Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 10 t'April 2016 | illum SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Floriana .................... 2 Valletta ..................... 0 FLORIANA rebħu d-Derby tant mistenni kontra r-rivali eterni Valletta biex b'hekk għelbu lil Valletta wara xejn inqas minn 9 snin, hekk kif l-aħħar rebħa tagħhom kontrihom tmur lura għal Awwissu tal-2007. Floriana kienu għelbu lil Valletta fl-2011, iżda dan kien fil-finali tal-FA Trophy. Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fil-25 minuta permezz ta' xutt minn tarf il-kaxxa ta' Matteo Piciollo li ġie mxellef f 'corner. Tliet minuti biss wara, Valletta qalgħu daqqa ta' ħarta meta sfaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Brażiljan Romeu Pericles Romao wara li rċieva t-tieni karta safra fil-logħba, bit-tieni waħda jirċeviha wara li ffawlja plejer ta' Floriana ftit barra l-kaxxa. Mill-freekick li rriżulta mogħti mill-captain tal- Greens Nicolas Chiesa, Henry Bonello, dawwar il-ballun f 'korner b'ċertu abbiltà. Il-Greens irnexxielhom jiftħu l-iskor fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima meta minn freekick qasir ta' Nicolas Chiesa, il-ballun spiċċa għand Matteo Piciollo li min-naħa tiegħu għadda lejn Mario Fontanella li mill-viċin tefa' l-ballun wara Henry Bonello. Sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, kien imiss lill-plejer ta' Floriana Manuel Briffa li jirċievi t-tieni karta safra u b'hekk irċieva l-karta l-ħamra mir-referi Fyodor Zammit. Mill-freekick li rriżulta Jhonnattann Benites Da Conceica laqat il-wieqfa bil- ballun jaqbeż quddiem il- goalkeeper Matthew Grech u jintemm f 'korner. Fit-62 minuta, Mario Fontanella, tilef ċans inkredibbli li jsib ix-xibka meta ra daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tintemm barra, wara li rċieva kross mil-lemin mingħand Matteo Piciollo. Iżda, propju 10 minuti wara, Floriana rduppjaw l-iskor biex b'hekk issiġġillaw ir-rebħa meta minn kross mix-xellug ta' Matteo Piciollo, il-ballun spiċċa għand Mauricio Villa li minn pożizzjoni ferm ideali tefa' l-ballun fix-xibka, fost delirju ta' ferħ tal-partitarji numerużi ta' Floriana preżenti fl- Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. Floriana - Grech, Scicluna, Monticelli (Cabral 13') (Villa 46'), Pisani, Borg, Piciollo (Spiteri 90'), Bonnici, Briffa, Chiesa, Fontanella, Marcelina Valletta - Bonello, Caruana, Cruz Gill, Briffa, Falcone, Cremona (Azzopardi 54'), Pani (Suda 86'), Calstus Umeh, Benites da Conceicao, Nafti (Mifsud 70'), Pericles Romao Referi - Fyodor Zammit Matteo Piciollo Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, bla dubju kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Għat-tieni sena konsekuttiva qed jirriżulta bħala wieħed mill-aqwa plejers ta' Floriana. Floriana jegħlbu lil Valletta fil-Kampjonat wara 9 snin Ritratt - Ray Attard Manuel Briffa jiffawlja ikrah lil Jhonnattann Benites Da Conceicao, u kawża t'hekk safa mkeċċi mir-referee Fyodor Zammit 31

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016