Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432
Il-Ħadd 10 t'April 2016 | illum l-kankru tal-korruzzjoni fil-futbol lokali Sports 39 huma, u jekk mhumiex konxji ta' dak li qiegħed iseħħ fl-ambjenti tagħhom, għandhom jagħmlu minn kollox biex isiru jafu. Il-ballun jinsab f 'saqajhom. Jien mexxejthom, issa sta għalihom li jagħmlu r-riċerki interni tagħhom. U jien dejjem lest biex ngħinhom kull meta u fejn iridu huma. Spjegalna fid-dettall x'inhu l-irwol u x'jinvolvi eżatt ix-xogħol tiegħek bħala 'Integrity Officer' tal-MFA. L-'Integrity Officer' jifforma parti mill-Uffiċċju tal-Prosekutur tal- MFA, u nopera b'mod individwali b'komunikazzjoni kontinwa mal- President, Segretarju Ġenerali u l-Kap legali tal- MFA, barra ovvjament mal- Prosekutur. Hekk kif ili nokkupa din il-kariga għal ħames snin sħaħ, issa nħoss li stabbilejt sew il-kuntatti tiegħi f 'dan il-qasam delikat, kemm f 'pajjiżna mal-Pulizija ta' Malta, kif ukoll barra minn xtutna, fosthom mal-Interpol, il-Europol, il-Pulizija ta' Bochum fil-Ġermanja, il-Guardia di Finanza tal-Italja, il-FIFA, il-UEFA, Sportradar, Betfair, ESSA, MGA u organi oħra Ewropej u iżjed importanti man-network tal-Integrity Officers kollha fuq il-kontinent. Ma' dawn kollha fuq bażi personali ma' individwi li lkoll kienu ferm strumentali biex isaħħu l-pożizzjoni tiegħi u anke l-għarfien tiegħi bħala'Integrity Officer' tal-MFA. Dak li kont poġġejt bħala l-prijorità tiegħi kienet dik li nassisti lill-persuni onesti fil-futbol u li nqaċċat 'il barra persuni ħżiena li kienu nfiltraw fil- futbol b'mod veloċi wisq u li għamlu kapital minn sitwazzjoni li diġà kienet vulnerabbli. Il-match-fixing kien laħaq livell ieħor u kellu jiġi ndirizzat b'mod differenti u jinghata prijorità u attenzjoni speċifika. B'hekk, jien bħala 'Integrity Officer' tal-MFA kelli nibda r-riċerki dettaljati tiegħi u nibda nifhem dan is-suġġett ferm vast u kumpless, fejn bdejt indur Malta kollha nitkellem f ' dawk li huma 'Integrity Tours', u anke barra minn Malta fejn mexxejt lezzjonijiet rigward match-fixing lill-mijiet ta' persuni midħla tal-futbol u anki barra mid-dinja tal-futbol. Bħalissa, jien rikonoxxut mill- UEFA bħala wieħed mill-aqwa 'Integrity Officers' fl-Ewropa. L-esperjenza u x-xogħol tiegħi huwa mfittex minn organi Ewropej. Madankollu, fil-bidu bdejt ninnota li għalkemm bdejt nagħti l-enerġija u s-saħħa tiegħi kollha biex nagħti informazzjoni eżatta, ma kontx qed nintlaqa' b'mod tajjeb minn kulħadd. Dan hekk kif ħassejt li diversi persuni bdew jinterpretawni ħażin u jifhmu l-messaġġ tiegħi b'mod żbaljat. Ħasbu li kont qed nagħmel dan ix-xogħol biex nagħmel ħsara lilhom personali, jew biex inħassar ir-reputazzjoni ta' xi wħud. Altru minn hekk, dak li kont interessat fih, kien biss li nagħti stampa iktar nadifa lil-logħba tant sabiħa tal-futbol. L-oġġettiv tiegħi mhuwiex dak li niddixxiplinaw in-nies jew nitfawhom il-ħabs, imma li ma naslux viċin għal dak il-pass. Inħoss li parti mill-missjoni tiegħi diġà ġiet milħuqa hekk kif irnexxieli nqajjem reazzjoni mingħajr preċedent f 'pajjiżna rigward dan is-suġġett ferm delikat. Dan hekk kif wara l-famuża Newsletter numru 35, ġejt mistieden minn bosta programmi televiżivi sportivi iżda wkoll oħrajn ta' ġrajjiet kurrenti biex niddiskuti dan is-suġġett inkwetanti. Barra minn hekk, wara din in-newsletter 35, li anke spiccat tinqara fil-parlament, twaqqfet 'Task Force' li taħdem kontra l-Korruzzjoni fl-isport, immexxija mill-MFA għaqqadna l-awtoritajiet governattivi, l-Oppożizzjoni, il-Pulizija, SportMalta, u lill-Malta Gaming Authority. Dan huwa pass bla preċedent u flimkien se nsaħħu l-liġi u l-koperazzjoni. Jien naħseb li wettaqt xogħol mill- aqwa u ħriġt bil-fatti kif verament huma. Dan qatt ma kien mitkellem bil- miftuh għal aktar minn 100 sena. Issa jiddependi mill-persuni onesti fil-futbol, li nemmen li huma fi stramaġġoranza, biex huma wkoll jagħmlu l-parti tagħhom. Huma m'għandhomx jitilfu l-focus mir-realtà għal xi teknikalità jew jekk jien ngħid xi ħaġa sforz l-imħabba tiegħi lejn il-logħba tal-futbol. Din mhux biss ma tkunx qed tgħin biex isir il-progress, iżda talli tkun qed iċċaħħad milli dan isir. Il-mira hija waħda, li lkoll naqblu fuqha. Issib