Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432
Il-Ħadd 10 t'April 2016 | illum Sports 37 l-istorja tagħhom b'ittri tad-deheb fuq dak li konna bdejna xi ftit tas-snin ilu. Apparti minn hekk din is-sena saħħejna l-iskwadra bi plejer barrani wieħed ta' kwantità u kwalità u żammejna lill-plejers barranin li kellna qabel. Dan għen ħafna biex l-iskwadra ma titlifx il-karatteristiċi tagħha." Il-goalkeeper ta' Luxol qal kif din is-sena, il-kampjonat ġie deċiż fuq l-aħħar logħba. "Min-naħa tagħna bħala tim, konna dejjem magħqudin anke meta tlifna xi punti prezzjużi. Joseph Tanti, plejer u kowċ tat-tim, emmen dejjem fil-plejers kollha tat-tim u aħna żammejna saqajna dejjem mal-art u emminna li aħna kapaċi. Bl-għajnuna tal-isponsors tagħna li għamluha aktar faċli għalina biex ikollna r-riżorsi u dak kollu li kellna bżonn, aħna stajna nikkonċentraw iktar fuq il-logħob biss u b'hekk konna dejjem iffukati. Fuq nota personali, dan kien staġun ferm speċjali għalija. L-istaġun kien wieħed twil li beda f 'Lulju b'impenji man-nazzjonal ġewwa l-Kosovo. Dan it-tournament kien suċċess għalina għax irnexxielna negħlbu timijiet bħaċ-Ċina u l-Irlanda kif ukoll qbiżna fil-klassifika, timiijet bħall-Gran Brittanja, l-Awstralja, il-Bulgarija u timijiet oħra. Wara dan it- tournament kellna suċċess ieħor fil-beach handball fejn ksibna riżultati prestiġjużi u rbaħna kontra l-Alġerija u l-Albanija fil-Mediterranean Beach Games ġewwa Pescara, l-Italja. L-MHA Cup serviet bħala preparament għalina u minn hemmhekk bdejna nemmnu li kellna biex naslu 'l bogħod f 'dan il-kampjonat. Il-fatt li bdejna l-ewwel rawnd tajjeb kien determinant għalina. L-iskwadra amalgamat tajjeb ħafna flimkien u b'hekk stajna noffru prestazzjonijiet ta' livell tajjeb u ksibna punti importanti biex nagħlqu ras imb ras ma' San Alwiġi fl-ewwel rawnd. Fit-tieni rawnd kull tim beda jitlef xi punti u t-timijiet li kienu taħt għamlu minn kollox biex jippruvaw itellfu l-punti lit- timijiet ta' fuq. Madankollu, bħala Luxol u San Alwiġi żammejna ras il-klassifika u sal-aħħar logħba, dawn kienu qed jaqbżuna b'żewġ punti. Hawnhekk, wieħed irid jagħti mertu kbir lit-tim avversarju li tana taqtigħa missielta u sportivament kumbattuta u ma kienx faċli teħdilhom posthom fil-quċċata. Qabel il-logħba deċiżiva kien hemm taħlita ta' pressjoni, eċitament u għarfien li kienet se tkun logħba diffiċli. Madankollu, dan is-sentiment ħsibna għalih u preparajna ruħna fis-sessjonijiet ta' qabel b'taħriġ speċifiku u maħsub. Il-goalkeeper spjega ma' din il-gazzetta li t-tim beda jiffoka fuq din il-logħba biss minn ġimagħtejn qabel, u waqt it-taħriġ, kulħadd kien ikun attent għal kull dettall li l-kowċ kien jitlob mill-plejers tiegħu. Il-plejers kollha għamlu ħilithom u ssagrifikaw ħafna biex ikunu jistgħu jaħsdu l-frott. "Matul l-istaġun kellna logħob differenti fejn lgħabna kontra kull tip ta' difiża u attakk, kellna logħob fejn ġejna minn wara u logħob fejn iddominajna. B'hekk konna lesti għal kull eventwalità." Daniel Tanti rrakkonta wkoll l-emozzjonijiet tal-partita li kienet hekk deċiżiva, u qal li, "x'ħin ħriġna miċ-changing room u dħalna fil-court, il-pressjoni u l-eċitament inbidel fi grinta u entużjażmu. Kulħadd lagħab għall-flokk u r-riżultat wera d-determinazzjoni u l-għaqda li kellna fit-tim. Il-logħba kienet waħda taħraq allura kien hemm xi żbalji miż-żewġ naħat speċjalment fil-bidu tal-partita. Wara li ftaħna vantaġġ minimu, ippruvajna nikkontrollawh mill-aħjar li nistgħu fejn ippruvajna nilagħbu difiża tajba u naħarbu