Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432
illum | Il-Ħadd 10 t'April 2016 28 Kummerċjali Sejħa għall-Espressjonijiet ta' Interess Jinteressak tkun parti minn tim involut fil-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-2017? Issa huwa ċ-ċans tiegħek. Qed infittxu applikanti prospettivi sabiex ikunu involuti f'attività ta': Komunikazzjoni u/jew Kordinaturi fil-qasam tal-ambjent u agri-fish. Għal aktar informazzjoni nistiednuk iżżur is-sit tal-Ministeru fuq l-indirizz elettroniku www.environment.gov.mt. Data tal-għeluq 15 t'April 2016. Applikazzjoni minn MAPFRE Middlesea tassisti klijenti waqt vjaġġar MAPFRE Middlesea għada kif nediet applikazzjoni diġitali ġdida bl-isem ta' iTravel, li se tassisti l-klijenti meta jkunu qed jivvjaġġjaw, anke f'każ ta' emerġenza. L-app se turi l-prezzijiet u deskrizzjoni tal-prodotti kollha u tħalli lill-klijent iħallas għal polza tal-assigurazzjoni tal-ivjaġġjar permezz tal-mobile. Il-klijenti jistgħu jiftħu claim permezz tal- policy number u informazzjoni sempliċi oħra. L-idea hi li l-informazzjoni essenzjali tasal għand il-kumpanija kemm jista' jkun malajr. Waħda mil-features tal- applikazzjoni tagħti informazzjoni lill-klijenti dwar l-eqreb sptarijiet u kliniċi, skont il-pajjiż u l-post speċifiku li qiegħed fih il-persuna. L-applikazzjoni tħalli wkoll lill- klijent jikkomunika mal-contact centre ta' MAPFRE Middlesea, li jibqa' miftuħ, permezz ta' telefonata jew SMS. Wieħed jista' wkoll jagħmel talba li ċċempillu l-kumpanija stess. L-applikazzjoni hija kompatibbli fuq kwalunke device u tista' titniżżel b'xejn mill-App Store jew Google Play. Aktar informazzjoni tinstab fuq is-sit elettroniku www.middlesea. com HSBC Malta jisponsorja l-kategorija tal-Ġurnaliżmu Stampat tal-Malta Journalism Awards Il-Bank HSBC Malta qed jisponsorja l-kategorija Ġurnaliżmu Stampat – Aħbarijiet tas-26 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards bħala rikonoxximent tal- kontribuzzjoni li l-ġurnalisti Maltin jagħtu lis-soċjetà. Il-kategorija tal-Ġurnaliżmu Stampat hi meqjusa bħala l-ogħla kategorija tal-Unuri. Il-Malta Journalism Awards huma organizzati mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM), fejn ix-xogħol ta' sena jilħaq il-qofol tiegħu b'rikonoxximent ta' 16-il rebbieħ f 'erba' taqsimiet ġurnalistiċi ewlenin: stampar, xandir, e-ġurnaliżmu u kategoriji ġenerali. "Għal iktar minn kwart ta' seklu, l-unuri tal- IĠM jirikonoxxu il-fatt li l-ġurnaliżmu jwettaq bidla posittiva fis-soċjetà Maltija," qal il-Kap tal-Komunikazzjoni ta' HSBC Malta Franco Aloisio, li ppreżenta l-isponsorship tal- Bank lill-Istitut. Iċ-ċerimonja tal- preżentazzjoni tal-Malta Journalism Awards ser issir is- Sibt 7 ta' Mejju 2016, fil-lukanda The Palace, Tas-Sliema. It-Teżorier tal-IĠM Mario Schiavone jirċievi l-isponsorship ta' HSBC minn Franco Aloisio Ikla bl-aqwa nbejjed minn Piemonte Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited dan l-aħħar ingħaqdet max-Chef Martin Camilleri mir-restorant The Chef tax-Xemxija għal 'Cena Piemontese' li fiha kien hemm uħud mill-aqwa nbejjed ta' Luciano Sandrone, Elio Altare u Fontanafredda. Luciano Sandrone hu wieħed mill-produtturi ikoniċi ta' Barolo, u Elio Altare hu meqjus mad-dinja bħala wieħed mill-aqwa produtturi tal-inbid fid-dinja. Fontanafredda hu nbid storiku li beda jsir fis-snin 1800 mill- Konti Emanuele Guerrieri, l-iben naturali tal-ewwel Re tal- Italja – Vittorio Emmanuele II – u l-Kontessa Rosa ta' Mirafiori. Il-mistednin bdew l-ikla tagħhom bl-inbid Hundred Fifty Seven Brut ta' Fontanafredda, edizzjoni speċjali għall-anniversarju li nġieb speċifikament għal din l-ikla. Wara ġie servut Langhe Arneis ta' Fontanafredda li niżel tajjeb ħafna mar-risotto bil-basal u l-majjal selvaġġ (wild boar). L-inbid Dolcetto 2014 ta' Elio Altare ssorprenda lil kulħadd bil-kumplessità sabiħa tiegħu li normalment mhix assoċjata ma' din il- varjetà ta' għenba. Il-Barolo Le Vigne 2005 en magnum ta' Luciano Sandrone kompla jtejjeb l-ikla bl-aroma ta' frott irqiq, ċirasa u ċikkulata skura b'palat ta' vanilla, ċikkulata u cassis amalgamat ma' saffi tal-frott. Barbera d'Alba 2013 ta' Luciano Sandrone kien l-akkumpanjament perfett għal mal-għażla ta' ġobnijiet mill- Valle dell'Elvo li ħejja x-Chef Martin. Is-serata ntemmet b'mod pjaċevoli bil-Moscato d'Asti ta' Fontanafredda b'togħmiet tajba ta' fjuri u ħawħ. FBIC Ltd, membru tal-Grupp Farsons, timporta u tqassam lokalment l-inbejjed Elio Altare, Luciano Sandrone u Fontanafredda. Dawn jinsabu f'numru ta' restoranti, ħwienet tal-inbid u fil-ħanut tal-inbid ta' Farsonsdirect fl-Imrieħel: www. farsonsdirect.com.