Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 39

Il-Ħadd 10 t'April 2016 | illum Vjaġġi 29 minn John Busuttil KULL meta wieħed isemmi l-Lake District fl-Ingilterra dejjem tisma' lil xi ħadd quddiemek jgħidlek 'Wow', u jgħidlek kemm jixtieq iżur dan id-distrett, inkella kemm ħa gost meta mar u jixtieq jirritorna f 'dan il-post li jsaħħrek. Din iż-żona tinsab fil- Majjistral tal-Ingilterra u tkopri 1,500 kilometru kwadru (885 mil kwadru) ta' lagi, muntanji/ għoljiet u kampanja tipika Ingliża, ta' xenarju li jħallik bla nifs. Hawn min iżur dan id-distrett li jien insejjaħlu ġenna tal- art għal ġurnata waħda biss, iżda dan ikun ifisser aperittiv ċkejken. Il-Lake District mhux iżżuru u tgħaddi riħ b'xi waqfa għar-ritratt, iżda trid tgħixu, billi tqatta' ġranet sħaħ f 'wieħed mill-villaġġi tipiċi tiegħu, f 'xi cottage ħdejn il-lag u minn hemm, jew tmur timxi inkella l-aħjar mod kif tgawdih hu li tikri karozza u torganizza xi ġiti madwaru. Jien hekk għamilt u għalhekk se naqsam din l-esperjenza magħkom. Li ssuq f 'dan ir-reġjun mhux diffiċli, għax barra li l-Ingliżi jsuqu bħalna fuq ix-xellug, ir- reġjun mhux daqstant traffikuż u mhux daqshekk diffiċli biex tasal minn post għall-ieħor b'waqfien ta' rilassiment u ritratti li jibqgħu memorabbli. Dan ir-reġjun iżuruh madwar 16-il miljun turist fis-sena u hu l-akbar 'national park' mit-13 li hemm fl-Ingilterra u Wales, u t-tieni l-akbar fir-renju unit wara 'Cairngorns'. Interessanti li m'hemm l-ebda restrizzjoni li wieħed iżur kull rokna ta' dan ir-reġjun, għalkemm hemm partijiet minnu li ma tistax tidħol b'karozza iżda tista' tippassiġġa liberament fiha. Ir-rotot li qed nissuġerilkom huma ġeneralment ta' bejn 30 u 50 mil (għax l-Ingilterra hi mkejla bil-mili u mhux bil-kilometri). U nissuġerixxi li tieqfu f 'kull raħal u tgawduh billi tieklu hemm, u tgħixu ftit maċ- ċittadini. Ambleside – Keswick – Ullswater Dawra madwar l-arterja prinċipali tal-Lake District minn Ambleside sa Keswick u tirritorna lura minn Ullswater u minn Kirkstone Pass. F'din id-dawra li fiha 47 mil wieħed iżur diversi lagi u fl-istess waqt hemm tema 'Wordsworth' li jinkludi diversi lokalitajiet assoċjati mal-poeta nazzjonali Ingliż. Keswick – Borrowdale - Buttermere Dawra ta' 33 mil li tibda minn Keswick u Derwent Water qabel wieħed jasal sal-vallata maestuża ta' Borrowdale. Minn hemm, wieħed jitla' sa Honister Pass u jibqa' sejjer Buttermere qabel wieħed jirritorna sa Newlands. Ambleside – Windermere – Coniston Drive Dawra ta' 37 mil madwar il-Lag Windermere li tieħdok għal diversi attrazzjonijiet naturali qabel twasslek sa Hawkshead, Tarn Hows u Coniston. F'din id-dawra hemm tema ta' Beatrix Potter għax huma d-diversi lokalitajiet assoċjati ma' din l-awtriċi famuża tat-tfal. Coniston – Duddon Valley – Eskdale drive Din id-dawra ta' 42 mil tinkludi diversi 'mountain passes' kemxejn diffiċli. Jiġifieri wieħed irid jitla' diversi muntanji fost xenarju tal-ħolm. Iżda barra x-xenarju, din id- dawra tieħdok ukoll f 'diversi attrazzjonijiet storiċi. Penrith – Middle Eden Valley Drive Dawra ta' 45 mil madwar Penrith u l-vallata verġni ta' Eden li tieħdok għal numru ta' bini storiku u monumenti preistoriċi. Din id-dawra mimlija xenarju mill-isbaħ twasslek ukoll f 'villaġġi mibnija minn 'sandstone' li hu tipiku f 'dawn in-naħat. Kendal – Grange – Windermere Drive Dawra ta' 48 mil man- naħa tal-Lbiċ li tinkludi attrazzjonijiet varji u interessanti. Il-bliet żgħar u popolari ta' Kendal u Bowness huma attrazzjoni fihom infushom, filwaqt li wieħed jista' anke jara diversi djar storiċi u