Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432
illum | Ħadd 10 t'April 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Persuna li għandha tersaq lejk, se tkun ta' importanza għalkemm int taf ma tagħtix widen għal dan. Din għandha tkun ta' gwida għalik, b'mod speċjali miż-żmien li int għaddejja minnu bħalissa, u għalhekk huwa importanti tagħraf dan li għandha twassallek. Agħraf imxi ma' dawn il-linji gwida li sejrin jingħatawlek fil-ġranet li ġejjin, ħalli bis-saħħa ta' hekk, tkun tista' terġa' taqbad ir-ritmu li se tkun tlift. Agħraf iżjed. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li hi forma ta' gwida għalik, ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 16, 28 u 38 Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Aktarx sejjer tħossok li hemm min huwa xi ftit aktar moħħu fik mis-soltu. Forsi l-pożizzjoni tiegħek, qed tiġi analizzata kemm minħabba titjib, anke xi forma ta' tibdil li se jkun hemm fil- ġimgħat li ġejjin, u dan jaf iġiegħlek taġixxi b'mod differenti, b'tali mod li taf tbiddel xi ftit, anke l-lingwaġġ. Però, int żomm ma' dak li verament tħoss ġo fik, u tħalli lil ħadd min jip- prova jbiddillek id-direzzjoni. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li hi forma ta' gwida għalik, ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 17, 23 u 32. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Magħrufin kemm huma marbutin ma' ċertu affarijiet, u li jħobbu żżommu l-istess sistemi, wasal iż-żmien li dan għandu jibdel ftit mill- format tiegħu, u wara li dan, jibda' jseħħ bil-mod, int tibda tagħraf kemm iċ-ċaqliq jista' jkun iktar pożittiv. Dan it-tibdil irid isir, mhux għax xi ħadd jimponi fuqkom, imma għax taraw li dan huwa ta' ġid għalik. Tbiddel xejn, u qatt jekk dak li tagħmel ma jkunx ġej minn ġewwa fik. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li hi forma ta' gwida għalik, ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 14, 29 u 38. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Bħalissa, int li tkun tifforma parti minn xi grupp, qed taħseb li din hi forma ta' protezz- joni, imma dan il-ħsieb jew fażi li int għaddejja minnha, trid tagħmel kuraġġ u tagħlibha, u mhux toqgħod fil-kenn ta' ħaddieħor, għax b'dan il-mod, int ma ssolvi xejn, għax il-mument li int trid tagħraf, xorta waħda dan trid tagħmlu waħdek. Agħraf l-abbiltà li int għandek ħalli bis-saħħa t'hekk, int tagħraf li m'għandek bżonn lil ħadd. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li hi forma ta' gwida għalik, ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 17, 24 u 35. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Mument ta' eċitament, qiegħed jinħoloq mad- warek, meta ħolma li kienet tidher li mhix impossibbli li tintlaħaq, mhux talli mhux sejra tintlaħaq, imma talli sejra tħalli ħafna nies minn kull qasam tal-ħajja jitkellmu dwarek. Dak li kien xi ftit mistur, issa se jkun iktar apert, u huwa dan li issa trid tagħraf tikkontrolla għax huwa dan li int trid toqgħod attent. Riesaq mu- ment ta' bidla, li din ukoll se tkun ta' sorpriża għalik. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 13, 27 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Jekk taħseb li trid taqa' l-bajtra f'ħalqek sabiex tagħraf tieħu xi deċiżjoni, din hi l-falliment tiegħek. Agħraf li għalkemm dak li jista' jkun fil- futur, għadu mhux ċar biżżejjed, imma jekk dak li hemm huwa aħjar minn dak li int tinsab fih illum, ikun qiegħed jinħela ħafna ħin prezzjuż. Agħraf li xejn ma jista' jkun dak kollu kif trid, u kif tixtieq, imma li jkun aħjar minn dak li tkun għaddej, dejjem ikun aħjar. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li hi forma ta' gwida għalik, ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 7, 14, 27 u 33. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Jekk għadek kif spiċċajt minn xi forma ta' relazz- joni, din id-darba ħares 'il quddiem, u ħu ftit ta' nifs li tant għandek bżonn. Ibda mur sal-gym, ibda mur fejn kont tħobb tmur, sib ftit spazju għalik. Issa huwa l-mument ta' riflessjoni, u huwa dak il-mument li int tagħraf eżattament xi trid. Ma jimpurtax jekk taħseb li forsi tmur lura, imma sib lilek, ara lilek u agħraf lilek. Issa huwa dak il-mument li ssib lilek. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li hi forma ta' gwida għalik, ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 16, 29 u 30. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Settem- bru Mument ta' ħsibijiet u riflessjonijiet, imma dan huwa gwadann għalik sabiex in tkun tista' tir- rifletti ferm u ferm aktar. Ikun ħażin ħafna jekk xi ħadd bħalissa jipprova jinfluwenzak għax dak li int vera tkun trid tagħmel, jaf ikollu influwensa differenti. Dak li int għandek f'moħħok, wettqu. Ħadd ma jaf iktar minnek stess. Int taf eżatt lilek, u taf eżatt int fejn tixtieq tmur. Għalhekk, irrifletti u imxi fuq li tħoss int. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li hi forma ta' gwida għalik, ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 17, 26 u 34. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ottu- bru Int taħseb li l-kburija tiegħek se tagħmlek li m'għandek bżonn lil ħadd, imma dan huwa l-ħażin, u huwa l-iżball li jista' jkollu konsegwenzi wiesgħa ħafna, kemm fil-ħajja personali tiegħek, u wisq iktar fil-karriera tiegħek. U issa, riesaq lejk żmien iebes li dan, jekk int mhux ħa tkun miftuħ għal ċertu opinjoni, jaf jikkawżalek ċertu problemi li mhumiex se jkunu tajbin, meta int tkun għaddej minn żmien pożittiv. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li hi forma ta' gwida għalik, ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 14, 25 u 35. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' No- vembru Huwa żmien opportun li int tnaddaf ftit min- negattiv tal-passat, u waħda mill-ewwel aspetti li hemm bżonn huwa li tilwima li int kellek fil-pas- sat ma' kollega jew ħabib tiegħek, tkun tista' terġa' tissewwa ħalli hekk, int tħossok li tkun ħlist minn ċertu ħsibijiet. Parir li sejjer jingħatalek, irrifletti sewwa dwaru għax meta int sejj- er tirrifletti sew dwaru, sejjer ikun ta' ċertu gwadann għalik. Dejjem agħraf dak li jintbagħat, għax dejjem hemm raġuni. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li hi forma ta' gwida għalik, ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 18, 28, u 30. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Meta fil-ħajja ta' madwarek, iseħħ xi diżappunt, ma jfissirx li għandek taqta' lura jew titfixkel, imma żomm lilek innifsek iktar magħqud sabiex dan id-diżappunt ma jikbirx, imma bil-qawwa tiegħek stess, tagħraf iċċekknu. Forma ta' xi gwida, dejjem tkun ta' linja pożittiva, għalhekk fittex li tagħraf aktar dak li int, ħalli kwalunkwe negattiv li jersaq lejk, int tkun kapaċi tilqgħalu. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li hi forma ta' gwida għalik, ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 12, 23 u 32. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Agħraf kemm tista' sabiex ma tidħolx f'xi nasba ta' argumenti li m'għandhomx x'jaqsmu miegħek. Dan ikun ħin u żmien mitluf għalik. Int għandek ħafna iktar fiex theda, għax hemm ħafna affarijiet resqin lejk fil-ġimgħat li ġejjin, għaljekk evita ink- wiet ta' bla importanza ta' xejn għalik, u agħraf ħejji lilek innifsek kemm tista' fuq linja pożittiva ħalli dak li riesaq lejk jagħti u jimlik b'sodisfazzjon. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li hi forma ta' gwida għalik, ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 17, 29 u 38. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 26 X'qalulna l-qarrejja... " " Tistgħu tibagħtu l-kummenti jew mistoqsijiet tagħkom lil Paul jon fuq l-email pauljon.aquilina13@gmail.com jew sms fuq 99013600 Tracy Mercieca minn San Pawl il-Baħar: PaulJon tassew inkun qiegħed nistenna l-paġna tiegħek. L-Oroskopju tiegħek huwa mwassal f 'tant dettall tajjeb li bilfors trid u ma tridx tgħid, 'Imma kif jirnexxilu jkun kważi viċin dak li int tkun għaddej minnu?' Interessanti ħafna, u tal- ġenn. Raisa Portelli minn San Ġiljan: Sa ftit ta' żmien ilu, kont ngħid l-Oroskopju hu ħela ta' ħin! Imma meta ftit tal-ġimgħat ilu ħabiba xtrat din il-gazzetta għax xtaqet taqra dwar l-Oroskopju tagħha u webblet lili, illum ngħidlek PaulJon tassew ma nafx kif imma proset tassew għax mingħjar ma taf, lili kkonvinċejtni li nistennik kull Ħadd. Kurjuża biex naqra aktar dwarek! Maria Inguanez miż- Żurrieq: PaulJon jien issa ili naqra l-paġna tiegħek minn Jannar. Għandek paġna tajba, imma nixtieq inwassllek parir. Tajjeb li kieku tibda tispjega aktar dwarek, għax mir-rakkonti li tikteb, tidher li tagħmel ħafna ġid. Wassal aktar din l-abbiltà tiegħek! Proset tassew. Kompetizzjoni: IRBAĦ ma' PaulJon! Is-servizz ta' gwida ta' PaulJon, kif jingħata? 1. Permezz ta' meditazzjoni 2. Permezz ta' tarrot cards 3. Permezz tal-kristalli 4. Permez ta' kuntatt dirett mal-persuna Ibagħtu t-tweġiba tagħkom b' sms fuq 99013600 jew b'imejl fuq pauljon.aquilina13@gmail.com L-ewwel tweġiba tajba trebbħek 50% skont fuq is- servizzi provduti minn PaulJon, u xahar b'XEJN tal- gazzetta ILLUM.