Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 39

D in il-ġimgħa segwejna pantomima, mhux fis- sala tad- Dar Ċentrali imma fuq l-għatba tal-Qorti, waħda mill-ogħla istituzzjonijiet ta' kull pajjiż. Simon Busuttil mar jipprotesta f 'isem id-demokrazija, iżda n-nies li ġab miegħu bil-kowċis kellhom imġiba li tista' ssejħilha kollox minbarra demokratika. Simon Busuttil jiproġetta lilu nnifsu bħala l-paladin tal-libertà tal-espressjoni iżda ħalla marmalja ta' partitarji Nazzjonalisti jħebbu għall-ġurnalisti ta' ONE taħt għajnejh. L-ebda kelma ta' kundanna, lanqas fil-konfront ta' min għajjar ġuvni b'diżabbiltà. Jitkellem dwar demokrazija, imma l-klieb tal-għassa tiegħu jiżirgħu l-firda u jħammġu lil min ma jaqbilx magħhom ta' kuljum. Mhux talli ma jiddiżassoċjax ruħu minnhom, talli saħansitra jikkwotahom fuq ir-radju, fuq it-televizjoni u fil- Parlament! Jitkellmu fuq il-libertà tal-espressjoni, imma jekk int Laburist m'għandekx dritt titkellem u jekk titkellem, jagħtuk it-titli bħal injorant, xadin, ħamallu u lista ta' aġġettivi li ma tispiċċa qatt. Issa drajniehom tafux, għaliex ngħiduha kif inhi, tal-Partit Nazzjonalista minn dejjem kienu jħossuhom aqwa u aħjar, u issa dan l-aħħar saħansitra isbaħ! Simon Busuttil huwa irresponsabbli, jara biss il-gwadann politiku tiegħu jew aħjar sa xiber imnieħru. Mingħalih qed jiskurja xi punti politiċi għax ilaqqa' n-nies quddiem il-Qorti. B'din il-logħba ta' tfigħ ta' tajn, ħadd mhu qed jigwadanja xejn. Aħna ż-żgħażagħ irridu politikanti li jispirawna, u politika li tagħtina l-opportunitajiet nimirħu u nkunu aħjar. B'din il-politika ta' tgħajjir, ma nieħdu xejn għajr nies diżilluzi mill-politika. Joseph Muscat meta kien fl-Oppożizzjoni dejjem issuġġerixxa u kien minn ta' qudiem biex l-affarijiet isiru aħjar. Dak li kien tajjeb, qatt ma qallu ħażin. Min-naħa l-oħra, għal Simon Busuttil kull ma jagħmel dan il-Gvern huwa ħazin. Għajjur, ma nistax insejjaħlu b'aġġettiv ieħor. Jgħir għas-suċċessi ta' dan il-Gvern, jgħir għaliex Gvern Laburista qed ikun katalist tal-bidla, jgħir għax dan huwa Gvern li wettaq dak li l-Partit Nazzjonalista f '25 sena qatt ma rnexxielu jagħmel. Bħalma jgħidu, l-għira twasslek biex tagħmel ħafna affarijiet. Nifhem li forsi Simon Busuttil m'għandux rispett lejn dan il-Gvern imma tal-anqas għandu jkollu rispett lejn il-pajjiż. Ejja nkunu onesti, x'qiegħed jieħu l-pajjiż mill-ewforija patetika ta' Simon Busuttil? Xejn. Bħala żagħżugħa fil- politika, naħseb li minflok naħlu l-enerġija tagħna fil-protesti u teatrini, għandna nkomplu naħdmu sabiex verament insolvu dak li jikkonċerna n-nies hemm barra, bħall-faqar, l-edukazzjoni, ix-xogħol u l-kwalità tal-ħajja. Inħoss li aħna ż-żgħażagħ għandna responsabbiltà kbira fil-konfront ta' pajjiżna. Aħna umani, u nirrabjaw ukoll iżda rridu nirreżistu l-politika tal- firda u nabraċċaw il-politika tal-għaqda. Dan irridu nagħmluh b'rispett lejn il- ġenerazzjoni attwali, u dik ta' warajna. U allura, ħbieb tiegħi, filwaqt li Simon ikompli joħroġ in-nies fit-toroq, ejja nibqgħu bil-kmiem imxammrin u nkomplu naħdmu fl-interess ta' pajjizna. Inħoss li aħna ż-żgħażagħ għandna responsabbiltà kbira fil-konfront ta' pajjiżna. Aħna umani u nirrabjaw ukoll, iżda rridu nirreżistu l-politika tal- firda u nabraċċaw il-politika tal-għaqda. Dan irridu nagħmluh b'rispett lejna u lejn il-ġenerazzjoni ta' warajna. Il-Prim Ministru qed jagħtina viżjoni u futur, issa f 'idejna x'nagħmlu b'dan il-futur. Inħeġġeġ liż-żgħażagħ ikomplu jersqu lejn il- moviment Laburista u jkunu protagonisti sabiex flimkien ma' Joseph Muscat, nagħmlu minn Malta li qed tinbidel, mhux biss slogan sabiħ fuq il-karta imma Malta li ta' kuljum tinbidel għall-aħjar. Malta li qed tinbidel sabiex neqirdu l-faqar u ngħinu lill-batut, Malta li qed tinbidel sabiex l-investuri jkomplu jinvestu f 'pajjiżna u jinħoloq aktar xogħol, Malta li qed tinbidel sabiex ikomplu jitjiebu s-servizzi edukattivi u tas-saħħa. Malta li qed tinbidel sabiex jiena u żgħażagħ oħrajn ikollna futur aħjar, Malta li qed tinbidel sabiex jien, int u għada pitgħada uliedna jkollhom pajjiż mibdul għall-aħjar. Rosianne Cutajar hija s-sindku ta' Ħal Qormi Il-Ħadd 10 t'April 2016 | illum Opinjoni 17 ROSIANNE CUTAJAR Le għal politika tal-firda. Iva għall-għaqda "Ħalla marmalja ta' partitarji Nazzjonalisti jħebbu għall- ġurnalisti ta' ONE taħt għajnejh" "Jgħir għaliex Gvern Laburista qed ikun katalist tal-bidla, jgħir għax dan huwa Gvern li wettaq dak li l-Partit Nazzjonalista f '25 sena qatt ma rnexxielu jagħmel" Ix-xeni ta' kommossjoni quddiem il-Qorti nhar l-Erbgħa li għadda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016