famużi. F'din id-dawra wieħed iżur ukoll il-penisola Cartmel u l-akbar lag fl- Ingilterra, Windermere. Ulverston - Barrow - Furness Peninsula drive Dawra ta' 44 mil madwar il-penisola ta' Furness, żona influwenzata ħafna mill- patrijiet ta' Furness Abbey u wara mill-manifattura tal-ħadid u bini ta' vapuri. Din ir-rotta twasslek għal attrazzjonijiet assoċjati max-xenarju tal-kosta. Cockermouth - Whitehaven - Maryport drive Din hi rotta ta' kuntrasti u li fiha 54 mil. Rotta li tieħdok man-naħa tal-punent ta' Cumbria u wieħed hawn jara l-kuntrast bejn il-ġmiel ta' Lorton Vale u Ennerdale għall-wirt industrijali tal-kosta fil-punent ta' dan ir-reġjun bil-bliet interessanti ta' madwar il-kosta mal-baħar. Carlisle - Brampton - Hadrian's Wall drive Din ir-rotta ta' 46 mil tieħdok sal-belt Kapitali tar-reġjun, Cumbria, Carlisle u anke sal- parti storika ta' Hadrian's Wall l-aħħar post tar-Rumani li kien jifred l-Ingilterra mill-Iskozja u li minn hemm fuq, wieħed jista' jgawdi x-xenarju tal-vallata ta' Irthing. F'din ir-rotta, barra l-istorja interessanti u affaxxinanti ta' żmien ir-Rumani, wieħed jista' jgawdi wkoll il-belt ta' Carlisle bid-diversi monumenti u shopping qawwi li fiha. Ravenglass - Wasdale - Eskdale drive Rotta ta' 46 minuta li tieħdok fil-punent remot tal-Lake District li jinkludi l-uniku villaġġ mal-kosta tal-Lake District u fih wieħed isib diversi bajjiet qabel wieħed jidħol fuq in-naħa ta' ġewwa biex tkun tista' tesplora l-vallati ta' Wasdale u Eskdale. Keswick - Bassenthwaite - Caldbeck drive Rotta ta' 55 mil li hi waħda fost l-isbaħ. Rotta li titlaq minn Keswick madwar iż-żona muntanjuża ta' Skiddaw li fiha wieħed iżur l-aktar postijiet mimlija xenarju fl-aktar parti għolja tal-Lake District. Minn hawn wieħed jesperjenza l-lagi u l-muntanji mill-isbaħ u attrazzjonijiet li jinkludu l-villaġġi pittoreski, il-bini storiku u kampanja selvaġġa unika. Ullswater - Lowther - Haweswater drive Dawra ta' 55 mil madwar il-lvant tad-distrett li tinkludi partijiet remoti ta' Ullswater u Hawewwater. Din id-dawra tieħdok ukoll sal-vallati ta' Lowther u Lyvennet, villaġġi pittoreski u postijiet storiċi. Kendal - Sedbergh - Arnside drive Rotta ta' 56 mil li tieħdok sa diversi bliet antiki imsejħin 'market towns'. F'din id-dawra niltaqgħu ma' diversi xmajjar u nixxigħat u mmissu wkoll il- park nazzjonali ieħor Yorkshire Dale u żona ta' ġmiel naturali madwar Arnside. Hawkshead - Coniston - Grizedale drive Rotta ta' 35 mil ibbażata madwar Hawkshead li tinkludi żewġ partijiet separati, Tarn Hows u l-ġmiel ta' Coniston Water u l-pass l-ieħor li jieħdok minn ġol Foresta Grizedale li tinkludi diversi attrazzjonijiet naturali tal-foresta. Dawn id-drives għandhom ikunu ta' għajnuna kbira għal kull min jixtieq vaganza rilassanti u trankwilla fejn tqatta' ġranet fejn tpaxxi għajnejk, isserraħ il-pulmuni u anke ssib fejn tagħmel xirjiet tajbin ukoll bħal kull parti tal-Ingilterra. Jien iddeċidejt li noqgħod mal-lag ta' Windermere u kull rotta li ktibt hawn stajt nagħmilha liberalment u faċilment. Nagħtikom parir toqgħodu f 'post ċentrali ħalli dawn ir- rotot tkunu tistgħu żżuruhom b'mod komdu. Kif tasal hemm Hemm diversi rotot biex wieħed iżur il-Lake District. Jien mort bir-RyanAir sa Liverpool u tlajt 'il fuq minn hemm, iżda anke l-ajruport ta' Manchester jista jwasslek s'hemm. Il-Lake District: Il-Ġenna tal-art Ingliża Grasmere il-villaġġ ta' Wordsworth Il-poeta nazzjonali Ingliż, Wordsworth kien jimxi din il-mixja biex jikteb il-poeżiji tan-natura tiegħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016