Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 39

Il-Ħadd 10 t'April 2016 | illum L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt 23 Ittri Ostakli għal-libertà tal- espressjoni mill-MEPA J. Bonett Balzan, Balluta FIL-FEHMA tiegħi, it-tariffi għoljin li se timponi l-MEPA fuq il-billoards, ixekklu l-libertá tal-espressjoni. Li tariffi għoljin jiġu imposti fuq billboards ta' riklami kummerċjali hi ħaġa, iżda li tariffi għoljin jiġu imposti fuq billboards li juru fehma jew oħra, hu ostaklu għat-tgawdija tal-jedd li wieħed jaqsam fehmtu mal-passanti. Il-PN u l-każini Anthony Duca, Ħal Għaxaq DAN l-aħħar smajna li l-Partit Nazzjonalista beħsiebu jbigħ il-każini li huma proprjetà tiegħu. Fl- aħbarijiet, issemma' l-każin ta' Ħal Għaxaq u proprju għalhekk qed nikteb din l-ittra. Jien kont fuq quddiem fil-ħidma sabiex f 'Ħal Għaxaq jinfetaħ każin tal-PN. Ħidma diffiċli fi żmien diffiċli. Għalhekk, ħassej weġgħa kbira, u bla dubju, ħafna oħrajn bħali, li wkoll ħadmu biex jaraw ħolma li kien ilha f 'moħħ il-partitarji Għaxqin isseħħ. Kif diġà semmejt, barra li ma kienx faċli li nsibu post, wara li rnexxielna, għamilna għamilna sagrifiċċji kbar f 'dik li hi kostruzzjoni, biex il-post għamilnieh addattat għal każin. Mibarra ġbir ta' flus, fejn seffaqna wiċċna u tkarrabna mingħand ħafna nies, ħallejna saħħitna biex rajna l-każin lest kif xtaqnieh. Għalija, jekk il-Partit jasal biex ibigħ dan il-każin, ikun qed jarmi sagrifiċċji kollha li konna għamilna u ma nafx jekk qattx għad naraw ftuħ ta' każin ieħor fir-raħal tagħna. Roadrunner Edward Torpiano, Floriana NAGĦMEL referenza għar- rapport li jġib l-isem 'Qabeż il-limitu tad-direct orders' minn Matthew Mamo (2 ta' Frar 2016) fejn, fl-imsemmi rapport, intqal li: "Ftit jiem qabel l-aħħar elezzjoni tal- Kunsill Lokali, l-eks-Sindku Laburista ta' San Pawl il-Baħar Ray Tabone ħareġ direct order ta' madwar €5,000 biex madwar il- lokalità jitpoġġew numru ta' pjanti. Madankollu, f 'dan il-kuntratt, mogħti b'direct order, ma ħasibx biex jiddaħħal dak li jissejjaħ maintenance agreement biex fost l-oħrajn, dawn il-pjanti jissaqqew, bil- konsegwenza li dawn il- pjanti nixfu u mietu. Wara dan ir-rapport, ħareġ rapport ieħor li jġib l-isem 'Il-borma li qed tbaqbaq ta' Laburisti rrabjati għall-Partit' minn Albert Gauci Cunningham u Mark Borg (ILLUM, 21 ta' Frar 2016) fejn l-istess eks-Sindku Ray Tabone, sostna li "minkejja li studjajt u investejt biex stajt inġib Masters, bqajt imwaħħal, filwaqt li ħaddieħor, anke jekk bla kwalifiki, baqa' tiela'." Aħseb u ara li kieku ma kellux Masters kemm kien iħawwad iżjed f 'San Pawl il-Baħar! Ray Tabone Patri Hermann Duncan O.Carm, Balluta, Sliema WAQT konċistorju tal- kardinali li sar ftit ilu, il- Papa Franġisku ddikjara lil Madre Tereża ta' Kalkutta bħala qaddisa. Iċ-ċerimonja tal-kanonizzażżjoni