Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432
illum Il-Ħadd 10 t'April 2016 Sports 36 Luxol Handball Club jiktbu l-istorja LUXOL Handball Club saru champions għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Wara tmien snin jikkompetu fl-ogħla livell tal-handball lokali, Luxol Handball Club, qamu għall-okkażjoni meta fil-logħba deċiżiva għar- rebħ tal-kampjonat, għelbu lir-rivali Aloysians Von Taine biex ġew inkurunati champions għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Taħt il-gwida tal-plejer- kowċ Joseph Tanti, Luxol Club Class ħarġu b'saħħithom sa mill-bidu tal-logħba. Appena għaddew sitt minuti logħob, quddiem folla rekord ta' spettaturi, Luxol kienu diġà tliet gowls minn fuq u baqgħu jgawdu l-vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima, li ntemmet 12-9. Matul it-tieni taqsima, Aloysians ippruvaw jwettqu reazzjoni biex jidħlu lura fil-partita, iżda Luxol baqgħu juru supremazija fil-logħob, fejn saħansitra komplew iżidu l-gowls u kabbru d-distakk minn ma' Aloysians. Il-plejer Ungeriż David Kocsis u Imed Ben Moussa, skorjaw gowls importanti tul il-konfront kollu. Aloysians għamlu ħafna żbalji fl-attakk u naqsu milli jsibu x-xibka bosta drabi minn penalties u minn azzjonijiet ta' one to one mal-bravu gowler Daniel Tanti. Il-partita spiċċat 26-19. L-aħjar plejer tal-logħba kien il-goalkeeper ta' Luxol, Daniel Tanti, li seraq ix-xena b'saves spettakolari tul is-60 minuta. Il-plejer Spanjol Sergio Munoz Del Olmo, li sab ix-xibka 10 darbiet, spiċċa l-aħjar skorer tal-logħba. Iż-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Alan Grima u Stefan Desira. Wara l-logħba, l-uffiċjali tal-Assoċjazzjoni, is- Sinjuri Louis Borg u Andrew Decelis, ippreżentaw it-tazza lill-captain tat-tim Joe Tanti, fost il-briju tal-benjamini tagħhom. Fit-tieni logħba, dik bejn Kavallieri u La Salle, it- tim ta' La Salle għeleb lil dak ta' Kavallieri bl-iskor ta' 27-25. L-ewwel taqsima spiċċat 13-12 favur La Salle. Il- plejer tal-La Salle Karl Paul Baldacchino ġie vvutat l-aħjar plejer tal-logħba. Iż-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Noel Fsadni u Marylyn Agius. Fl- aħħar logħba tal-ġurnata, it- tim ta' Swieqi Phoenix għeleb lil dak ta' HMS bl-iskor ta' 28-21. L-ewwel taqsima spiċċat 16-10 favur Swieqi Phoenix. Il-plejer tal-logħba kien Marko Stankovic filwaqt li ż-żewġ uffiċjali kienu Alan Grima u Marylyn Aguis. Intant, il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt mal- goalkeeper ta' Luxol, Daniel Tanti li kien strumentali ferm fl-istaġun ta' Luxol kif ukoll f 'din il-logħba deċiżiva għar-rebħ tal-kampjonat kontra Aloysians Von Taine, fejn tana rendikont tal- istaġun mill-aqwa li kellhom Luxol fil-handball lokali, li wassalhom għar-rebħ tal- ewwel kampjonat fl-istorja tagħhom. Huwa sostna li għal Luxol, l-istaġun 2015/2016 kien wieħed ta' suċċess enormi, għaliex huwa l-ewwel kampjonat li rebħu bħala Luxol Handball Club, għalkemm dan ma kienx l-ewwel titlu maġġuri bħala klabb, għaliex rebħu n-Knock Out u s-Super Cup. "Dan il-kampjonat ifisser ħafna għalina għax dan kien il-frott ta' ħafna sagrifiċċji minn bosta nies li dejjem ħadmu għall-klabb tagħna. Din is-sena kellna kampjonat ħafna iktar ekwilibrat fejn it-taqtigħa kienet bejn diversi klabbs tant li kieku tlifna l-aħħar logħba deċiżiva kontra Aloysians Von Taine, konna nispiċċaw it-tielet flok l-ewwel," sostna Tanti. Hu kompla jispjega kif, "din is-sena kien hemm klabbs li nvestew biex isaħħu l-iskwadra tagħhom. Aħna min-naħa tagħna ppreferejna li nippruvaw inżommu l-plejers kollha tagħna, u