Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 39

Il-Ħadd 10 t'April 2016 | illum 25 Pjazzetta Oratorio mill-Banda Stella Maris għall-125 sena mill-wasla tal-Vara Titulari DIN is-sena l-Parroċċa Matriċi ta' Stella Maris ta' tas-Sliema qed tfakkar il-125 sena mill-wasla tal-Vara Titulari ta' Marija Kewkba tal-Baħar, li fl- 1891 twasslet ġewwa Tas- Sliema minn Pariġi. Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet, Il-Kappillan u l-Kleru tal- Parroċċa ta' Stella Maris flimkien mal-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika Stella Maris qegħdin jippreżentaw l-Oratorio 'Marija Kewkba tal-Baħar'. Dan l-Oratorio huwa kitba tal-magħruf Professur Oliver Friggieri, filwaqt li Maestro Michael Pulis ikkompona l-mużika ta' din il biċċa xogħol oriġinali u ferm sabiħa. Sabiex ikompli jżewwaq din is-serata, li ser tfakkar kif jixraq dan l-anniversarju importanti fl-istorja tal-Parroċċa, ser jindaqqu wkoll xogħlijiet ta' Ferdinando u Giuseppe Camilleri. Fosthom L-Innu 'A Maria Vergine Stella del Mare' u l-Antifona 'Stella Maris Es'. L-Oratorio, se jitella' fil- Knisja Parrokkjali ta' Stella Maris, nhar il-Gimgħa 6 ta' Mejju 2016 fis-7.30pm. Il-Filarmonika Stella Maris, se tkun taħt id-direzzjoni ta' Maestro Michael Pulis. Flimkien mal-Banda Stella Maris, se jieħdu sehem ukoll is-Sopran Karen Camilleri, it-Tenur Joseph Aquilina, il-Baritonu Alfred Camilleri, u l-kor Coro Bel Canto taħt id-direzzjoni tal-Maestro Hermann Farrugia Frantz. Għal aktar informazzjoni dwar dan l-Oratorio, ċempel fuq 79445778, żur il-paġna ta' Facebook Stella Maris Band Club jew mis-sede tas- Soċjetà Filarmonika Stella Maris. Din l-attività hija mingħajr ħlas. Bronk ittella' Stilel Maltin II GĦAT-TIENI sena konsekuttiva, il- kumpanija Bronk Productions se tagħlaq l-istaġun teatrali tagħha billi tippreżenta t-tieni edizzjoni tal-kunċert 'Stilel Maltin'. Ma' band live immexxija mill-Maestro Joe Brown, se jieħdu sehem ħamsa mill-aqwa kantanti li għandna f 'pajjiżna. Dawn huma, Corazon, Chiara, Glenn Vella, Renato u Mary Spiteri li lkoll se jkantaw live kanzunetti mir-repertorju tagħhom kif ukoll numru ta' cover versions bil- lingwa Maltija, Ingliża u Taljana. Hemm ukoll ħames kantanti żgħażagħ li se jakkumpanjaw lill- kantanti prinċipali bħala backing vocals. L-element komiku se jsib postu wkoll f 'dan il-kunċert għax se jkun ippreżentat mill- atturi komiċi Ġorġ, Tonio Vella u Angie Casha li żgur se jkomplu jagħtu kulur lil dan l-ispettaklu. 'Stilel Maltin II' se jittella' fit-teatru tal- Istitut Kattoliku l-Furjana nhar is-Sibt 16 ta' April fis-7.30pm u l-Ħadd 17 ta'April fis-6.00pm. Għall-biljetti jew għal aktar informazzjoni, tista' ċċempel fuq 21223347 jew 27223347 jew tidħol fuq www.activemalta.com jew www.istitutkattoliku.com. Tista' wkoll tikkuntattja lil booking office fuq 21238429 jew il-bar tal-Istitut Kattoliku fuq 21242551. Decomposed – kummiedja mużikali għall-familja kollha fil-Manoel IS-SIBT 16 u l-Ħadd 17 t'April fis-6pm, it-Teatru Manoel se jippreżenta waħda mill-iktar produzzjonijiet oriġinali mmirata għal familja kolla (għat-tfal minn 8+). 'Decomposed' hija preżentazzjoni li tgħaqqad il-mużika u l-kummiedja. Roly Taylor & Tim Armstrong-Taylor, il- protagonisti, huma tewmin identiċi li jieħdu l-udjenza fi vjaġġ ta' mużika klassika u hija opportunità biex it-tfal (u l-kbar) igawdu l-mużika klassika waqt li jsegwu storja komika relatata mal-mużika. 'Decomposed' hi twila siegħa u addattata għall- familja kolla b'tfal ikbar minn tmien snin. Hija xow tat-tfal għall-kbar u xow tal- kbar għat-tfal. Iżda l-kbar jistgħu jiġu mingħajr tfal u xorta jieħdu gost. Il-biljetti huma €7 għat- tfal u €10 għall-kbar minn www.teatrumanoel.com.mt, booknigs@teatrumanoel. com.mt jew 2124 6389.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016