Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 39

illum | Il-Ħadd 10 t'April 2016 Aħbarijiet 6 Xafra jekk ineħħieh, L-ILLUM tħares lejn il-ħames għażliet li għandu quddiemu l-Prim Ministru, fil-każ ta' Konrad Mizzi minn Albert Gauci Cunningham MHUX qed ngħiduha aħna, qalha diġà l-eknomista veteran Karm Farrugia ma' din il-gazzetta, li l-Gvern u l-Partit Laburista bħalissa jinsabu fi sqaq politiku. Kif kienu prevedew bosta fid- dinja tal-politika u tal-midja lokali il-każ tal-kumpanija fil-Panama ta' Konrad Mizzi mhux wieħed li se jorqod malajr, u fil-fatt lanqas laħqu bdew jikkalmaw l-ilmijiet li ma reġax qam 'tsunami' mal-ħruġ ta' miljuni ta' dokumenti mill-kumpanija Mossack Fonseca. Dak li ħareġ s'issa huwa magħruf minn kulħadd. It-tielet att ta' din it-traġedja politika li tefgħet lill-Gvern preżenti f 'urugan li ħadd ma jaf meta se jmut, titratta l-kont f 'Dubai li ma nfetaħx. Min jgħid li ma nfetaħx għax Konrad Mizzi ma riedx, filwaqt li d-dokumenti ta' Mossack jgħidu li ma nfetaħx għax Mizzi u Schembri m'għaddewx mid-'due diligence', jew it-test li kien jistaqsi minn fejn ġew il-flus u jekk l-istess flus li kienu se jintefgħu fil-kont sarux qabel jew wara li Mizzi daħal fil- politika. Anke jekk huwa rillutanti li l-Gvern jaċċetta li bħalissa għaddej mill-aktar mument diffiċli u ta' sfida mill- 2013, irid jifhem li jekk ma joqgħodx attent, jista' jimmassimizza l-ħsara sal- punt li l-Partit Laburista jitlef l-elezzjoni li ġejja. Dan huwa, fir-realtà, dak li jissejjaħ 'the defining moment' tal-Gvern preżenti u kif se jirreaġixxi fil-ġranet u ġimgħat li ġejjin, se jkun qed jissiġilla kważi għal kollox, il-perċezzjoni tal-votanti dwar dan il-Gvern kif ukoll il-mod li bih il-Partit Laburista se jirbaħ jew jitlef l-elezzjoni ġenerali li jmiss. F'dan il-mument kritiku, għall-ewwel darba fil-karriera pjuttost stellari tiegħu s'issa, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat mhux qed jikkonvinċi biżżejjed u qed ikun imdallam b'assertività, xi kultant feroċi żżejjed, tal-Kap tal-PN Simon Busuttil (ara l-analiżi dwar il-PN bħalissa l-ġimgħa d-dieħla). Allura l-Prim Ministru u l-Gvern x'għażliet għandu biex jirriverjsa minn dan l-isqaq? U x'effett, momentarju jew fit-tul, jista' jkollha kull għażla li jieħu Muscat? L-ewwel għażla – U iva, issa tmut! L-ewwel għażla li jista' jieħu l-Gvern u li s'issa deher li kienet il-favorita tiegħu hija li jitħalla żmien biżżejjed sakemm joħorġu r-riżultati tal-investigazzjoni, li jidher ċar minn issa li se jkunu qed juru li Mizzi qatt ma kellu flus f 'dan it-'trust'. L-effett negattiv li kellha l-kwistjoni fuq l-immaġini ta' Mizzi u d-dellijiet tad-dubju, qed jiġu kważi injorati bl- argument ta' x'inhu legali u x'mhux. Il-Gvern jidher li qed jittama li ladarba jkun stabbilit li Mizzi m'għamel xejn kontra l-liġi sa dakinhar li din il-kwistjoni ħarġet, mela allura jkun jista' jiġi skolpit u biż-żmien, in-nies jinsew. Din l-għażla diġà ppruvat li hija l-agħar u l-aktar waħda elettoralment riskjuża. Hekk kif il-każ Panama kienu donnu beda jieħu inqas importanza, ħarġu l-leaks ta' Mossack Fonseca, li reġgħu tefgħu lill-Gvern u l-Minstru Mizzi, elf pass lura. Hija għażla perikoluża, għax kif qal Godfrey Grima din il-ġimgħa fil-programm radjofoniku ta' John Bundy , "din il-kwistjoni mhux maħmuma" u "għad hemm 'wied' bejn il-verżjonijiet