Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 39

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 10 t'April 2016 | illum ineħħieh, xafra jekk iżommu Ir-raba' għażla – Ħarsu lejn il-ġid li qed noħolqu Il-Ħames għażla – Konrad jitlaq minn jeddu Il-Gvern jista' jgħaqqad ftit mill-ewwel għażla u t-tielet għażla li għandu, fir-raba' waħda. Jiġifieri li jispera li l-każ se jnaqqas ftit mir- ritmu u s-sens ta' xokk li qajjem fost il-poplu u li joħloq diversiv. Imma minflok diversiv anti-Nazzjonalista li jkompli jgħolli t-temperatura u jikkumplika din il-ġlieda ta' tajn, jiffoka fuq dawk is-setturi li fihom il-Gvern qed jagħmel suċċess. Jista' wkoll iħabbar proġett ta' ċertu portata, li realistikament se jkun qed iħalli effett ekonomiku kbir ħafna, f 'termini ta' investiment u impjiegi. Minkejja li din l-għażla xorta tħalli lill-Gvern u l-PL miftuħ għax-xorti, u allura hija riskjuża, tkun qed tagħmel ġustizzja mas-suċċessi u kisbiet ta' dan il-Gvern, li huma bosta, u ġustizzja ma' dawk il-Ministri li qed jagħmlu suċċess mingħajr dellijiet fuqhom. Il-Gvern jista' jkun li qed jittama li l-aħħar żewġ baġits ta' dan il-Gvern se jkunu qed iroxxu biżżejjed ġid, biex jinħoloq aktar ottimiżmu ekonomiku u jdawwar ir- rota dejjem aktar. Naturalment is-suċċessi fl-edukazzjoni, saħħa, xogħol u turiżmu mhux se jbiddlu jew jirranġaw il- każ Panama, imma jistgħu jrattbu xi ftit ir-rabja u jikkalmaw l-ilmijiet imqallbin ta' bħalissa. Imma biex il-Gvern iwassal il-messaġġ tiegħu, jeħtieġ jerġa' 'jisraq' ix- xena, li bħalissa qiegħda f 'idejn il-PN. Il-ħames għażla hija l-inqas waħda li tagħmel ħsara lill-Prim Ministru Muscat u lill-Partit Laburista fit-tul. Din hija li Konrad Mizzi jirreżenja minn jeddu u minflok, iżomm u jiffoka fuq ix-xogħol tiegħu fil- Partit. Wara d-diskors ta' nhar il-Ġimgħa li għadda, jidher li din l-għażla tista' tkun l-inqas waħda possibbli, hekk kif Konrad Mizzi qal li d-deċiżjoni għandu jeħodha l-Prim Ministru. Anke jekk l-istess Mizzi qal, li hu għandu ħafna kunflitt intern. Hija l-inqas waħda li tagħmel ħsara għaliex tneħħi minn fuq il-Prim Ministru l-akkuża li ssir minn eluf ta' Laburisti jekk jieħu t-tieni għażla, u tneħħi wkoll il-piż minn fuq Konrad Mizzi nnifsu. Din l-għażla tkun tfisser li Mizzi rrealizza li dan il-każ tefa' dawl ikrah wisq fuqu, tant li kull ħaġa li tmiss miegħu bħala Ministru se tkun imtappna b'dan il-każ. Minn barra, Mizzi jkun jista' jaħdem biex jirrestawra l-immaġini mġarrfa tiegħu, liema immaġini bena b'tant suċċess qabel l-aħħar elezzjoni. Hekk ikun jista' jara l-proġetti li beda hu jsiru realtà, bil-possibbiltà li jieħu l-krettu tagħhom, mingħajr ma jkunu mitfugħin fid-dell ta' din il-kwistjoni li, ma nafux kif, sa fejn u meta, se tkompli tiżviluppa. Konrad Mizzi jkun qed jibgħat messaġġ ċar ukoll li għalih, l-ewwel jiġi l-pajjiż u warajh il-partit, mhux il-kariga li jokkupa fil- preżent. Ikun qed jassigura li minflok ikompli jaħraq kull ċans għalih innifsu u għall-prospetti tiegħu, ikun lest jinvesti u jħalli l-kapaċitajiet brillanti tiegħu fl-immaniġġjar għall-Partit Laburista, li qed jiffaċċja kważi revoluzzjoni żgħira minn settur ta' votanti tiegħu. Jekk Konrad Mizzi jibqa' Deputat Mexxej u jpaċi l-gwaj li spiċċa fih il-Partit u l-Gvern minħabba l-kont tiegħu fil-Panama billi jaħdem man-nies u jikseb rebħa ta' daqs, li bħalissa tista' tidher impossibbli, ikun wera irġulija u dedikazzjoni lejn il-Partit li eluf kbar ta' Maltin jgħożżu u eluf oħrajn jivvutaw għalih. ineħħieh, xafra jekk iżommu Ir-raba' il-ġid li qed noħolqu Il-Ħames jitlaq minn jeddu Il-Gvern jista' jgħaqqad ftit mill-ewwel għażla u t-tielet għażla li għandu, fir-raba' waħda. Jiġifieri li jispera li l-każ se jnaqqas ftit mir- ritmu u s-sens ta' xokk li qajjem fost il-poplu u li joħloq diversiv. Imma minflok diversiv anti-Nazzjonalista li jkompli jgħolli t-temperatura u jikkumplika din il-ġlieda ta' tajn, jiffoka fuq dawk is-setturi li fihom il-Gvern Il-ħames għażla hija l-inqas waħda li tagħmel ħsara lill-Prim Ministru Muscat u lill-Partit Laburista fit-tul. Din hija li Konrad Mizzi jirreżenja minn jeddu u minflok, iżomm u jiffoka fuq ix-xogħol tiegħu fil- Partit. Wara d-diskors ta' nhar il-Ġimgħa li għadda, jidher li din l-għażla tista' tkun l-inqas waħda possibbli, hekk kif Konrad Mizzi qal li d-deċiżjoni għandu jeħodha l-Prim Ministru. Anke jekk l-istess Mizzi qal, li hu għandu ħafna kunflitt intern. Hija l-inqas waħda li tagħmel ħsara għaliex tneħħi minn fuq il-Prim Ministru l-akkuża li ssir minn eluf ta' Laburisti jekk jieħu t-tieni għażla, u tneħħi wkoll il-piż minn fuq Konrad Mizzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016