Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432
ĠEW konkluzi l-Kampjonati Ewropej Masters tal-atletika li saru f 'Ancona, l-Italja bejn id-29 ta' Marzu u t-3 ta' April. Dawn il-kampjonati huma ta' livell għoli mmens. Kull dixxiplina tkun maqsuma f 'kategoriji differenti li tibda minn kategorija ta' 35 sena u saħansitra tibqa' tiela' sa kategorija ta' 95 sena 'l fuq. Il-kategoriji jkunu mqassma kull ħames snin, pereżempju 35 sa 39 sena, 40 sa 44 sena u iktar. Malta kienet rappreżentata minn tliet atleti li kienu Dominic Borg li ħa sehem fis-60m kategorija M35, Rachid Chouhal li ħa sehem fis-60m, long jump up 200m fil-kategorija tal- M40 u Antonella Chouhal li ħadet sehem fil-hammer, weight throw u discus fil-kategorija W35. Fl-ewwel ġurnata, Rachid Chouhal kellu l-heats tas 60m. Huwa rebaħ l-ewwel heat f 'ħin ta' 7.25s. Iktar tard fil-ġurnata kellu s-semifinali. F'kummenti li għadda lil din il-gazzetta, huwa saħaq li s-semifinali kienet waħda diffiċli peress li kien jaf li kellu ċans għall-finali ċerta jekk jidħol mal-ewwel żewġ postijijiet. F'din is-semifinali kellu l-aħjar atleti miegħu fosthom iċ- champion tad-dinja tal-Kampjonati ta' Lyon 2015. Huwa kien iffukat ħafna. Għalkemm ma kellux bidu mill-aqwa, spiċċa fit-tieni post f 'ħin ta' 7.17s li ggarantielu post fil-finali. Fit-tieni ġurnata Rachid Chouhal kellu l-finali tas-60m. Huwa qalilna li l-medalja ma kinitx ċerta minħabba li kien jaf li l-atleti kollha kellhom ħinijiet simili għal tiegħu fis-semifinali. Il-ħinijiet tal-oħrajn kienu 7.16s u 7.17s. Huwa kompla li f 'dan l-istadju jidħol ħafna t-taħriġ mentali. L-uniku ċans li kellu huwa li jkollu bidu tajjeb għax huwa hemmhekk biss li seta' jieħu vantaġġ fuq iċ-champion tad-dinja u jiġġieled biex jirbaħ medalja. Fil-fatt hekk ġara għax Rachid kellu bidu fenomenali u sal- ewwel 50m, kien qiegħed fuq quddiem. Kien biss fl-aħħar ftit metri li ċ-champion tad-dinja għaddieh. Rachid spiċċa fit-tieni post f 'ħin ta' 7.10s li kien ukoll l-aħjar ħin personali ta' din is-sena. It-tielet ġurnata kienet l-iktar waħda diffiċli għal Chouhal għaliex kellu l-long jump finali u l-200m heats fl-istess ħin tal-finali tal-long jump. Hu kien jaf li kellu ċans għall-medalja fil-long jump għalhekk huwa kien iffukat ħafna. Huwa kellu jiddeċiedi x'jagħmel dak il-ħin. Rachid kellu jiġri fis-seba' heat fil- 200m. Huwa pprova jkollu jumps tajba fil-bidu ħalli jkollu ċans jiġri fil-200m. Fit-tieni rawnd huwa kellu qabża tajba ħafna li kienet 'il fuq minn seba' metri imma kienet 'no jump' millimetrika. Fit-tielet qabża huwa qabeż 6.71m u kien qiegħed fuq quddiem nett, u għalhekk iddeċieda li jagħmel 200m heat. Minkejja dan, kienet deċiżjoni riskjuża għaliex il-jumper tal-Italja kien biss ftit ċentimetri warajh. Chouhal mar għall-heat tal- 200m u rebaħha faċilment, u għalhekk għamel postu fis-semifinali. Huwa reġa' mar lura għal-long jump fejn tilef ir-raba' round, waqt li l-kompetituri tiegħu kienu iktar qrib tiegħu. Fil-ħames qabża, kien għadu ma rkuprax wara l-200m, u fil-fatt, ma tantx qabeż tajjeb. Is-sitt rawnd kien emozzjonalment diffiċli għaliex kien jaf li kull kompetitur li jaqbeż seta' jgħaddih, għalhekk ried jipprepara li jkollu l-aħjar qabża f 'każ li xi ħadd jagħmel qabża aħjar minn tiegħu. Kompetitur wara l-ieħor, ħadd ma rnexxielu jegħlbu, b'hekk Rachid mar għall- aħħar qabża diġà rebbieħ. Hu kellu l-aħħar qabża tajba ħafna imma kienet 'no jump' millimetrika wkoll. B'hekk, Rachid, irnexxielu jirbaħ l-ewwel medalja tad-deheb fil- long jump għal Malta f 'dawn il-Kampjonati. Dan is-suċċess għal Rachid wasal ukoll grazzi għat-tifla tiegħu Sarah li kienet qed tiggwidah waqt din il-kompetizzjoni għaliex martu Antonella kienet impenjata fil-kompetizzjoni tal-weight throw. Iktar tard fil-ġurnata kellu s-semifinali tal-200m fejn għadda għall-finali bl-aħħar ħin possibli. Fir-raba' ġurnata Rachid Chouhal kellu l-finali tal- 200m, fejn qal li kien għajjien ħafna wara l-ġranet ta' qabel u li għalkemm kien se jiġġieled għall-medalja sal-aħħar nifs, kien jaf li ma kienx ippreparat ħafna