għajnuna mill-Pulizija ta' Malta fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-futbol Malti? F'intervisti passati kont għidt li l-għajnuna li ssib mill-Pulizija ta' Malta hija waħda minima għall-aħħar. Din għadha hekk illum il-ġurnata, jew inbidlet mal-medda tas-snin? Kemm ili 'Integrity Officer' fi ħdan l-MFA, f 'dawn l-aħħar ħames snin jien ħdimt ma erba' Kummissarji tal-Pulizija differenti u ħames Spetturi. Huwa minnu li fil-passat, meta bdejt nokkupa din il-kariga, l-għajnuna mill-Pulizija ma kinitx konsistenti għal raġunijiet li llum nifhimhom ferm iżjed. Iżda llum b'wiċċi minn quddiem nista' ngħid li l-folja nqalbet ħafna għall-aħjar fejn qed insib għajnuna kbira mill-Pulizija speċjalment minn dawk li taħthom taqa' r-responsabbiltà li jiġġieldu u jinvestigaw il-kankru tal-korruzzjoni fl-isport, fosthom fil-futbol. Kienet parti mill-programm edukattiv tagħna li nuru lill-pulizija d-diffikultajiet vera x'inhuma, u fehmunha. L-ewwel biċċa xogħol prinċipali li kellek bħala 'Integrity Officer', kienet li tinvestiga l-allegazzjonijiet tal-match- fixing fil-logħba ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2008 bejn in-Norveġja u Malta, mirbuħa min-Norveġiżi 4-0, wara li l-Kroat li kien instab ħati ta' korruzzjoni, Marijo Cvrtak, informa lill-pulizija Ġermaniża li kien avviċina xi plejers Maltin u tahom somma flus biex jitilfu logħba. Tina d-dettalji kollha rigward din il-logħba li tant għamlet ħoss fil-media lokali u anke f 'dik internazzjonali. Din il-logħba partikolari kienet tefgħetna f 'realtà kerha tal-match-fixing fil-futbol għal skopijiet ta' betting, u li anki aħna bħala Malta konna sirna parti integrali ta' dan il-fenomenu. Meta nitkellem fuq dan l-episodju jaqbadni ċertu dwejjaq għax ma stajtx nifhem kif dawn l-affarijiet li huma partikolarment assoċjati l-iżjed ma' pajjiżi tat-tielet dinja, setgħu jolqtu lilna. Qegħdin nitkellmu fuq it-tim nazzjonali Malti hawn, li huwa t-tim ta' kull ċittadin Malti. Kien il-każ li lili tefagħni kif jgħidu bl-Ingliż, 'At the deep end u kien ukoll Baptism of Fire' għalija. Tmintax-il xahar minn ħajti marru fuq dan il-każ. L-esperjenza u t-tagħlim li ħadt minnu servieni biex nimxi ferm 'il quddiem. Id-dettalji ta' dan il-każ għalkemm importanti m'għandix, f 'dan l-istadju, m'hemmx skop li nerġa' nsemmihom. Forsi 'l quddiem jiġi ppubblikat ktieb bl-istorja. Li nħoss żgur hu li dan il-każ m'għamilx ġid għall-futbol tagħna. Għad għandi daqsxejn rabja dwaru għal raġunijiet varji, imma l-liġi hi dik li hi. Franz Tabone kif qed iħares lejn il- futur ta' din il-battalja kontra l-kankru tal-match-fixing fil-futbol lokali u anke dak internazzjonali? L-edukazzjoni hija s-sigriet ta' kollox u tirbaħ dejjem. Din hija arma importanti u l-aktar b'saħħitha li għandna. Aħna mhux se nieqfu milli nxerrdu l-kelma fuq kull livell tal-futbol u s-soċjetà. Inħoss li l-avvenimenti riċenti u skonċertanti għandhom fihom timbru pożittiv tal-edukazzjoni li aħna tajna madwar il-klabbs lil aktar minn 1,200 plejer. Inħoss li l-messaġġ tagħna fetaħ għajnejn ċerti individwi. Poter jew maġija biex inwaqqaf kollox m'għandix, allura nagħmel dak kollu possibli biex nuża l-poter li għandi, u li ħadd qatt ma' jista' joħoduli - dak biex neduka u nagħti pariri siewja lil kull min għandu bżonn. B'hekk nispera li ħafna jifhmu l-gravità tas-suġġett u jersqu aktar lejna biex onestament jiġġieldu din il-ġlieda kruċjali għall- futbol tagħna. Inħoss li jien s'issa tajt u se nibqa' nagħti sehmi bis-sħiħ u bla ebda kundizzjoni! Twieled fl-1948, f 'Tas-Sliema. Ġej minn familja sportiva fejn ħuh kien kowċ nazzjonali tal-hockey u ħuh l-ieħor tat-Tim Nazzjonali tal-Basketball u ilu għal żmien twil ħafna kowċ tat-tim tal-basketball tal-Luxol. Huwa l-moħħ wara l-ġlieda kontra l-kankru tal-korruzzjoni fil-futbol lokali li tant qed tintensifika ruħha f 'pajjiżjna kif smajna fl- aħħar ġranet. Huwa l-'Integrity Officer' tal-MFA, rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa fost il-persuni li jokkupaw din il-kariga fl-Ewropa mill-UEFA. Franz Tabone "Ħadd u xejn mhu ħa jżommni milli nibqa' naħdem b'ruħi u ġismi f 'din il-battalja tagħna kontra dawk li rrovinaw il-futbol" Ritratt: Raphael Farrugia