. Jiena nimmaġina li dik il-familja li binha min jaf kemm ikun ilu jistudja fil-qasam tad- diplomazija u r-relazzjonijiet internazzjonali, bit-tir li jsib impieg fil-qasam, imbagħad isib li bħala ambaxxatur, ikun laħaq xi ħadd li kien preżentatur fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista, naħseb li ttihom ġewwa ħafna lin-nies, u bir-raġun. U naħseb li fuq din il-kwistjoni, jivvutaw ukoll." Ikompli jsostni li hu jimxi fuq il-figuri u l-istħarriġ, primarjament tal-gazzetta MaltaToday juru li l-aktar kwistjonijiet li qed jaffetwaw lill-elettorat huma n-nuqqas ta' tmexxija nadifa, il-korruzzjoni. Waqt li jirrikonoxxi l-fatt li l-elezzjoni fadlilha, jsostni li, "jekk kellha ssir elezzjoni għada, dawn l-oqsma huma kwistjonijiet li n-nies se jkunu qed jivvutaw fuqhom." Dwar id-dissens li l-poplu għandu fiż-żewġ partiti, partikolarment l-iswitchers li mill-istess stħarriġ deher li tilfu l-fiduċja fiż-żewġ partiti, Frank Psaila jgħid li dawn tilfu l-fiduċja bir-raġun. "Dan id-diżappunt huwa bilfors, meta jkollok rebħa kbira bħal dik, imbagħad ikollok sensiela ta' skandli, żgur li n-nies ikunu ddiżappuntati." 'It-triq tal-PN dejjem kienet għat- telgħa' Mill-aħħar stħarriġ, jidher li l-appoġġ lejn Simon Busuttil reġa' tela' biex kompla jnaqqas id-distakk li kellu minn mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Minkejja dan, Muscat baqa' fuq quddiem, u dan meta tikkunsidra li kien qed jgħaddi mill-agħar perjodu tiegħu. Għal dan, il-preżentatur ta' Net tv jgħid li t-triq tal-PN kienet dejjem għat-telgħa, "u wieħed irid iqis li dawn ma bdewx ras imb ras, imma l-Prim Ministru telaq b'vantaġġ ta' 36,000. Waqt li wieħed irid jirrikonoxxi li l-Prim Ministru għadu jgawdi vantaġġ fuq Simon Busuttil, id-distakk enormi li kien hemm bejniethom minn tliet snin ilu, illum niżel konsiderevolment, u trid tara wieħed minn fejn telaq." Ritratt: Raphael Farrugia Ittini fiduċja li nies ta' reputazzjoni jorbtu isimhom mal-iskema tal-PN " " Frank Psaila

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016