Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 39

illum | Il-Ħadd 10 t'April 2016 Aħbarijiet 8 PRESIDENZA TA' MALTA TAL-KUNSILL TAL-UE 2017 SEJĦA GĦALL-OFFERTI TA' SERVIZZI TA' TRASPORT Is-Segretarjat Parlamentari ghall-Presidenza tal-UE 2017 fi hdan il-Ministeru ghall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali javza li harget sejha ghall-offerti ghal provvista ta' servizzi ta' transport bil-karozzi, vannijiet u kowces waqt konferenzi matul il- Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-UE 2017. Id-dokumenti jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit www.etenders.gov.mt . Inti li ssolvi l-problemi kollha, dawwal it-toroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, u li f'kull mument ta' ħajti tkun maġenbi. F'din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta' dan kollu waqt li nikkonferma mill- ġdid li ma rrid qatt ninfired minnek anki quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta' dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Imprimatur Nihil Obstat die 23-8-94 Datum in Curia Archiep., Florianse die 23-8-94 Jes. Lupi, Cens. Th. Annetto Depascuale Vic. Gen Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it- talba tkun magħluqa, anki jekk għall- bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala' l-grazzja bla ma tissemma x'kienet. L.M O Madonna, l-isbaħ fjura tal-Karmnu, frott id-dielja u d-dija tal-Ġenna, Imqaddsa Marija Omm Alla. Verġni Immakulata Marija għinni fil- bżonnijiet tiegħi. Marija Santissima, għinna u urina li inti ommna. Imqaddsa Marija Omm Alla, reġina tas-Sema u l-Art, bl-ikbar umiltà nitolbok minn qiegħ qalbi biex teħlisni mit-tempesti. M'hemm xejn li ma jistax isir bl-għajnuna tiegħek. Urina li inti ommna, Verġni Mqaddsa mingħajr dnub, itlob għalina li qed nirrikorru għandek. O Marija, npoġġu t-talbiet tagħna għandek. Grazzi tal-ħniena tiegħek lejna Ammen Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it- talba tkun magħluqa, anki jekk għall- bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala' l-grazzja bla ma tissemma x'kienet. L.M PRESIDENZA TA' MALTA TAL-KUNSILL TAL-UE 2017 SEJĦA GĦALL-OFFERTI TA' SERVIZZI TA' TRASPORT Is-Segretarjat Parlamentari ghall-Presidenza tal-UE 2017 fi hdan il-Ministeru ghall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali javza li harget sejha ghall-offerti ghal provvista ta' servizzi ta' transport bil-karozzi, vannijiet u kowces waqt konferenzi matul il- Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-UE 2017. Id-dokumenti jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit www.etenders.gov.mt . Talba lill-Ispirtu s-Santu Talba lill-Madonna Gvern jitla' għal ħames snin u dik trid tiġi rispettata WAQT li kien qed jipparteċipa fil-programm 'Għandi xi Ngħid' fuq Radju Malta, il-President Emeritu George Abela saħaq li huwa importanti, matul iż-żmien li qegħdin fih, "li kontinwament inżommu f 'moħħna li Gvern jitla' għal ħames snin." Filwaqt li fakkar kif hu dejjem hekk kien jemmen, tant li kien oppona elezzjoni bikrija fl-1998, saħaq li "dan il-fatt jeħtieġ jiġi rispettat." George Abela wissa biex bħala pajjiż, "ma nibdewx indaħħlu f 'moħħ in-nies li t-terminu ta' ħames snin li għalih ikun elett Gvern nistgħu nnaqsuh." Abela jisħaq li meta l-verdett tal-poplu biex partit jiggverna għal ħames snin ma kienx rispettat, "inħoloq l-inkwiet." F'dik li tista' tkun botta sottili lejn il-Kap tal-Oppożizzjoni, Abela sostna li huwa importanti li, "min jaspira li jkollu l-kariga ma jsibx ruħu f 'din is- sitwazzjoni." Għal dan, il-preżentatur tal-programm Andrew Azzopardi staqsa jekk il-Partit Nazzjonalista hux qed jeżaġera fil-mod kif qed jopponi lill-Gvern, bir-risposta immedjata ta' Abela tkun li hu ma jidħolx fil-kalkoli politiċi. "Li nista' ngħid huwa li bħalissa, it-temperatura politika hija għolja u din il-kwistjoni ma baqgħetx fit-territorju Malti imma ħarġet lil hinn minn pajjiżna. Din għandha tixgħel bozza ħamra," sostna Abela. Mitlub jitkellem direttament dwar il-każ 'Panama' li