għal dan l-avveniment għax ma kellux biżżejjed ċans għat-taħriġ. Fil-finali, tellaq fil-korsija ta' ġewwa, fejn kellu l-ewwel 150m fenomenali imma fl-aħħar ftit metri kellu jċedi bl-għejja tkun għamlet tagħha. Huwa spiċċa fis-sitt post fil-finali, fejn tajjeb ngħidu li xorta waħda huwa ta' unur kbir li tispiċċa mal- ewwel sitta fl-Ewropa. Min-naħa tagħha, Antonella Chouhal, kellha kampjonati pożittivi ħafna wkoll. Fl- ewwel ġurnata ħadet sehem fil-hammer throw, u daħlet fil-finali mal-aħjar tmienja. Hi ma setgħetx issib ir-ritmu tat-throw, u fit-tieni waħda, weġġgħet ftit idejha tipprova twaqqaf 'no throw' ċerta. Hija qaltilna li kienet konċentrata ħafna imma l-iżball li għamlet kien dak li ħasbet iktar fin-numri milli fit-teknika, għax sal-aħħar throw kienet taf li kapaċi tilħaq ir-riżultat tal-ewwel post. Hi spiċċat il- kompetizzjoni fit-tmien post. Fit-tielet ġurnata ħadet sehem fil-weight throw. Din hija dixxiplina pjuttost ġdida għal Malta. Hi ddeċidiet li tipprova din id-dixxiplina wara li ratha s-sena l-oħra fil-World Championship ta' Lyon. Din it-throw qisha hammer throw imma itqal, fil-fatt il-piż tagħha hu ta' 9.08kg. Hi kellha ftit ħin biex tipprepara għal din id-dixxiplina. Waqt il- kompetizzjoni bdiet tinduna li għalkemm mhix id-dixxiplina tagħha, kellha ċans għal medalja, għalhekk poġġiet moħħha hemm u tat kull ma setgħet. Fil-fatt, fil-ħames throw hija tefgħet 12.25m, 12- il ċentimetru biss 'il bogħod mill-medalja tal-bronż. Hi spiċċat il-kompetizzjoni fir-raba' post, fejn għelbet kompetituri mill-Italja, il- Ġermanja u l-Lussemburgu. Fil-ħames ġurnata, Antonella, ħadet sehem fil- kompetizzjoni tad-discus, li hi d-dixxiplina favorita tagħha għaliex apparti li għandha r-rekord nazzjonali, hija dixxiplina li l-iktar ilha tipprattika, għalkemm riċentament qed tagħmel iktar hammer throw. Kienet ġurnata diffiċli peress li t-temp ma kienx wieħed mill-isbaħ u l-kompetizzjoni bdiet filgħodu kmieni. Malta, fl-ewwel throw kienet qiegħda fuq quddiem, iżda l-kompetitriċi tal-Belarus għaddietha bi ftit u dik tal-Ġermanja kienet biss ċentimetri warajha. Fir-raba' throw, tefgħet id-discus distanza ta' 35.99 metru. Il-ħames rawnd kellu throw tajba ħafna, li kienet 'il fuq minn 38 metru, imma sfortunatament irriżultat bħala 'no throw' bi ftit. Hi marret għas-sitt rawnd diġà bil-medalja tal-fidda. Ippruvat tirbaħ id-deheb, imma kellha 'no throw' oħra. Kienet kuntenta mmens b'dan ir-riżultat għaliex din kienet l-ewwel midalja internazzjonali tagħha. Rachid u Antonella Chouhal stqarrew mal-ILLUM li kienu rċevew kliem ta' tifħir kbir minn diversi nies, u ġew ikkumplimentati personalment mill-president tal-European Masters tal- Italja li kien sorpriż b'dan ir-riżultat. L-unika diżappunt kien li tant ma kinux qegħdin jistennew deheb għal Malta, li lanqas l-innu Malti ma kellhom għaċ-ċerimonja tar-rebħ tal-medalja tal-fidda minn Rachid! Il-koppja Chouhal xtaqet tirringrazja lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), u lill-MAAA li kienu warajhom, SportMalta u l-Flexi Training Scheme, lit-tfal tagħhom Sarah u Kareem tas- sapport u l-għajnuna tagħhom, 'Team Chouhal' li huma sħabhom li jittrenjaw magħhom, lil kull minn għenhom u ra sapport b'xi mod. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Rachid u Antonella Chouhal xtaqu jirringazzjaw lil 'Go and Fun' li jissuplixxi x-xarbiet għat-taħriġ u għal din il- kompetizzjoni. illum Il-Ħadd 10 t'April 2016 Sports 34 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Framework for the Provision of Servers, Storage Arrays and Maintenance and Support Services - T016/16 Data ta' ħruġ: 5 t' April 2016 / Data ta' għeluq: 16 ta' Mejju 2016 Il-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training, It-Telgħa Ta' Sa Maison, Il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunita sabiex jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. Ikompli s-suċċess inkredibbli tal-koppja Chouhal -atletika Rachid u Antonella Chouhal imkien maż-żewġt itfal tagħhom Sarah u Kareem l-Kampjonati Ewropej Masters tal-atletika f 'Ancona