għalkemm kellna diversi plejers li kienu avviċinati minn klabbs oħra, tlifna s-servizz ta' plejer wieħed biss. B'hekk stajna nkomplu nibnu It-tim kollu ta' Luxol Handball Club Aspettattivi kbar għal-logħba ta' ħbiberija ta' prestiġju NHAR il-Ħadd 29 ta' Mejju, Malta se tkun qed tospita logħba ta' ħbiberija tal-ogħla livell u prestiġju bejn l-Italja u l-Iskozja, liema logħba se tkun qed tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. L-organizzaturi tal- logħba, li huma t-Taljani ta' San Marco Sports Events flimkien mal-MFA jinsabu konxji li logħba ta' dan il-livell se tkun qed tqajjem interess partikolari f 'pajjiżna hekk kif kemm it-tim nazzjonali Taljan kif ukoll dak Skoċċiż, bid- diversi plejers tal-ogħla livell li dawn jippossjedu, attiraw l-interess ta' numru kbir ta' segwaċi tal-futbol internazzjonali f 'pajjiżna. Dan se jkun konfront importanti għall-Italja hekk kif se jkun qed jasal ftit tal-jiem biss qabel huma jieħdu sehem f 'Euro 2016 waqt li se tkun ukoll waħda mill-aħħar logħbiet ta' Antonio Conte fit-tmun ta' dan it-tim nazzjonali bħala kowċ, hekk kif huwa ħabbar li wara Euro 2016 se jkun qed iħalli lill-Italja biex jingħaqad ma' Chelsea fl-Ingilterra. L-aktar li qed jissema' biex jieħu postu bħala kowċ huwa l-kowċ attwali ta' Bologna, Roberto Donadoni li niftakruh diġà jmexxi lill-Italja fil-Kampjonati Ewropej tal-2008 fl-Awstrija u fl- Iżvizzera. Min-naħa l-oħra, l-Iskozja huwa l-uniku tim nazzjonali mill-erba' timijiet nazzjonali Brittaniċi li jiffurmaw ir-Renju Unit, li ma rnexxielix jikkwalifika għall-Euro 2016. Dan hekk kif l-Ingilterra, Wales u l-Irlanda ta' Fuq kien irnexxielhom jiksbu post f 'din il-kompetizzjoni u mill-aħħar logħbiet ta' ħbiberija li huma kienu nvoluti fihom kollox qed jindika li huma se jagħmlu ħoss fil-Kampjonati Ewropej ta' din is-sena fi Franza, li se jsiru bejn l-10 ta' Ġunju u l-10 ta' Lulju li ġej. Huwa fatt magħruf li preżentament, it-tim nazzjonali Skoċċiż ma jinkludix fih dawk l-istilel li konna mdorrijin naraw fil-passat iżda xorta waħda kapaċi jagħti sfida denja lil kulħadd fosthom lit-Taljani f 'din il-logħba ta' ħbiberija tad-29 ta' Mejju f 'pajjiżna. Intant, propju f 'dawn l-aħħar jiem ta' Mejju, it-tim nazzjonali Skoċċiż se jkun fl-azzjoni għal 'training camp', fejn permezz ta' dan u anke permezz tal-logħba ta' ħbiberija kontra l-Italja, huwa se jkun fl-aħħar fażi ta' preparazzjoni qabel jibda jieħu sehem fi Grupp F ta' Kwalifikazzjoni fejn fost l-oħrajn se jkun hemm ukoll it-timijiet nazzjonali tal-Ingilterra, il-Litwanja, is-Slovenja u s-Slovakkja. It- tim nazzjonali Malti se jkun qed jaffronta lil dak Skoċċiż fl-4 ta' Settembru ta' din is- sena fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, waqt li mbagħad fl-4 ta' Settembru tal-2017, l-Iskoċċiżi jilqgħu lil Malta fl-Iskozja. F'informazzjoni li ta waqt konferenza stampa li ġiet indirizzata fil-jiem li għaddew, fis-sala biswit is-Centenary Stadium f 'Ta' Qali, is-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Bjorn Vassallo, qal li dan se jkun ta' unur u prestiġju kbir għall-MFA u anki għal pajjiżna li se jkun qed jospita logħba ta' dan il-kalibru, u li żgur li se tkun qed tgħin fir- rata ta' turiżmu sportiv f 'pajjiżna. Tkellem ukoll Norman Saliba, Kap tad- Dipartiment tal-Marketing fi ħdan l-MFA, li saħaq li huwa mistenni li l-Istadium Nazzjonali ikun mimli kollu għal din il-logħa ta' ħbiberija ta' prestiġju, fejn s'issa mill-kuntatti li l-MFA għandha fl-Italja, 3,000 persuna Taljana diġà kkonfermaw il-preżenza tagħhom għal din il-logħba. B'hekk wieħed irid jaħseb