Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432
illum | Il-Ħadd 10 t'April 2016 Qorti 14 L-eks-Kummissarju m'għandu l-ebda interess li jara lill-Azzopardi l-ħabs ISSHADOW minister għall- ġustizzja Jason Azzopardi ġie mressaq il-Qorti iżjed kmieni din il-ġimgħa, mixli li immalafama lill-Peter Paul Zammit, eks-Kummissarju tal-Pulizija, meta kien stqarr li Zammit kien "loġikament responsabbli" għar-rilaxx ta' fajl kunfidenzjali tal-Pulizija lill-gazzetta MaltaToday. Folol ta' partitarji Nazzjonalisti nġabru bi ħġarhom quddiem il-bini tal-Qorti qabel is-seduta nhar l-Erbgħa, biex juru solidarjetà mal-politiku u avukat. Qabel is-seduta wkoll, il-Kap tal-Oppożizzjoni u mexxej tal-Partit Nazzjonalista indirizza l-folla, fejn akkuża lill-Prim Ministru Joseph Muscat li dan kien injora l-allegazzjonijiet serji li ħerġin mill-Panama. Busuttil għaqqad din l-allegazzjoni mal-kawża ta' malafama kontra Azzopardi, li qal kienet, "attakk fuq id- demokrazija," appoġġjata mill-gvern Laburista. L-imputazzjonijiet jduru ma' kummenti magħmula minn Azzopardi waqt konferenza stampa f 'Ġunju li għadda, fuq rapport mill-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data li kien wasal għall-konklużjoni li Zammit kien l-aħħar persuna li kellu pussess tal-fajl kunfidenzjali tal- investigazzjoni interna fuq l-ispettur Elton Taliana. Dan il-fajl kien spiċċa f 'idejn il- gazzetta MaltaToday u ntuża minn Saviour Balzan bħala prova f 'kawża ta' libell kontra l-istess gazzetta. Fil-Qorti, nhar l-Erbgħa li għadda, Balzan ċaħad li kien Zammit li għaddielu l-fajl. Azzopardi qiegħed jinsisti li fiż-żmien ta' meta għamel il-kummenti, Zammit kien kap tat-taskforce taċ-CHOGM u għaldaqstant, kien impjegat tal-Gvern. L-awla tal-Maġistrat Joe Mifsud kienet mimlija sa' ruħ ommha b'avukati li ġew biex isegwu l-każ. L-avukati Stephen Tonna Lowell u Joseph Zammit Maempel dehru għal Azzopardi, filwaqt li l-avukat Benjamin Valencia irrapreżenta lil Zammit. Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data Saviour Cachia xehed li ma kienx hemm x'juri li Zammit kien għadda l-file lill-MaltaToday. Qal li l-kummissarju ta' dak iż-żmien kien talab il-fajl u Surġent Maġġur kien infurmah li kien għadu hemm meta Zammit telaq mill-kariga f 'Marzu 2014. Waqt il-kontro-eżami, Cachia ċċara li l-fajl kien f 'dossier li l-Kummissarju biss seta' jaċċessa. L-aħħar moviment tal-fajl kien irreġistrat fuq is-sistema fl-2008 iżda kien hemm imbagħad minuti li jixhdu fuq movimenti oħrajn fl-2011. Fil-Qorti, nhar l-Erbgħa Zammit reġa' ċaħad kategorikament li kien hu li għadda l-kopji tal-files lil Balzan. L-editur maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan xehed ukoll, fejn spjega li kien mar il-konferenza stampa ta' Azzopardi sabiex jikkonfrontah u jgħidlu li r-rapporti fil-media kienu skorretti minħabba li l-provi li kien ippreżenta waqt il-libell ma' kinux ingħatgħulu mingħand Zammit. Kontro- eżaminat