Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 39

I x-xahar li għadda, Malta sellmet għall- aħħar darba lill- Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, li miet fl-età ta' 87 sena. Ħafna kienu jqisu lil dan l-Arċisqof bħala wieħed enigmatiku, li ma tafx preċiż fejn int miegħu. Iżda l-media kienet unanima fl- eloġji lil Mons. Mercieca. L-episkopat tal-Arċisqof Mercieca seħħ fi żminijiet diffiċli, fejn anki tfarrket il-Kurja. Quddiem dik id-devastazzjoni, Mons. Mercieca kien irrappurtat li baqa' kalm u kawt, biex ma jipprovokax aktar kunflitt nazzjonali. Għex anki ż-żmien tal-kriżi kontra l-iskejjel tal-Knisja u t-tkeċċija tas-sorijiet minn Malta. Fr Charles Vella, li ħadem fil-qrib ma' Mons. Mercieca, irrefera għall-Arċisqof Għawdxi bħala bniedem diplomatiku iżda li kellu wkoll kwalitajiet "monastiċi". Vella qal li Mons. Mercieca kien il-bniedem għal kull staġun fi żminijiet ta' kunflitt u vjolenza politika. Kien hemm dettalji importanti oħra fil-karriera ta' Mons. Mercieca. Ngħidu aħna kien hu li ħareġ salarju għas-saċerdoti kollha, minkejja l-għafsa finanzjarja. Kollox ma' kollox, il- media kkonkludiet li Mons. Ġużeppi Mercieca kien bniedem umli, twajjeb u għaref. Kellu għal qalbu l-fqar u l-morda u ta' spiss kien jidher mal-morda fl- isptar. Dakinhar tal-funeral ta' Mons Mercieca kien jum ta' riħ qawwi, iżda fit-triqat xorta inġabru folol biex isellmulu għall-aħħar darba. L-Ewropa mill-ġdid taħt l-attakk Din id-darba Brussell. L-ISIS reġa' tterrorizza belt fil-qalba tal- Ewropa, f 'inħawi viċin l-istituzzjonijiet tal- Kummissjoni tal-UE. Żewġ kamikażi, splużjoni fil- metro u oħra fl-ajruport, din id-darba kienu l-kamp tal-battalja. Kompla l-istaġun imdemmi ta' attakki mxerrdin madwar il-kontinent: mill-Ingilterra sa Spanja u Pariġi. Din hi gwerra ta' kulturi u konfronti diffiċli biex tantiċipahom, minħabba l-imprevedibbilità tagħhom. Il-ġellieda tal-ISIS/ Daesh lesti li jissagrifikaw ruħhom f 'isem l-Islamiżmu radikali li jipprofessaw. "Diffiċli li tippredisponi d-difiża," kitbet fl-ewwel faċċata Il corriere della sera f 'rapport tal-ewwel faċċata l-għada tal-attakki. Issa l-mistoqsija hi, kif jista' l-kontinent Ewropew, bin-NATO warajh, jipproteġi ruħu? L-Ewropa ilha skjussjata mill-2004, sa mit-terrur fi Spanja. Aġenziji kbar tal-aħbarijiet bħall-BBC, bdew jistaqsu kemm huma effiċjenti s-servizzi tal-intelliġenza. Tnejn mit-terroristi li ħolqu l-aħħar straġi fil-kapitali Belġjana kienu 'magħrufa mill-pulizija' u wieħed minnhom saħansitra kien weħel il-ħabs. Mela x'ġara? Kif irnexxielu jiskansa l-kameras tas-sigurtà? U jasal sal-lobby tal-ajruport u/jew il-metro ċenrali tal- belt? Imbagħad jibdew ir- ritwali: ritratti għall- okkażjoni tal-mexxejja politiċi, folol jinġabru għal mumenti spontanji ta' solidarjetà, monumenti nazzjonali f 'Pariġi, l-Italja u l-Ġermanja mixgħulin bil-kuluri tal-bandiera Belġjana. Imma dawn huma ritwali bla siwi, li la jqajmu lill-maqtulin u lanqas ifejqu lill-vittmi mill-ġrieħi, fiżiċi u psikoloġiċi. Jibqgħu 31 mejjet/mejta u bilanċ ta' 260 persuna feruta. X'se tagħmel l-Ewropa? L-Awtoritajiet