Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 39

Il-Ħadd 10 t'April 2016 | illum Sports 35 Illum issir l-aħħar ASMK Enduro tal-istaġun fl-Imqabba ILLUM, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli l-attivitajiet mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2015/2016 b'tiġrija tal-muturi Enduro. Matul din l-attività se jkun qed jingħalaq l-ewwel kampjonat f 'dan l-istaġun. Is-sezzjoni Enduro diġà organizzat ħames attivitajiet Enduro u dik tal-lum se tkun is-sitt u l-aħħar attività tal-istaġun fejn se jkun magħruf it-titlu għand min se jkun qed imur. L-attività tal-lum se ssir fil-Barriera Tas-Sejba fl-Imqabba u kollox jibda fl-10am. L-ewwel reġistrazzjoni tibda tintlaqa' siegħa qabel. L-Assoċjazzjoni xtaqet tirringrazzja lis-siden tal-barriera kif ukoll lid-diversi sponsors li jissapportjaw dawn l-attivitajiet fosthom Dunlop Tyres u KTM. Intant, ħarsa lejn il- klassifika Enduro fejn kollox għadu miftuħ fuq min se jkun iċ-champion għal dan l-istaġun bħalissa qed naraw lil Matthew Gauci fuq mutur Yamaha li qiegħed fl-ewwel post fil-klassifika bi 92 punt segwit ferm viċin minn Joseph Scicluna fuq mutur KTM b'79 punt. L-ordni fil-klassifika tkompli fejn fit-tielet post inisibu lil Ian Scicluna segwit fir- raba' post minn Andrew Cassar. Fil-ħames u s-sitt post insibu lil Victor Bajada u Bernard Sammut rispettivament. Dawn tal- aħħar kollha jikkompetu fuq muturi KTM. Intant, nhar il-Ħadd li għadda, l-Assoċjazzjoni kompliet bl-attivitajiet mis-sezzjoni Trials fil- Barriera 'ix-Xagħra ta' Qaduma' fil-Mosta fejn ġiet imtella' l-ħames attività mill-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2015/2016. Ħarsa ħafifa lejn il- ġurnata fejn fi Klassi A li jikkompetu fiha kompetituri b'esperjenza, rajna taqtigħa bejn Damon Bonello u Joseph Scicluna, it-tnejn fuq mutur Gas Gas. Matul is-sitt sezzjonijiet rajna lil Bonello jagħmel bidu tajjeb ħafna b'Scicluna beda mill-ewwel jirreġistra l-punti ta' penali li żammewh milli javvanza. It-tama għal Scicluna spiċċat meta Bonello kompla javvanza fl-aħħar żewġ sezzjonijiet bl-aħħar waħda jagħmilha kollha clean. Bonello spiċċa r-rebbieħ tal-ġurnata segwit minn Scicluna. Fit-tielet pożizzjoni daħal Rowen Bonello fuq mutur Beta filwaqt li fir-raba' post daħal Gary Debono fuq Sherco. Fi Klassi B Trials rajna taqtigħa bejn żewġ kompetituri fejn Ian Scicluna fuq mutur Beta ddomina u rebaħ din il-klassi. Scicluna kien dejjem segwit minn Manuel Camilleri fuq mutur Gas Gas li għalaq il-ġurnata fit-tieni post. Attività oħra Trials issir nhar il-Ħadd. Iktar informazzjoni dwar il-post jingħataw iktar 'il quddiem u iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni. Gary Debono fuq mutur Sherco Ritratt: Mario Micallef 'It-taħriġ ma' Tarxien Rainbows huwa ferm iktar intensiv minn dak ma' Qormi' - Alex Nillson F'JANNAR li għadda, l-attakkant Grieg-Żvediż, Alex Nillson, ingħaqad b'mod uffiċjali ma' Tarxien Rainbows mingħand Qormi, fejn iffirma kuntratt ta' sena u nofs, li b'hekk se jkun qed iwassal lil dan il-plejer sa tmiem l-istaġun 2016/17 bil- flokk tar-Rainbows. Propju ftit wara li Alex Nilsson iffirma b'mod uffiċjali ma' Tarxien Rainbows, din il-gazzetta għamlet kuntatt personali mal-istess plejer fejn intalab il-kummenti tiegħu rigward l-esperjenza tiegħu sa issa mar-Rainbows. Huwa afferma li jinsab ferħan ħafna bl-iskwadra l-ġdida tiegħu ta' Tarxien Rainbows. "Dan hekk kif fost oħrajn, it-taħriġ ma' dan it-tim huwa ferm iktar intensiv minn dak li kont imdorri bih ma' Qormi. Ninsab verament qed inħares 'il quddiem lejn din l-esperjenza ma' dan it-tim u naħseb li dawn se jkunu sena u nofs mill-aqwa għalija ma' Qormi," temm jgħid Alex Nillson. Dan l-attakkant li għandu 23 sena, ilu jilgħab f 'Malta sena wara li ngħaqad ma' Qormi f 'Jannar tal-2015, fejn ħalla impressjoni tajba ħafna bil-flokk