mill-avukat Benjamin Valencia, Balzan ftakar lil Azzopardi jgħid li Zammit messu jirreżenja talli għadda d-dokumenti lill-media. Azzopardi nnifsu xehed ukoll, fejn ħa fuqu r-responsabbiltà sħiħa għal dak li ntqal waqt il-konferenza stampa. Azzopardi rrimarka li Zammit kien uffiċjal pubbliku fiż-żmien li hu sejjaħ il- konferenza stampa, għax Zammit kien il-kap tas-sigurtà taċ-CHOGM. Hu bbaża ruħu fuq l-artiklu tat-Times minħabba li r-rapport innifsu ma kienx għadu ġie ippubblikat. Spjega li ma kienx ikkritika lil Zammit, iżda ċerti deċiżjonijiet li ttieħdu waqt it-tmexxija tiegħu. Ma setgħax ma jilħaqx il-konklużjonijiet li kien laħaq. L-ispettur Elton Taliana xehed li dan l-episodju kien "parti minn serje t' attakki" kontrih b'rabta mal-każ ta' Darryl Luke Borg. Saħaq li qatt ma kien ressaq lil ħadd il-Qorti b'mod skorrett u allega li Balzan kien "ossessjonat" bil-każ. Fis-sottomissjonijiet finali, Peter Paul Zammit spjega fil- Qorti li ma kellu l-ebda nteress li jara lill-Azzopardi l-ħabs jew li jiġi mmultat, imma ried biss li toħroġ il-verità. Zammit Maempel saħaq li Azzopardi kien ibbaża ruħu fuq rapport li kien "90% korrett" u li Azzopardi kien ikkundanna biss l-aġir tal- kontrollur tad-data. L-ebda piena għal Seyble Zammit, minkejja ammissjoni li nxtara SEYBLE Zammit, l-eksplejer mal-iskwadra tal-futbol Valletta FC ta' taħt il-21 sena, ammetta fil-Qorti li kien imdaħħal fix-xiri ta' diversi logħbiet, nhar il-Ġimgħa. Iżda Zammit ma weħel l-ebda piena minħabba l-fatt li kien ikkollabora mal-Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom. Il-plejer, li għandu biss 21 sena xehed bil-magħluq quddiem il-maġistrat Saviour Demicoli, u dan beda jisma x-xhieda fil- kawża kriminali kontra Zammit, li kien mixli b'korruzzjoni. Huwa mifhum li x-xhieda ta' Zammit se tintuża kontra individwi oħra mdaħħlin fl-iskandu tax- xiri tal-logħob. Il-plejer kien ilu miżmum taħt arrest mid-29 ta' Marzu, wara li tressaq fuq akkuża li kien imdaħħal mal-attentat tax-xiri tal- logħba ta' kwalifikazzjoni għall-kampjonat UEFA ta' taħt il-21 sena bejn Malta u l-Montenegro. L-ispettur Sean Scicluna xehed kif iż-żagħżugħ kien ġie arrestat wara li l-Pulizija kienu rċevew informazzjoni, u li wara l-arrest tiegħu, kien talab li jkellem lill-membru Parlamentari tal-Partit Laburista Luciano Busuttil qabel l-interrogazzjoni. F'kumment lill-gazzetta MaltaToday, Busuttil, li huwa wkoll iċ-ċermen tal- Kunsill Malti għall-Isport saħaq li kien irrifjuta li jirrapreżenta liż-żagħżugħ minħabba li kien jitqajjem kunflitt ta' interess. Minflok, dan kien tah biss, "parir b'xejn." Waqt li kien qiegħed jiġi interrogat, kompla l-ispettur, Zammit kien ammetta li rċieva offerta ta' €5,000 għall-assistenza tiegħu. Żied jgħid, però, li minkejja l-isforzi tiegħu, ma kienx irnexxilu jikkonvinċi l-ebda plejer ieħor li jinxtara. L-avukati Marion Camilleri u Mario Mifsud dehru għal Zammit. Seyble Zammit