kienu qed jistennew attakk, imma ma kienu kapaċi jagħmlu xejn biex jipprevenuh. L-ISIS u l-kummiedji tal- politiċi tagħna Erba' passi 'l bogħod minna, il-Magreb qed jaqbad. Il-Libja infern, it-Tuneżija kaldarun u l-IS tibbumbardja l-konsulat Taljan fil-Kajr. Biex ma nsemmux it-tifrik tal- partimonju dinji f 'Palmira u fl-Afrika ta' Fuq mit- terroristi. Kien hemm anki suspetti li l-ambaxxati tal- Britannja u l-Kanada jinsabu fil-mira u ngħataw parir li jagħlqu qabel xi attakk li kellu jwassal biex jinħatfu ċittadini barranin u jinqatlu personalitajiet pubbliċi. U waqt li għaddej dan ix-xenarju apokalittiku fit- tramuntana tal-Mediterran, aħna moħħna jekk mara Musulmana għandhiex id- dritt tilbes il-burqa jew in- niqab (daż-żgur li għandha! Anki z-zija Rużann tan- Nigret kellha dritt tilbes l-għonnella. U anki n-nisa tal-MUSEUM kellhom dritt jilbsu l-iswed, minn fuq s'isfel.) Kull kultura għandha d-dritt tesprimi dak li l-aktar jissimbolizzaha. Per eżempju l-Maltin għandhom il-kartapesta u l-murtali, il-marċi mħalltin mal-kurċifissi u t-tużelli. L-Arċisqof għandu dritt jilbes aħmar komiku, minkejja ċ-ċifkonferenza ta' żaqqu u s-sorijiet jgħattu xagħarhom biex ma jqanqlux xewqat ħżiena. Imma lura għall-ISIS, Minkejja l-ħerba viċin tagħna, il-politiċi Maltin ma jaraw xejn ħażin f 'li jmorru jikkummidjaw quddiem it-TV lebsin il-hotpants, in-nuċċalijiet tal-kulur u l-parrokki f 'xi maratona. Patetiċi. Il-kriżi tal-migrazzjoni: Il- kollass tal-viżjoni Il-kriżi tal-migrazzjoni tar-refuġjati li issa waslu saċ-ċentru tal-Ewropa, tixhed il-kollass tal-kunċett tas-solidarjetà bejn il- pajjiżi membri. L-Unjoni Ewropea ħarġet bhala organizzazzjoni ta' pajjiżi li jafu jimmanipulaw għall- interessi speċifiċi tagħhom. Il-Ġermanja dehret l-aktar "ġeneruża", imma mbagħad bdiet tiġri l-aħbar li l-bliet żgħar wisq biex ilaħħqu ma' mijiet ta' eluf ta' profugi. Sandanittant, id-Deutsche Welle (DW) kellu servizzi ma jaqtgħu xejn dwar x'kien qed jiġri. Rajna xeni skwallidi, katastrofiċi. Imma donnu ħadd ma ried lil dawk il-folol. L-Ungerija, l-Awstrija, il-Kroazja – pajjiż wara l-ieħor jimblokka lir- refuġjati. Il-viżjoni Ewropea dehret bħala fjask komplet. Baqgħu jaslu aħbarijiet li ma konniex smajna bihom qabel, per eżempju l-problemi partikolari tal- profugi nisa. Fost l-intervisti li xandar, DW ippreżenta raġel u mara Sirjani li kkundannaw bl-aktar mod qawwi il-mod selvaġġ ta' kif, ittrattawhom il-pulizija f 'Malta. Qabblu t-trattament uman li rċevew fil-Ġermanja ma' kif intlaqgħu fit-transit tagħhom f 'Malta. "Ma rridx inkun ħdejn min imqar isemmi lil Malta qal ir- refuġjat. "Malta qatt aktar." illum | Il-Ħadd 10 t'April 2016 Opinjoni 20 L-aħħar tislima lill-Arċisqof Emeritu Mercieca MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI "Minkejja l-ħerba viċin tagħna, il- politiċi Maltin ma jaraw xejn ħażin f 'li jmorru jikkummidjaw quddiem it-TV lebsin il-hotpants, in-nuċċalijiet tal- kulur u l-parrokki f 'xi maratona" L-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca: Rikonċiljatorju u "monastiku"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016