Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 37 of 39

Kif beda l-interess tiegħek fil-futbol? Il-logħba tal-futbol hija parti mill- familja fejn fost l-oħrajn, missieri kien ukoll kowċ ta' Floriana Ajax. Irrakontalna xi ftit dwar il-karriera tiegħek bħala plejer. Nibda biex ngħid li jien qatt ma qlajt sold wieħed mil-logħob tal-futbol, u dejjem lgħabtu għall-pjaċir biss. Għalkemm niġi minn familja tal- futbol, missieri qatt m'għamel pressjoni fuqi jew fuq ħuti sabiex nilagħbu l-logħba. Bdejt nilgħab mat-tim ta' Qormi, għaliex inzerta li missieri kien kowċ hemmhekk, u ridt nibda nilgħab mal-minors. Ma' Qormi kont għamilt sena fejn sal-lum niftakar il-pjaċir li kont nieħu f 'ambjent bażiku tal-futbol. Wara Qormi, mort ma' Melita fejn qattajt iżjed minn tmien staġuni nilgħab fil-kategoriji tal-Minors, Reserves u First Team. Imbagħad inqalgħet sitwazzjoni fejn Melita ma kinux jieħdu pjaċir li plejers minn tagħhom jilagħbu fis-Sliema Sports Association (SSA). Għalija d-deċiżjoni kienet faċli u għażilt l-SSA li kien jintlagħab futbol ferm kompetittiv. L-SSA kien Kampjonat li minnu ħarġu ħafna plejers tajbin u s-Sliema WFC kienu jagħtuh ħafna importanza biex isibu plejers ġodda u anke jibagħtu plejers tagħhom jilagħbu fih. Irritornajt nilgħab f 'Kampjonat tal-MFA meta ingħaqadt għal sena ma' Sirens FC fir-raba' diviżjoni meta ħadna l-promozzjoni. Sena minnhom meta kont nilgħab mal-Luxol fl-SSA, iddeċidejna li nidħlu b'tim f 'Kampjonat tal-MFA. Għamilt sena waħda u kont kważi rtirajt. Ġara li Robert Kelly kien inħatar kowċ ta' Naxxar Lions u staqsieni jekk ridtx immur miegħu għax kien hemm proġett li n-Naxxar Lions jiġu promossi għall-ewwel darba wara żmien twil ħafna. Kienet proposta interessanti u għalkemm kont kbirt, kont għadni nħobb it-taħriġ u kont għadni nilgħab f 'kampjonati oħrajn. Qattajt sentejn indimentikabbli ma' Naxxar Lions fejn ħadna żewġ promozzjonijiet u knock- outs. Bi plejers Maltin u barranin ta' kwalità kellna tim ta' qawwa. Iżda l-akbar sodisfazzjon kien li fl-1987 fl-età ta' 38 sena, lgħabt kontra l-Manchester United fl-ewwel sena ta' Sir Alex Ferguson bħala kowċ tar-Red Devils, u l-captain Bryan Robson. Kellna magħna fit-tim guest plejers Ingliżi ta' fama. It- telfa kbira li sofrejna dakinhar ma fissret xejn ħdejn l-esperjenza pożittiva li ħadt minn dik il-logħba. F'dan iż-żmien kollu kont lgħabt ukoll fl-MHRSA, IASC, MAFA u fil-GIDA b'mod regolari sal-età ta' 63 sena. Waqaft nilgħab futbol 5-a-side fl-età ta' 65 sena. Bħala 'Integrity Officer' tal-MFA, kont tħoss li diġà kienet teżisti l-korruzzjoni lura fi żmien li kont tilgħab? Il-korruzzjoni tfisser meta timmanipula riżultat għal skopijiet differenti. Minn dejjem ta' dejjem kien hemm dubji dwar jekk avvenimenti sportivi ġewx immanipulati jew le. Issa llum dan il-fenomenu ħareġ iżjed fil- beraħ għaliex ħa qabża f 'ambjent ieħor. Fejn fil-passat il-korruzzjoni setgħet kienet preżenti prinċiparjament sabiex tim jirbaħ lill-ieħor, illum hawn iżjed opportunitajiet li jsir gwadann mill- imħatri. Dan kompla jikber u jsir iżjed possibli minħabba