bħalissa jinsab fuq nett tal-aġenda politika, Abela qal li bħalissa pajjiżna għaddej minn ċerti diffikultajiet. "Aktar kemm ittawwal, agħar hija s-sitwazzjoni għall-pajjiż. Wieħed irid jiddeċiedi, jekk xejn biex jinqatgħu l-ispekulazzjonijiet." Il-President Emeritu qal li min qiegħed fil-poter, diġà jaf bil-fatti madwar dan il-każ, imma sostna li, "trid timxi fuq il-fatti mhux fuq is-sentiment, fuq fatti stabbiliti li dwarhom tieħu deċiżjonijiet." Abela jgħaddi botti kritiċi wkoll lejn kif il-każ tal-'Panama' qiegħed jiġi indirizzat u kif jirriżulta li kien hemm min jaf minn qabel dwar il-fatti. "Imma għal darb'oħra tittardja, iva. Taħrab, le." Abela saħaq għal bosta drabi waqt l-istess programm dwar l-importanza li jinħoloq forum magħmul min-nies li kienu fil-politika, fosthom ukoll Presidenti Emeriti, li jkun hu stess lil hinn minn kull dubju u appoġġ, li jkollu d-dritt jiddeċiedi f 'każijiet bħal dak li għaddej bħalissa. Abela sostna li bħalissa kollox jiddependi fuq l-awto- dixxiplina tal-Gvern u kull deċiżjoni jew reazzjoni hija mibnija fuq il-kalkoli politiċi, li jagħmlu l-partiti. Huwa saħaq li l-ideal huwa li politiku jinduna huwa stess x'inhu tajjeb u ħażin. "Trid tinduna int, x'inhu tajjeb jew ħażin, tiġi minnek innifsek u jekk għandi fibra morali, inkun jien stess li nieħu deċiżjoni." Abela tkellem dwar l-importanza li jkun meqjus l-interess nazzjonali. "Hija responsabbiltà tan-nies li jistgħu jagħmlu d-differenza li jħarsu l-interess nazzjonali, mhux li jippruvaw jirbħu punti politiċi, għall-immedjat. Dwar l-inċidenti li nqalgħu aktar kmieni din il-ġimgħa, fejn grupp ta' attivisti Nazzjonalisti nġabru quddiem il-Qorti, b'numru minnhom jattakkaw lill-ġurnalisti tal-ONE, il-President Abela qal li anke din kienet parti mill-kalkoli politiċi li jagħmlu l-partiti. "Irridu noqgħodu attenti, la l-każ ta' Jason Azzopardi ġie quddiem il- Qrati, mela għandna nħallu l-proċess ta' din l-istituzzjoni li aħna nafdaw fiha tieħu l-proċess kollu, u wara nirrispettaw id-deċiżjoni tal- Qorti." Abela fakkar kif kien il- kap tal-Oppożizzjoni stess li qal kif hu kien se jmur sal-Qorti Ewropea jekk ma jkollux sodisfazzjon bis- sentenza mogħtija mill-Qorti ta' pajjiżna. Din turi, qal l-President Emeritus, li dawn affarijiet li jiġu riżolti fil-qrati mhux fit-toroq. Appelli għall-kalma fi ħdan il-PN...biża' li jintilef il-kontroll Tkompli minn paġna 1 KIF irraporta s-sit illum. com.mt l-għada tal-inċidenti quddiem il-Qorti, bosta fil-PN li tkellmu magħna esprimew l-inkwiet tagħhom li din l-istrateġija mnebbħa minn Louis Galea, bi protesti tal-massa, jekk mhux organizzata sew, tista' twassal għal inċidenti bħal dawk quddiem il-Qorti. Dakinhar, dawk li tkellmu mal-ILLUM qalu li qed iddur il-kelma fil-partit, speċjalment minn dawk li ma jaqblux mal- mod militant li bih qed titmexxa l-Oppożizzjoni, biex "inżommu naqra l-kalma għax se ngħaxxqu kollox." Fid-29 ta' Frar li għadda saret laqgħa fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, fejn matulha kienet spjegata l-istrateġija aggresiva u militanti Nazzjonalista lil numru ta' nies midħla sew fil-PN. L-istess sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalulna li dak li ntqal fil-laqgħa inkwistjoni "qed narawh iseħħ biċċa biċċa." Dan kollu qed iwassal biex fil-laqgħat tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista qed joħroġ dejjem aktar in- nuqqas ta' qbil. L-aktar voċiferi huma Simon Busuttil u Beppe Fenech Adami, li jridu jkomplu għaddejjin b'din l-istrateġija militanti ta' Louis Galea, u fuq n-naħa l-oħra Mario Demarco u Claudio Grech li jridu jieħdu atteġġjament aktar pożittiv ta' kif isiru l-affarijiet. Fl-istess laqgħat tal-Grupp Parlamentari qamet ukoll ċerta rabja għall-mod kif Simon Busuttil qed jaġixxi b'modi differenti mad-Deputati tiegħu stess, hekk kif Busuttil għażel għaxar Deputati minn tiegħu bħala l-'frontliners' f 'din l-istrateġija militanti filwaqt li qed jinjora lill-kumplament tal- membri Parlamentari tiegħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016