Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 39

minn John Busuttil DAWK kollha li jħobbu jaraw is-serje televiżivi fuq l-istazzjonijiet Maltin, żgur li f 'xi ħin jew ieħor iltaqgħu ma' tfajla bjonda, protagonista bl-isem ta' Sharon Calleja. Sharon fil-fatt hi omm żagħżugħa Għawdxija b'diversi talenti. Talenti li normalment taqsamhom mat-telespetatturi televiżivi, sew f 'dik li hi kitba ta' scripts kif ukoll bħala reċtar. Għax Sharon hi kittieba ta' serje televiżivi, attriċi fl-istess serje miktuba minnha u fil-preżent qed tistudja l-liġi, barra li trid taqdi r-responsabbiltajiet ta' omm ukoll. Omm ta' żewġ subien, Sevaniah ta' 10 snin u Kaylen ta' 6 snin. Sharon fil-fatt twieldet Għawdex 37 sena ilu, iżda ta' ftit xhur ittieħdet il-Kanada fejn kellha t-trobbija tagħha hemmhekk sa meta kellha 10 snin, meta rritornat flimkien mal-ġenituri tagħha ix- Xagħra Għawdex fejn issa ilha tgħix għal dawn l-aħħar 27 sena. Iltqajt ma' Sharon f 'lukanda ewlenija Għawdxija u tkellimna dwar il-karriera tagħha u ħajjitha. Bdiet tgħidli kif minn meta kellha tmien snin kienet tħobb taqra stejjer tal-biża', "minn dejjem kien jogħġobni l-horror, u kont anke nikteb stejjer tal-biża' u poeżiji tal-biża', dejjem bl- Ingliż għax sa 10 snin lanqas kont naf naqra bil-Malti." Sharon hi bint unika u l-fatt li meta ġiet tgħix Għawdex damet ftit ma ntegrat u ma għamlet ħbieb, kien ikollha ħafna ħin waħedha, "kont ftit maqtugħa u dejjem nimmaġina ħafna iħirsa" "Ta' 12-il sena ommi tatni rigal li nibda kors ta' korrispondenza tar- 'writers Bureau London' u tgħallimt nikteb scripts, kotba u artikli. Bdejt nikteb stejjer qosra tal-biża' u t-tfal tal-iskola kienet dejjem jitolbuni niktbilhom xi storja u bdejt insir popolari fl-iskola u għamilt ħafna ħbieb. Jien qatt m'emmint fija nnifsi u qatt ma ħlomt li l-istejjer tiegħi se jaslu sat-televiżjoni. Persuna li għeni ħafna kien Manwel Micallef li meta kien mal- Favourite Channel kienu talbu għal script ta' episodju u jien kont issottomettejt episodju, u qalli li kien tajjeb ħafna u nkoraġġieni ħafna. Sadanittant, ta' 18-il sena bdejt nikteb play fil-ġimgħa mal-Bronk. Ma kontx nagħmel dan għall-flus iżda għax inħobb nikteb." Fil-fatt Sharon kitbet is- serje 'Rubini' li kien dirett minn Ray Calleja, idderiġiet ma' Lino Grech 'Ħażen u Mrar' u kitbet 'Eklissi' li dderiġiet ma' Raphael Farrugia. Ingħatat ukoll l-Għarb Cultural Award għall-kitba fl-2011. Il-fatt li hi Għawdxija qatt tellifha minn dan ix- xogħol li tant tħobb? "Ma noħlomx li ngħix Malta għax Għawdex inħobbu, iżda l-iskariġġ tal-vapur iġegħelni nbati ħafna għax li tispiċċa filming f 'nofsilejl u trid taqbad il-vapur tas-sagħtejn ta' filgħodu hi wisq battikata u tagħmillek dak li tħobb, diffiċli ħafna." Sharon qaltli wkoll li l-kitba u r-reċtar qatt ma qallgħuha flus, "anzi ġieli biex ngħolli l-livell biex nipproduċi dak li nkun ktibt, noħroġ il-flus mill-but. Il- flus li naqla' hu bix-xogħol tiegħi u mhux b'dak li nħobb nagħmel." Fil-fatt Sharon hi impjegata maċ-ċivil fejn kienet taħdem mal-Affarijiet Barranin, mad-Dipartiment tas-Salarji li tgħid li kien illum | Il-Ħadd 10 t'April 2016 Għawdex 12 Sharon Calleja: Awtriċi, attriċi, • Ippublikat l-ewwel ktieb tagħha 'Ċagħaq' • Iddedikatu għat-tliet ħutha subien li mietu qabel saret tafhom "Ma noħlomx li ngħix Malta, għax Għawdex inħobbu, iżda l-iskariġġ tal- vapur iġegħelni nbati ħafna" Sharon Calleja Calleja f 'Eklissi miktub minnha stess

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016