Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 39

illum Il-Ħadd 10 t'April 2016 Sports 32 minn Cristian Antony Muscat Sliema W .................... 1 Mosta ........................ 0 SLIEMA Wanderers ikkonvinċew u ħarġu rebbieħa bl-iskor minimu ta' 1-0 fil-konfront tagħhom kontra Mosta. Kienu l-Wanderers li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża wara disa' minuti meta Michele Sansone għadda tajjeb lejn Denni Rocha dos Santos, li x-xutt potenti tiegħu għadda ftit barra mil-lasti ta' Omar Borg. Il-Wanderers komplew jattakkaw u fis-17-il minuta, resqu viċin li jiftħu l-iskor meta minn clearance ħażina tal-plejer żagħżugħ ta' Mosta, Dexter Xuereb, il-ballun ħabat ma' plejer tal-Wanderers qabel ma ntemm għand Jean Paul Farrugia li avvanza tajjeb, ġie wiċċ imb wiċċ ma' Omar Borg, bl-istess goalkeeper Mosti jirnexxielu jxellef tajjeb il-ballun f 'corner biex b'hekk evita kull periklu għall-Mostin. Mosta rrispondew fl-44 minuta permezz ta' freekick mill-isbaħ tal-ispeċjalista James Brincat li ġie mdawwar f 'corner mill- goalkeeper Albaniż tal- Wanderers, Entonjo Elezaj. Mosta ħarġu aggressivi fil- ftuħ tat-tieni taqsima u fil- 50 minuta, xutt ta' Adrian Borg ġie mdawwar f 'corner minn Entonio Elezaj. Iżda kellhom ikunu Sliema Wanderers li jsibu x-xibka fil-61 minuta meta wara li rċieva minn cross ta' Gary Muir, Jean Paul Farrugia kien pront u b'abbiltà u b'opportuniżmu kbir tefa' ġewwa. Il-Wanderers komplew ikollhom iktar mil-logħob u fl-74 minuta, Marko Potezica, bidel il-ballun ma' Jean Paul Farrugia qabel ra x-xutt fil-baxx u angulat tiegħu mill-viċin jiġi salvat mid-difensur versatili ta' Adrian Borg. Mosta resqu viċin li jġibu l-iskor indaqs fis-87 minuta, meta Godwin Mensha avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel ra x-xutt tiegħu jintemm ftit għoli. Sliema W. - Elezaj, Gatt Baldacchino, Perdomo Esiquivel, Potezica, Sansone (A. Muscat 79'), Xuereb, Bezzina (Friggieri 72'), Rocha Dos Santos, Muir, Farrugia, Bianciardi Mosta - O. Borg, Alabi (Osa Guobadia 68'), A. Borg, Farrugia, Micheletti, Xuereb (Gwar 79'), Frendo, Rodriguez Ekani, Brincat, Onyekachi Okonkwo (Micallef 79') , Mensha Referi - Clayton Pisani JEAN PAUL FARRUGIA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja l-gowl tant importanti għall-Wanderers f 'din il-logħba. Jinsab misluf ma' Sliema Wanderers mingħand Hibernians. Fil-passat riċenti kellu esperjenza qasira ta' futbol fl-Islovakkja. Sliema W. jiksbu rebħa minima kontra Mosta minn Cristian Antony Muscat Qormi ............................. 0 Balzan ............................ 3 BALZAN ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Qormi bl-iskor ta' 3-0, bit-tliet gowls għalihom jaslu fit-tieni taqsima. Kien biss fl-14-il minuta li kien hemm l-ewwel azzjoni denja ta' nota meta kienu Balzan li ħolqu l-periklu hekk kif Lydon Micallef ikkontrolla tajjeb il-ballun iżda t-tentattiv tiegħu ġie mblukkat minn difensur ta' Qormi. Balzan komplew jattakkaw fl-20 minuta meta reġa' kien il- plejer tal-mument tagħhom Lydon Micallef li reġa' ħoloq il-periklu, meta xutt potenti tiegħu ġie mdawwar f 'corner bi bravura mill-goalkeeper ta' Qormi, Andreas Vella. Konxji mill-fatt li f 'dan il- konfront, Balzan ma setgħux ifallu punti, huma ħarġu ferm b'saħħithom fil-ftuħ tat-tieni taqsima u ma damux ma sabu x-xibka. Dan hekk kif fit-63 minuta Lydon Micallef serva fuq platt lil Paul Fenech li minn qagħda ferm ideali tefa' ġewwa. Huma komplew jattakkaw u fid-69 minuta, xutt tas-sostitut Brażiljan Alan Da Silva Souza għadda ftit għoli mil-lasti ta' Andreas Vella. Azzjoni wara l-oħra, Balzan irduppjaw l-iskor fil-75 minuta meta minn azzjoni maħduma b'mod verament mill-isbaħ, Justin Grioli seraq ballun mingħand plejer ta' Qormi, għadda tajjeb lejn Alan Da Silva Souza, li min-naħa tiegħu krossja lejn Aleksandar Vujacic li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix-xibka. Fit-78 minuta, Balzan setgħu għamluhom tlieta meta l-midfielder offensiv Brażiljan Alan Da Silva Souza ra x-xutt tiegħu mill-viċin jintemm ftit barra. Iżda t-tielet gowl għalihom ma damx ma wasal, meta fl-84 minuta, Lydon Micallef, dar mad-difiża avversarja bix-xutt tiegħu minn ġol-kaxxa jkun wieħed insidjuż u ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper żagħżugħ ta' Qormi, Andreas Vella, li jsalva. Qormi - A. Vella, Magro (Barbara 75'), Leeflang Boestra, Cassar, Sidibe, Olawale Ojuola, T. Vella, Gauci, Go (Viggiani 74'), Zammit (Micallef 74'), Yankam Balzan - Janjusevic, Grioli (Arab 77'), Fenech, Bezzina, Dos Santos Calcado, Brincat (Da Silva Souza 62'), Sciberras (Zerafa 81'), Vujacic, Micallef, Serrano Valero, Grima Referi - Glen Tonna LYDON MICALLEF Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Qed jirriżulta bħala wieħed mill- aqwa plejers ta' Balzan matul dan l-istaġun, u qed iħabbat il-bieb tat-tim nazzjonali. Skorja l-aħħar wieħed mit-tliet gowls ta' Balzan f'din il-logħba. Balzan jikkonvinċu u jegħlbu lil Qormi Republic Street, Valletta next to the Courts Republic Street, Valletta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016