bil-kontrattakk. X'ħin il-logħba spiċċat, il- ferħ li ħassejna kien wieħed indeskrivibbli. Dak li kien ilna naħdmu għalih, fl-aħħar wettaqnieh. Għalkemm, f 'din l-aħħar logħba ġejt ivvutat bħala l-Plejer tal-Logħba, dan żgur ma kienx suċċess individwali. Din is-sena konna tim bilanċjat, ħdimna wieħed għall-ieħor u kulħadd ta l-aħjar tiegħu, miż-żgħir sal-kbir. Naħseb li din kienet l-ikbar differenza li għenitna nirbħu l-kampjonat u ddistingwietna minn klabbs oħra. Għalkemm forsi ma nfaqniex daqs timijiet oħra jew fuq il-karta ma konniex differenti ħafna mis-snin ta' qabel, aħna konna dejjem hemm għal xulxin. Dan kollu ma kienx ikun possibli mingħajr is-sapport tal-kumitat u tal-membri kollha tal-klabb, sponsors, familjari u ħbieb. Ir-ringrazzjament tagħna jmur kollu lejhom li dejjem emmnu fina. Nixtieq ngħid prosit lill-klabbs kollha għal staġun sabiħ li offrejna fil-handball Malti. Fl-aħħar nett nixtieq nagħlaq billi nħeġġeġ ħafna iktar nies biex jiġu jaraw wirja ta' handball waqt il-loghob tan-knock-out. Ninsab ċert li kull klabb ħa jkun qed jaspira biex jirbaħ dan l-unur u b'hekk jaqta' biljett għas-Super Cup tas-sena d-dieħla," temm jgħid Daniel Tanti. L-Aqwa Skorers tal- Kampjonat: 1. Christian Mc Clean – (Kavallieri) 104 gowls 2. Chris Magro – (La Salle) 96 gowl 3. Philip Mifsud (Aloysians) u Joseph Tanti – (Luxol) 58 gowl Plejers ta' Luxol Handball Club jgħollu t-trofew ta' champions wara li rebħu l-ewwel Kampjonat fl-istorja tagħhom prestiġju bejn l-Italja u l-Iskozja kmieni biex jixtri l-biljetti għal din il-logħba, bil- biljetti għal din il-logħba bdew jinbiegħu sa mill- bieraħ mill-ħwienet ewlenin li minnhom normalment jinxtraw il-biljetti għal- logħbiet tat-tim nazzjonali Malti, waqt li wieħed jista' jakkwista wkoll dawn il-biljetti minn fuq is-sit elettroniku uffiċjali tal- MFA, www.mfa.com.mt. Intant, għal din il- konferenza stampa kien hemm preżenti tliet eksplejers leġġendarji - Giancarlo Antognoni - rebbieħ tat-Tazza tad- Dinja mal-Italja fl-1982, Lorenzo Amoruso - l-ewwel captain Kattoliku fl-istorja ta' Rangers, kif ukoll Colin Hendry - ekscaptain tat- tim nazzjonali Skoċċiż, waqt li kien parti mit-tim ta' Blackburn li rebaħ il-Kampjonat Premier fl- Ingilterra lura fl-istaġun 1994-45 li kien wasal wara assenza ta' xejn inqas minn 81 sena. Din il-gazzetta ħadet l-opportunità li jistaqsi lil Giancarlo Antognoni, li kien ilu biss ftit sigħat f 'Malta, x'ra differenti fl-ambitu tal-futbol lokali matul il-medda tas-snin f 'pajjiżna f 'dak li għandu x'jaqsam ma' strutturi ta' futbol kif ukoll minn dak li jsegwi fuq it-tim nazzjonali Malti, speċjalment fid- dawl tal-aħħar konfronti bejn l-Italja u Malta. Huwa kien pront wieġeb li baqa' tassew impressjonat bl- avvanzi kbar li għamel il-futbol Malti, fosthom it-tim nazzjonali Malti taħt it-tmexxija tal-kowċ kompatriijott Taljan li ddeskrivieh ukoll bħala ħabib personali tiegħu, Pietro Ghedin. Dan hekk fi żmien li Giancarlo Antognoni kien jilgħab mat-tim nazzjonali Taljan, iżda anki fis-snin ta' wara, wieħed kien imdorri jara lit-tim nazzjonali Taljan jegħleb lil dak Malti b'marġni ta' skor kbir fosthom b'differenza ta' ħames jew sitt gowls. Iżda huwa saħaq li l-istorja llum il-ġurnata nbidlet hekk kif fl-aħħar logħbiet li fihom it-tim nazzjonali Malti affronta lil dak Taljan, għalkemm ħareġ fuq in-naħa telliefa, huwa għamel dan b'marġni ta' gowl wieħed jew żewġ gowls biss, li skont hu dan kien avvanz kbir li għamel it-tim nazzjonali Malti, grazzi għat-tmexxija tal-kowċ Taljan, Pietro Ghedin.