t-teknoloġija li tant żviluppat illum il-ġurnata u saret iżjed sofistikata li l-aċċessibilità biex tilgħab hija faċli ħafna. B'hekk it-tentazzjonijiet laħqu livelli għoljin. Franz Tabone qed jiġġieled 'battalja mitlufa', għax il-korruzzjoni fil-futbol permezz tal-betting inferxet wisq u anki għaliex bħala 'Integrity Officer' tal-MFA, qiegħed waħdek? Li hija battalja diffiċli, huwa minnu. Sfortunatament hija tentazzjoni kbira għaliex il-flus kapaċi jagħmuk, speċjalment f 'sitwazzjoni fejn tkun tinsab dahrek mal-hajt. Ma naħsibx li hi battalja mitlufa, u kieku ili li waqaft niġġilidha. Hawn ħafna nies li jistgħu jipprevjenu li dan l-isfreġju jibqa' jikber. Dawn huma n-nies ġenwini fil-futbol li llum jew għada ta' bilfors iridu jkunu parti akbar fil-ġlieda. Jien inħoss li nies kapaċi u li għandhom il-futbol għal qalbhom jindunaw li bis-saħħa tagħhom stess jingħaqdu iżjed minn qatt qabel. Nippreferi li fil-pożizzjoni tiegħi, qiegħed waħdi u fis-sitwazzjoni u l-mod kif naħdmu, huwa biżżejjed speċjalment meta l-assistenza tal-pulizija tkun f 'postha. Jien u l-Prosekutur tal-MFA, Adrian Camilleri, niffurmaw tim sod. Fil-'press box' mal-ġurnalisti, ikun hemm persuna tagħmel xogħol relatat ma' betting għall-kumpanija Sportradar. Dan ifisser li l-MFA hi kompliċi fil-betting, u x'inhu l-irwol tal-iSportradar? Il-betting hija attività kompletament legali u ta' saħħa kummerċali kbira speċjalment f 'pajjiżna, imma bħall- attivitajiet kummerċjali oħra, tista' tiġi abbużata. Dak li qiegħed jiġri bil-match- fixing. Sportradar hija kumpanija li b'awtorizzazzjoni tal-UEFA tħares lejn il-betting patterns biex tara jekk jistax ikun hemm indikazzjoni ta' match- fixing. Li nagħmlu aħna bil-livescouts awtorizzati li jkun hemm l-istadium, b'parti żgħira ngħinu f 'dan l-eżerċizzju. Sportradar kienu strumentali f 'diversi każi li nkixfu u ttieħdu passi mill- pulizija. Sportradar flimkien mal-UEFA jibnu database fuq kull individwu li jipparteċipa f 'kull logħba u minn dak, aħna qegħdin f 'pussess ta' informazzjoni importanti. Hemm scouts oħrajn li jkunu l-istadium, bla permess, jaħdmu illegalment għall-kumpaniji oħra. Dawk huma li veru jinkwetawna għax jistgħu jkunu qegħdin jgħinu organizzazzjoni dubjuża. Ilek tokkupa dil-kariga mill-2011. Ħafna nies isaqsu, kif minn dak iż- żmien 'l hawn, ftit nies ġew akkużati u investigati? Lil dawn il-ħafna nies ngħidilhom li żgur jafu d-diffikultà tas-suġġett. Jista' jkun li anke huma jafu ċerti dettalji iżjed minna u qatt ma ġew għandna bihom. Iridu jifhmu li huwa fl-interess tagħhom stess u m'għandhomx jistennew lill-MFA waħedha taħdem fuq din il-kriminalità. Nassigurahom li għamilna iżjed minn qatt qabel f 'ambjent li ggrava ferm iżjed mill-passat. Kull meta kellna l-iċken ħjiel qatt ma qagħdna lura, u dejjem noħorġu għonqna. Aħna dejjem lesti nisimgħu u naġixxu immedjatament. Il-kritika infondata ma tagħmilx ġid. Allegazzjoni kerha li tisma' hija li 'Franz Tabone mdaħħal ukoll'. Xi twieġeb għal dawn ix-xniegħat? M'iniex sorpriż. Jista' jkun li rfist ħafna kallijiet u allura jridu jippruvaw iwaqqfuni. Jekk hemm