Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 39

l-aktar xogħol ta' dwejjaq li qatt ħadmet, u issa ilha tliet snin taħdem il-Qorti fejn anke dan taha viżjoni oħra. "Meta bdejt naħdem il-Qorti mal-kriminal, ix-xogħol vera għoġobni. Fil-fatt għamilt diploma bħala deputat tal-kriminal u xahrejn ilu tellgħuni naħdem il-Qorti t'Għawdex mal-maġistrat Mifsud. Dan ix-xogħol vera daħal fija, anke li mmur mal-maġistrati nżuru xeni ta' suwiċidju, qtil u katavri." Jidher li l-imħabba lejn il-makabru u l-biża' baqa' jiġi minsuġ fiha, fejn barra li kienet taqra u tikteb stejjer qosra tal- biża', tikteb serje televiżivi u tirreċta dwar suġġetti bbażati fuq l-orrur, issa anke fil-ħajja reali bdiet tiltaqa' mal-orrur li ġġib magħha l-ħajja. Tant hu hekk, li issa ddeċidiet li tibda tieħu l-kors tal-liġi u tinsab fl- ewwel sena tiegħu, "għalissa daħħalt f 'moħħi li nieqaf meta niggradwa bħala nutar, iżda billi għandi ħajja kkulurita għandi dubju nkomplix għal avukat tal- kriminal." Wara l-istejjer qosra li kienet tikteb, Sharon dejjem xtaqet li tikteb ktieb, u fl-aħħar irnexxielha tagħmel dan meta għall- aħħar ta' dan ix-xahar se joħroġ għall-bejgħ l-ewwel ktieb ippubblikat minnha. 'Ċagħaq' hu ktieb ta' 350 paġna li ilha tiktbu 'l fuq minn 8 xhur, dwar storja ta' tifla li tisparixxi u tħalli traċċi ta' ċagħaq lil ommha biex ssib eżatt x'sar minnha. Mitluba tgħidli minn fejn ġiet l-idea ta' din l-istorja, Sharon qaltli, "jien ngħix fl-istejjer tiegħi, ngħix fil- ħolm. Tant hu hekk li lanqas naf min joqgħod ħdejja. Meta ma nkunx qed nikteb, inħobb mmur 'camping', bil-karavan, hikes u nsiefer. Filwaqt li naqra ħafna kotba tal-biża'." "Il-ħsibijiet tal-istorja tal-ktieb kienu jiġuni jew mal-lejl fejn kont inqum nikteb xi 10 paġni, jew inkun qed nisma xi diska u tiġini l-muża, u ġieli nagħmel ġimgħa ma niktibx vers. Jien moħħi dejjem jaħseb u kulma naħseb niktbu. Waqt li nkun qed nikteb l-istorja, ġieli nibki u ġieli nidħak għax jien l-istejjer tiegħi ngħixhom dak il-ħin." Meta mistoqsija dwar x'qed tistenna minn dan il-ktieb, dritt weġbitni, "li jaqraw l-istorja tiegħi. Naf li min se jaqra l-ktieb se jħoss ħafna l-emozzjonijiet tal-kitba tiegħi għax jien nemmen f 'dawn l-emozzjonijiet." Sharon qaltli wkoll li hi ddedikat dan il-ktieb lit-tliet ħutha subien mejta, "wieħed miet wara ġimgħa li twieled, wieħed kellu 'still birth' u fl-ieħor ommi kienet korriet. Dan minħabba problema medika tal-ġenituri li ma setgħux isalvawhom. Iżda dawn jibqgħu ħuti li qatt ma rnexxieli ngħix magħhom u l-ktieb iddedikajtu lilhom." Sadanittant Sharon qaltli li hi qatt ma sabet lil ħadd jinkoraġġiha dwar kitba u reċtar, "għax il-ġenituri tiegħi dejjem riduni nagħfas fuq l-iskola, iżda jien il-kitba dejjem tatni sodisfazzjon." Mistoqsija x'tagħżel li l-aktar jagħtiha sodisfazzjon, jekk hux li tkun awtriċi jew attriċi, Sharon qaltli bla tlaqliq, "awtriċi bla dubju." Sharon temmet tgħidli li tieħu gost ħafna meta jwaqqfuha fit-triq u jgħaddula l-kummenti dwarha u dwar is-serje televiżivi li tkun tieħu sehem fihom, għax temmen li r-rispons tan-nies hu importanti ta' kif qed joħduha n-nies fit-triq. Qaltli wkoll li wliedha jħobbu jsegwuha wkoll u speċjalment iż-żgħir isegwiha anke fil-programmi tal-biża' anke jekk skont hi, hu jibża' ħafna. Il-Ħadd 10 t'April 2016 | illum Għawdex 13 FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA attriċi, studenta tal-liġi u omm "Waqt li nkun qed nikteb l-istorja ġieli nibki u ġieli nidħak għax jien l-istejjer tiegħi ngħixhom dak il- ħin" Il-qoxra tal-ktieb 'Ċagħaq'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016