Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 39

Il-Ħadd 10 t'April 2016 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Fl-interess ta' ħadd I l-kampanja elettorali, jew dik li qisha kampanja elettorali bħalissa mhi fl-interess tal-ebda partit, imma b'mod speċjali mhix fl-interess tal-poplu u tal-pajjiż. Mhux meta l-elezzjoni ġenerali għad fadlilha sentejn u forsi it aktar ukoll biex issir. Nibdew bil-Gvern u l-Partit Laburista. Kemm ilu li faqqa' l-każ 'Panama' u l-kumpanija ta' Konrad Mizzi fl-istess pajjiż, il-Gvern inqabad fi sqaq politiku mill-aktar imbarazzanti. L-ewwel żball tal-Gvern u l-Ministru Mizzi kien li ħareġ l-informazzjoni ftit ftit, u li meta tkellem mal- MaltaToday, kien selettiv u ħalla l-kumpanija fil-Panama barra. Jekk se toħroġ l-istorja għax qed tibża' li se tinqabad, jew se toħroġha kollha kemm hi u titfa' l-karti kollha fuq il- mejda fl-ewwel mument, jew inkella ma toħroġha xejn. It-tieni żball tal-Gvern, u ngħidu aħna l-akbar wieħed, kien li għal wisq ġimgħat sa qabel ma bdiet il-Konferenza Ġenerali, il-Partit Laburista irrestrinġa l-argument tiegħu fuq dak li huwa legali u regolari. Iva, Konrad Mizzi kellu kull dritt jiftaħ trust u iva kellu kull dritt li jkollu kumpanija reġistrata l-Panama. Iva, Konrad Mizzi għandu kull dritt jagħmel kull attività legali li jrid bi flusu u iva Konrad Mizzi kellu u għandu kull dritt jagħmel suċċess fil-ħajja personali tiegħu. Li l-Gvern donnu mhux qed jifhem, u mid-dehra lanqas qed jifhem Konrad Mizzi, huwa li dan mhux Ċikku jew Peppi, dan huwa Ministru. U l-prestiġju tal- kariga, jġib miegħu d-doveri u s-sagrifiċċji. Konrad Mizzi missu kien jaf illi li jiftaħ kont f 'pajjiż li għal żmien twil kellu marka sewda fuq ismu, kienet xi ħaġa li lanqas biss kellu jaħsibha. Konrad Mizzi, missu kien politikament stuż biżżejjed biex jara li kont f 'pajjiż bi storja mċappsa f 'dan il-qasam, fejn uħud mill-agħar politiċi fid-dinja tefgħu l-miljuni li serqu minn fuq dahar il-poplu tagħhom, kienet xi ħaġa li ma kellhiex issir. Ir-raba' żball kien li qatt daqs dan il-każ, il-Gvern ma qara ħażin is-sentiment li hawn fost eluf kbar ta' nies. Dan il-każ, lil hinn mil-legalità u lil hinn minn kollox, tefa' dellijiet koroh ħafna ta' suspett fuq Ministru ewlieni tal-Gvern. Il-ħames żball kien li minflok għaġġel biex ineħħi dawn id-dellijiet, il-Gvern u l-Partit Laburista ttanta jnaqqas dan id-dell billi jfakkarna li fi żmien Gonzi, kien hemm min għamel agħar u ma tneħħiex. Huwa żball strateġiku li l-PL jipprova jiġġustifika lilu nnifsu billi juża lill-agħar leġiżlatura tal-PN. Huwa żball ukoll li l-PL jaħseb li d-dellijiet ta' suspett li qatlu u wasslu għal tkaxkira madornali lill-PN, mhux se jwasslu għall-istess destin kiefer lill-PL, jekk ma jindirizzax il-problema. L-aħħar żball tal-Gvern huwa li ngħatat l-impressjoni li hemm xi ħadd fil-Partit Laburista li huwa ikbar mill- partit, jew agħar, mill-pajjiż. Ħadd mhu ikbar mill-pajjiż u mill-interess ta' Malta, u ħadd minn dawk li qiegħed fil-Partit Laburista m'għandu jħoss li huwa indispensabbli, speċjalment jekk dak ix-xi ħadd ikun xi 'Johnny come lately.' Min-naħa l-oħra, hemm il-PN. Tajjeb li l-Oppożizzjoni tagħmel xogħolha u tikkritika lill-Gvern, imma l-militanza esaġerata li qed turi, u t-teatrini tal-marmalja quddiem il-Qorti ma jagħmlu ebda ġieħ lill-istess partit. Jekk xejn qed jerġgħu jqajmu fervur u appoġġ fost sezzjoni mdaqqsa ta' Laburisti li kienu deċiżi li ma jivvutawx fl- elezzjoni. Il-PN jitkellem ħafna dwar trasparenza, u ninżawlu l-kappell għal dan, imma bħalissa qed ikun trasparenti wisq u żżejjed fl-għanijiet politiċi tiegħu. Qed tissolidifika l-perċezzjoni li l-għan tal-PN huwa li jinħoloq kjass fil-pajjiż, li jisħnu l-irjus u li tkompli tiela' t-temperatura politika bit-tir li kollox jistaġna u li eventwalment, il-PN jerġa' jagħmel dak li għamel fl-1998 u jwaqqa' Gvern Laburista. Għal Simon Busuttil, il- mira indubjament, hija dik li jitqaċċat Muscat, u b'hekk ikun għamel rebħa fuq l-akbar avversarju politiku tiegħu (u forsi personali wkoll) fi żmien tant qasir u wara telfa hekk kbira. Il-fatt li l-PN qed jagħmilha iktar minn ovvja li lest jimxi kull mil u ċentimetru li hemm bżonn, javvelixxi lill-Gvern barra minn xtutna u fil-proċess iġib lill-pajjiż għarkupptejh, basta jmiss il-premju ta' Kastilja, qed tibda tirrifletti ħażin. Anke jekk ma jridx, Busuttil qed jidher li jrid jilħaq il-poter, ilbieraħ qabel illum. Infakkruh fi kliem Fulton John Sheen, "Il-paċenzja hija poter. Il-paċenzja mhux nuqqas ta' azzjoni, imma l-abbiltà li tistenna biex taġixxi fil-mument it-tajjeb, b'mod tajjeb għall-prinċipju tajjeb." Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016