min irid iħammigni, f 'idejh, imma jien m'għandix diffikultà għaliex m'hemm l-ebda bażi. Anzi dan isaħħaħni u nieħu ċertu sodisfazzjon li jitkellmu hekk fuqi, għaliex dak ifisser li qiegħed ninkwetahom bis-sħiħ u jippruvaw jitfgħu d-dubji fuqi għall-għanijiet personali tagħhom. Hemm nibqa' tinkwetax. Dawn il- kummenti isaħħuni u lil dan il-persuna jew lil dawn in-nies ngħidilhom li lili ħadd u xejn mhu ħa jżommni milli nibqa' naħdem b'ruħi u ġismi f 'din il- battalja tagħna kontra dawk li rrovinaw il-futbol. F'newsletter ta' kull xahar, kont għidt li l-futbol Malti huwa infestat minn persuni li jiddegradaw l-ispirtu sportiv u li l-klabbs tal-futbol Malti jiffinanzjaw lilhom infushom billi jimmanipulaw logħbiet li jkunu nvoluti fihom, jilagħbu l-flus fuqhom u r-rebħ imur biex jiġi finanzjat il- klabb. Għal dan, Adrian Delia, f 'isem il-Premier League Standing Committee (PLSC) talbek biex tissostanzja l-allegazzjonijiet, għax 'dawn kienu jxejnu r-reputazzjoni tal-klabbs li jimmilitaw fil-futbol Malti'. Għalhekk, Delia talbek tipprovdi evidenza jew tirtira l-allegazzjonijiet. Li kont għidt f 'dik in-newsletter, dejjem minħabba d-dispjaċir tiegħi b'dak iż-żmien partikolari, kont għidtu fin-newsletter li ħriġt qabilha, iżda dik ġiet ippubblikata fuq il-mezzi soċjali u minn hemmhekk splodiet, u allarmat lil ħafna. Iżda nħoss li f 'dik in-newsletter numru 35, stajt ġejt ikwotat ħażin u dak li għidt forsi ttieħed barra mill-kuntest. Kienu qalu wkoll li jien tfajt lil kulħadd fl-istess keffa, li mhux il-każ. Iżda li verament jinkwetani hu li, allura min attakani setgħu kienu jafu li teżisti dik il-keffa, irrispettivament min qiegħed fiha. L-affarijiet bejnietna kienu ċċarati u mhuwiex ta' ġid li nibqgħu nitkellmu fuq dan għax ma jagħmel l-ebda sens u jdawwar il-mira. Naf li qegħdin fuq l-istess kapitlu. Għadek taħseb hekk? Iva, nemmen li wħud mill-klabbs lokali tal-futbol jistgħu sfortunatament jiġu ttantati u sfruttati biex jiffinanzjaw ruħhom mill-match fixing u mill- betting. U dak hu fejn aħna disposti biex ngħinuhom jaħarbu mill-periklu. Ma taħsibx li dawn huma kummenti u rimarki ferm inkwetanti għall-futbol Malti? Hemm żewġ modi kif tipprova ssolvi problema. Jew titkellem fuqha biex issib l-għajnuna u s-soluzzjoni jew toqgħod kwiet u tittama f 'miraklu. Agħżel int! Dawk il-klabbs li jafu li qed jaħdmu b'mod nadif u trasparenti m'għandhomx x'jinkwetaw rigward id-dikjarazzonijiet li kont għamilt. Issa tajt l-opporunità lill-klabbs kollha li jsiru jafu l-fatti kif verament illum | Il-Ħadd 10 t'April 2016 Cristian Antony Muscat Franz Tabone - Huwa l-'Integrity Officer' tal-MFA fejn huwa rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa fl-Ewropa mill-UEFA fost il-persuni li jokkupaw din il-kariga ferm delikata u li ġġorr magħha responsabbiltà kbira. Il-moħħ wara l-ġlieda kontra l-kankru Sports 38 "Nemmen li uħud mill-klabbs lokali tal- futbol, sfortunament, jistgħu jiġu ttentati u sfruttati biex jiffinanzjaw ruħhom esklussivament mill- match-fixing u mill- betting"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016