tal- 'Blacks and Yellows'. Dan hekk kif huwa skorja ħames gowls fi tmien logħbiet matul l-istaġun li għadda, u sitt gowls f '14-il logħba matul dan l-istaġun. Madankollu, fil-jiem li għaddew, il-kuntratt tiegħu ma' Qormi ġie tterminat bi ftehim bejn iż-żewġ naħat konċernati. Nilsson iddebutta mat-tim li jimmilita fl-ogħla diviżjoni tal-futbol fl-Iżvezja, Malmo FF, lura fl-2008, meta huwa kien għad kellu biss 15-il sena. Fl-2009, huwa kellu esperjenza qasira ta' self ma' tim ieħor Żvediż, u li huwa ġar tat-tim li kien jilgħab miegħu qabel, IFK Malmo, fejn imbagħad iffirma b'mod uffiċjali ma' dan il-klabb u dam jilgħab tliet snin magħhom. Fl-2013, huwa ġie misluf lil Landskrona BoIS, biex fis-sena ta' wara ngħaqad ma' Trelleborgs FF. Tajjeb ngħidu li dan kien it-tielet akkwist maġġuri għar- Rainbows li għamlu matul Jannar li għadda, biex b'hekk qed juru biċ-ċar lil kulħadd li għandhom aspettativi kbar għall-kumplament tal-istaġun, fosthom post storiku fl- Ewropa, għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Dan hekk kif barra lil Alex Nilsson, huma akkwistaw ukoll liż- żewġ plejers ta' talent, Claudio Frances u Ryan Spiteri. Alex Nillson, fil-ġurnata li fiha ġie ppreżentat b'mod uffiċjali ma' Tarxien Rainbows Charlton Debono jieħu sehem fil-Kampjonati Mondjali tan-Nofs Maratona f 'Cardiff WARA li fit-28 ta' Frar li għadda, l-atleta Għawdxi Charlton Debono, rebaħ in-Nofs Maratona, ġie magħżul biex jirrapreżenta lil Malta fl-IAAF World Half Marathon Championships li saru fis-26 ta' Marzu li għadda. Din kienet l-ewwel parteċipazzjoni tiegħu f 'maratona barra minn Malta, u f 'kummenti li għadda lill-gazzetta ILLUM, huwa saħaq li kien eċiatat ħafna b'din l-opportunità. Barra minn hekk, afferma li din kienet esperjenza kbira għalih, hekk kif kellu ċ-ċans li li jiltaqa' b'mod personali ma' diversi atleti professjonali barranin bħal Mo Farah u Geoffrey Kamworor. Intant, Charlton Debono, kompla jiddeskrivi din l-esperjenza unika fil-karriera mill- aqwa tiegħu fl-atletika: "Meta waslet il-ġurnata tat-tellieqa, kont eċitat ħafna. Kont qed nittama li nikseb ħin aħjar minn dak li ksibt fin-Nofs Maratona ta' Malta. Filgħodu kien imsaħħab. Kien ippjanat li t-tellieqa tibda fis-2.10pm. Sfortunatament, hekk kif bdejt il-'warm-up' tiegħi, bdiet xita pjuttost qawwija u r-riħ kien pjuttost qawwi wkoll. Dan kollu ppersista għall-ewwel għaxar minuti tat-tellieqa. Ix-xita kiesħa u r-riħ affettwawni matul it-tiġrija u ma rnexxielix niġri b'mod tajjeb u komdu kif nagħmel is-soltu. Biex l-affarijiet ikomplu jikkomplikaw ruħhom, ix-xita żiedet ferm fl-aħħar ħames kilometri tat-tiġrija fejn tlift iktar ħin. Temmejt it-tellieqa f 'ħin ta' siegħa, 12-il minuta u tliet sekondi, fejn ikklassifikajt fit-80 post. Dan ma kienx riżultat ħażin għalija, iżda ovvjament, kelli aspettattivi aħjar. Madankollu, għalkemm ma rnexxielix nikseb ir- riżultat li kont qed nittama li nikseb, il-parteċipazzjoni tiegħi f 'dawn il-Kampjonati Mondjali tan-Nofs Maratona, kienet esperjenza kbira u pożittiva. Tgħallimt ħafna minnha u qed inħares 'il quddiem biex ikolli iktar opportunitajiet fil-futur li nieħu sehem fi tlielaq u maratoni barra minn Malta. Nixtieq nirringrazzja lill-president tal-MAAA, Edwin Attard, talli tani din l-opportunità kbira, u lill- kowċ tiegħi, Mario Bonello, li għeni u akkumpanjani f 'din l-esperjenza. Nixtieq nirringrazzja wkoll lit-tfajla tiegħi, Joanna, u lill-familja tiegħi tas-sapport u l-paċenzja tagħhom, kif ukoll lil sħabi l-atleti Għawdxin u lill-president u lill-membri tal-kumitat tal-klabb tiegħi tal-atletika, Gozo Athletix AC, għas- sapport kontinwu tagħhom. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nixtieq nirringrazzja lill- isponsors kollha tiegħi għall-għajnuna tagħhom," temm jgħid Charlton Debono.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016