Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432
Il-Ħadd 10 t'April 2016 | illum Ikel 27 L-ikla t-tajba Insalata tal-Couscous Ingredjenti: • 2 kikkri stokk tat-tiġieġ jew dada tat-tiġieġ maħlula f '2 kikkri misħun • 1 ½ kikkri couscous • ¼ kikkra żejt taż-żebbuġa • ⅓ ħall tal-inbid aħmar • ¼ kċn bżar aħmar pikkanti midħun • ½ kċn paprika • Melħ u bżar • 1 basla mdaqqsa, mqatta' • 1 ponn ħabaq imqatta' • 2 kikkra cherry tomatoes maqsuma min-nofs • Qoxra ta' lumija maħkuka • 1 kikkra ġobon feta Metodu: • F'kazzola jew borma żgħira, għalli l-istokk u żid il- couscous. Għatti, u wara madwar 5 minuti, jew meta jkun inxtorob ħafna mil- likwidu, neħħi minn fuq in-nar u ħalli f 'ġenb għal madwar 5 minuti. • Itfa' l-couscous fi skutella kbira u ħawwad b'fuketta biex tisseparah, u ħallih jiksaħ. • Fi skutella żgħira, ħawwad flimkien iż-żejt, il-ħall, il- bżar aħmar, paprika u melħ u bżar. • Mal-couscous, żid il-basal, ħabaq, tadam, u l-ġobon feta u ħawwad sew. Ferra' t-taħlita taż-żejt fuq kollox u ħawwad flimkien. Salamun b'qoxra ta' għasel u mustarda Ingredjenti: • 4 fletti tas-salamun • 1½ kċn mustarda Dijon • 1½ kċn għasel • 1 sinna tewm mgħaffġa • ¾ kikkra frak tal-ħobż niexef • 2 mrf tursin imqatta' • 1 kċn qoxra tal-lumi • 2 mrf żejt taż-żebbuġa • Melħ u bżar Metodu: • Fi skutella żgħira, ħawwad flimkien il-mustarda, l-għasel u t-tewm. • Fi platt ċatt poġġi flimkien il-frak tal-ħobż, lumi u tursin, u żid magħhom iż-żejt taż- żebbuġa u ħawwad sew li ż-żejt ikun fuq kollox. • Aqbad flett tas-salamum wieħed wieħed u idlek naħa minnhom bit-taħlita tal- għasel u l-mustarda. Poġġi l-flett, bin-naħa tat-taħlita l-isfel fil-platt bil-frak tal-ħobż biex tiksih. Ara li n-naħa tkun miksija sew, u itfa' ftit bżar u melħ fuq kollox. Irrepeti l-proċess bil-biċċiet kollha tas-salamun. • Aħmi f 'forn jaħraq ta' madwar 200˚C għal madwar 14-15-il minuta, sakemm is-salamun ikun sar kompletament. Servi b'biċċa lumija fil-wiċċ. Gallettini red velvet Ingredjenti: • 2¼ kikkri dqiq plain • 2 kikkri zokkor • 2 mrf trab tal-kokkodina • 2 kċn baking powder • ¼ kċn melħ • 230g (pakkett) cream cheese • 4 mrf butir • 1 bajda • 1 mrf kulur aħmar • ½ kikkra icing sugar Metodu: • Fi skutella ħawwad flimkien id-dqiq, iz-zokkor, il- kokkodina, baking powder u melħ, u itfa' f 'ġenb. • Fi skutella oħra kbira, ħabbat flimkien il-butir u l-cream cheese sakemm jitħalltu sew. Magħhom żid il-bajda u l-kulur aħmar. • Żid it-taħlita tad-dqiq mat- taħlita l-oħra u ħawwad flimkien sakemm tifforma forma ta' għaġina. • Poġġi l-għaġina fil-friġġ u ħalliha toqgħod għal madwar sagħtejn. • Poġġi l-icing sugar fi skutella. • Aqta' biċċa biċċa mill- għaġina u ffurmahom fi blalen żgħar u rembel fl-icing sugar. Poġġihom fuq dixx b'karta strazza u aħmi f 'forn moderat ta' madwar 180˚C għal bejn 10-12-il minuta. għalli l-istokk u żid il- KONTORN PLATT PRINCIPALI DEZERTA