differenti, li għad irid jimtela bil-fatti." Issa jekk dan il-vojt li semma' Grima hux se jimtela' b'fatti li se jagħtu palata lil Mizzi jew jitfgħuh f 'infern ikbar, ma nafux. U apparti li ma nafux x'inhuma, ma nafux anqas meta se joħorġu. Ir-riskji ta' din l-għażla huma kbar u jistgħu jgħarrqu minflok jirranġaw is-sitwazzjoni. Il-Gvern ma jirbaħ krettu mingħand ħadd u l-emorraġija mil-Labour tkun waħda gravi, li diffiċli ddawwar. It-tieni għażla – Konrad...barra! Tielet għażla – Diversiv kbir kontra n-Nazzjonalisti It-tieni għażla hi li Joseph Muscat ikeċċi hu lil Konrad Mizzi, u jagħmel dan b'mod pubbliku. Din hija triq li l-Gvern ma jixtieqx jieħu, l-aktar minħabba raġunijiet purament partiġġjani. Mhux sigriet li d-dikjarazzjoni ta' "gwerra, gwerra, gwerra" ta' Alfred Sant, illum qed issir bl-aktar mod apert u ovvju mill- PN. Fi gwerra m'hemmx kompromessi, u l-PN u Busuttil tefgħu lil Muscat f 'kamp ta' battalja, fejn kull għajta minn Muscat biex Mizzi jitlaq tkun meqjusa bħala telfa u falliment. Dan huwa sentiment li qed jinħass fit-triq ukoll, fejn bosta Laburisti, issa qed jaraw li kull talba ta' Muscat għar-riżenja ta' Mizzi hija rebħa Nazzjonalista, f 'mument hekk delikat politikament. Min-naħa l-oħra, din l-għażla tista' turi li Muscat għadu jdejh fuq it-tmun u li ma tilef xejn mill-kontrol li dejjem kellu kemm bħala Mexxej, u bħala Prim Ministru. Li jkun hu li apertament jitlob għat- tneħħija ta' Mizzi tista' tkun l-aktar deċiżjoni politika diffiċli li Muscat kellu jieħu fi snin twal, speċjalment fid- dawl tal-fatt li Konrad Mizzi għandu bosta kwalitajiet tajbin bħala Ministru u minħabba li fl-oqsma li jmexxi, ġab miegħu ċerta enerġija u anke bidliet. Il-Prim Ministru għamel premessa li jneħħi lil Mizzi kemm-il darba jirriżulta li dak li allega Simon Busuttil, jiġifieri li dan għandu boroż tal-flus f 'dan il-kont, ikun minnu. Fin-nuqqas ta' dan allura, se jkun diffiċli ferm li Muscat jitlob riżenja minn Mizzi fuq il-bażi tad-dellijiet u d-dubji li ntefgħu fuqu. Din l-għażla hija waħda diffiċli u li tista' tirrabja lil bosta fil-partit. Imma jista' jkun ukoll li dak li jitlef fil-mument, jiksbu matul is-sentejn li ġejjin qabel jerġa' jidher quddiem l-elettorat. Il-Prim Ministru għandu għażla oħra. Għandu l-għażla li l-Labour joħloq diversiv kbir u effettiv, li jneħħi l-attenzjoni tal-midja u tan-nies minn fuq dan il-każ. Naturalment, dan ma jneħħix mid-dubji dwar dan il-każ, imma jċaqlaq l-attenzjoni fuq xi ħaġa li hija notevolment ikbar jew daqstant serja fil-gravità. Il-PL diġà prova jagħmel dan bl-akkużi dwar id-dar ta' Beppe Fenech Adami. Anke jekk l-akkużi huma serji u huma dwar każ relatat ma' kwistjoni li kontrieha, l-PN ipprotesta (bini fuq art ODZ), il-każ falla milli jqajjem l-għagħa fost settur kbir tal-poplu li forsi ma jistennix aħjar mill-Partit Nazzjonalista. Il-problema wkoll hija li kien hemm stennijja qawwija tal-każ tal-hekk imsejjaħ 'Palazz ta' Beppe' liema aspettativa ma kinitx milqugħa. Din l-għażla hija konvenjenti u tajba, jekk il- PL se jħares lejn l-immedjat. Fit-tul, il-PL ma jkun investa xejn, ħlief tefa' naqra silġ biex iraqqad l-uġigħ għal ftit ħin. Il-PN u Busuttil tefgħu lil Muscat f 'kamp ta' battalja, fejn kull għajta minn Muscat biex Mizzi jitlaq tkun meqjusa bħala telfa u falliment " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016