se ssir fl-4 ta' Settembru 2016 fil-Bażilika ta' San Pietru, fil-Vatikan waqt il-Ġublew tal-Ħniena. Hija twieldet f 'Skopje ġewwa l-Kosovo, u ta' 18-il sena ddeċidiet li tidħol fil- Kongregazzjoni tas-Sorijiet Missjunarji tal-Madonna ta' Loreto. Fl-1928 telqet lejn l-Irlanda, u sena wara marret l-Indja fejn għexet il-bqija ta' ħajjitha. Fl-1931 iż-żagħżugħa Ineż ħadet l-ewwel voti u ħadet l-isem ġdid ta' Suor Marija Tereża tal-Bambin Ġesù (għad- devozzjoni tagħha lejn il- qaddisa ta' Lisieux), u ta' 20 sena kienet tgħallem l-istorja u l-ġeografija lil studenti bniet sinjuri fil-kulleġġ tas- sorijiet ta' Loreto f 'Entally, żona fil-lvant ta' Kalkutta. Madre Tereża kienet il- fundatriċi tal-Missjunarji tal-Karità, kongregazzjoni reliġjuza li sas-sena 2012 kienet tgħodd 4,500 soru li kienu ġewwa 133 pajjiż. Huma jmexxu ospizzji u djar għan-nies morda bl-HIV/AIDS, lebbrużi u bit-tuberkolożi. Fethu wkoll kċejjen u kliniċi, flimkien ma' programmi ta' pariri u skejjel. Il-membri ta' din il-kongregazzjoni jagħmlu l-voti tas-safa, faqar u ubbidjenża kif ukoll jagħmlu r-raba' vot li huwa li jgħatu lilhom infushom kollha kemm huma ghall-"ifqar fost il-fqar." Avolja mietet, il-figura rqiqa ta' Madre Tereża, il-ġisem fraġli tagħha mgħawweġ bl-għejja tax-xogħol, u wiċċha mkemmex saru magħrufin mad-dinja kollha. Kull min iltaqa' magħha, anke darba, ma jistax jinsieha: id-dija tat-tbissima tagħha kienet tirrifletti l-imħabba immensa tagħha. Meta hi kienet tħares lejk, b'dawk il-għajnejn profondi, amorevoli, limpidi, kont tħossok li qed iħarsu lejk l-istess għajnejn ta' Alla l-Imbierek. Għalkemm kienet attiva, fl-istess waqt kienet kontemplattiva. Fiha kien hemm idealiżmu u konkretezza, pragmatiżmu u utopja. Kienet tħobb tiddefinixxi lilha nnifisha bħala "l-lapes żgħir ta' Alla", strument żgħir u sempliċi f 'idejh. Kienet tagħraf b'umiltà li meta l-lapes jispiċċa, il-Mulej jarmih u jafda lil ħaddieħor il-missjoni appostolika tagħha, "Min jemmen fija jagħmel hu ukoll l-għemejjel li qed nagħmel jien, u ikbar minnhom ukoll" (Ġwanni 14, 12). Madre Tereża mietet f 'Kalkutta fil-5 ta' Settembru 1997. Kellha 87 sena. Fis- sena 1999 infetaħ il-proċess tagħha ta' beatifikazzjoni, 3 snin qabel suppost, għalkemm għall-poplu Madre Tereża kienet diġà qaddisa. Nhar id-19 ta' Ottubru 2003, il-Papa San Ġwanni Pawlu II ddikjaraha Beata. Il-messaġġ tagħha huwa dejjem attwali: li kulħadd ifittex il-Kalkutta tiegħu, li tinsab ukoll fit- toroq tal-oċċident sinjur, fir-ritmu frenetiku tal-ibliet tagħna. "Tista' ssib Kalkutta fid-dinja kollha jekk għandek għajnejn biex tara dawk il-persuni li mhumiex maħbuba, li ma jridhom ħadd, imwarrbin u minsijin minn kulħadd." AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT Mara li bellħet id-dinja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016