Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

WAQT li kien qed jindirizza lill-ħaddiema tal-Awtorità l-ġdida għall- Ambjent u r-Riżorsi (ERA) flimkien mal-unions li jirrappreżentawhom, il- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat sostna li l-ERA mhux se tkun qed tħares lejn uċuħ fid-deċiżjonijiet li se tkun qed tieħu. Huwa qal dan meta laqqa' l-Bord tal-istess awtorità u lid- Direttur il-ġdid tal-Ambjent Michelle Piccinino mal- ħaddiema għall-ewwel darba f 'Hexagon House. Il-Ministru Brincat qal li bl-esperjenza u l-ħiliet li għandhom il-membri kollha tal-Bord, jinsab persważ li dawn se juru dedikazzjoni sħiħa għall-iżvilupp sostenibbli ta' pajjiżna bil-fatti, billi jaraw li jitfasslu politiki bis-sens, filwaqt li jiżguraw li l-isfidi li għandna quddiemna bħala pajjiż jiġu ffaċċjati kif jixraq. Fl-aħħar nett, il-Ministru Brincat stieden liċ-Chairman u l-Aġent Kap Eżekuttiv il- Professur Victor Axiak, kif ukoll lid-Direttur il-ġdid tal- Ambjent Michelle Piccinino biex jindirizzaw lill-ħaddiema. Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 10 t'April 2016 | illum TAĦRIĠ F'GĦAWDEX GĦALL-KOMUNITA' KUMMERĊJALI FUQ KIF GĦANDHOM ISIRU OFFERTI ELETTRONIĊI Il-Ministeru għal Għawdex b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Kuntratti ser jorganizza żewġ sessjonijiet ta' taħriġ f'Għawdex għal operaturi ekonomiċi fuq kif għandhom isiru offerti elettroniċi. Dan it-taħriġ ser jagħti opportunita' li min ser jattendi sabiex isir familjari mal-metodu ta' kif isiru u jiġu sottomessi offerti elettroniċi fuq is-sistema elettronika tal-Akkwisti Pubbliċi. Dan it-taħriġ ser ikun mingħajr ħlas u ser jingħata il-Ġimgħa 22 ta' April 2016 u il-Ġimgħa 29 ta' April 2016 mid-9:00 ta filgħodu sas-1:00 ta' wara nofsinhar. Dawk interessati għandhom japplikaw permezz tal-posta elettronika fuq procurement.mgoz@gov.mt jew bit-telefon fuq in-numru 22100266 bejn it-8:00 ta' filgħodu u s-2:00 ta' wara nofsinhar sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 15 ta' April 2016. Ministeru għal Għawdex Il-Gvern għadu qed iżomm mal-mira ta' Ġunju għall-Air Malta In-negozjati dwar il-ħaddiema tal-Air Malta qed jieħdu fit-tul minn Albert Gauci Cunningham F'KUMMENTI lil din il-gazzetta, kelliema għall- Ministeru tat-Turiżmu qalet li minkejja rapporti li dehru din il-ġimgħa dwar diffikultajiet fin-negozjati bejn il-Gvern u s-sieħeb strateġiku ġdid għall-Air Malta, il-Gvern xorta għadu qed iżomm mal-miri li għamel u li kien żvela mal- ILLUM iktar kmieni din is-sena. Fil-fatt, fil-ħarġa tal-ILLUM tal-10 ta' Jannar 2016, il- Ministru Edward Zammit Lewis, żvela kif sa Ġunju, jiġifieri xahrejn oħra, il- Gvern qed jippjana li jkollu n-negozjati u d-diskussjonijiet mas-sieħeb strateġiku finalizzati, "biex pajjiżna jkollu Air Malta ġdida." Huwa mifhum, għalkemm Zammit Lewis għadu qatt ma' żvela b'mod definittiv, li s-sieħeb strateġiku li miegħu qed jinnegozja l-Gvern hija l-linja tal-ajru Etihad. Iktar kmieni din il-ġimgħa, il-ġurnal The Times irraporta kif il-momentum mistenni fin-negozjati mhux dak li kien mistenni, u li n-negozjati mas- sieħeb preferut qed jieħdu aktar fit-tul. L-ILLUM hija nfurmata li l-punt li ż-żewġ naħat l-aktar li qed jieħdu fit-tul biex jaqbludwaru huwa l-ħaddiema tal-Air Malta, bin-naħa tal-Gvern ittenni u tkompli tinforza stqarrijiet li diġà saru fil-pubbliku biex kemm jista' jkun, jintlaqtu l-inqas numru ta' ħaddiema possibbli. Fl-intervista mal-ILLUM, Zammit Lewis kien stqarr li għalih, il-ħaddiema huma importanti ħafna u "huma għal qalbi, għamlu ħafna sagrifiċċji, ikkoperaw magħna u wasalna fejn wasalna grazzi għall-ħidma tagħhom ukoll." Kien żied jgħid ukoll iżda li ma jrid jidħaq b'ħadd, u li l-isfidi huma kbar, "għalhekk qed naraw kif id-deċiżjoni tagħna se timpatta l-inqas lill-ħaddiema." Ma' din il- gazzetta huwa kien irrifjuta li jeskludi tnaqqis fin-numru ta' ħaddiema tal-Air Malta, u kien irrisponda li sa dakinhar kien għadu prematur biex iwieġeb dwar dan. Il-Kelliema għall-Ministeru tat-Turiżmu żiedet tgħid li, "l-akbar interess tal- Gvern f 'dan l-istadju huwa li jagħlaq ma' sieħeb strateġiku li joffri l-iktar ċertezza dwar id-direzzjoni 'l quddiem tal-linja tal-ajru tagħna. L-Air Malta laħqet l-objettivi tagħha għas-sena finanzjarja li għadha kif għalqet ix-xahar li għadda, u issa għaddej il-proċess biex ikollha 'business plan' solida għal din is-sena, li twassal għal vijabbiltà kummerċjali." Ħaddiema tal-kumpanija Etihad, mifhuma li hija l-kumpanija li magħha l-Gvern qed jinnegozja 'L-ERA mhux se tħares lejn uċuh' PRESIDENZA TA' MALTA TAL-KUNSILL TAL-UE 2017 SEJĦA GĦALL-OFFERTI TA' SERVIZZI TA' INTERPRETAZZJONI Is-Segretarjat Parlamentari ghall-Presidenza tal-UE 2017 fi hdan il-Ministeru ghall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali javza li harget sejha ghall-offerti ta' servizzi ta' interpretazzjoni waqt konferenzi matul il-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-UE 2017. Id-dokumenti jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit www.etenders.gov.mt . PRESIDENZA TA' MALTA TAL-KUNSILL TAL-UE 2017 SEJĦA GĦALL-OFFERTI TA' SERVIZZI TA' TRASPORT Is-Segretarjat Parlamentari ghall-Presidenza tal-UE 2017 fi hdan il-Ministeru ghall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali javza li harget sejha ghall-offerti ghal provvista ta' servizzi ta' transport bil-karozzi, vannijiet u kowces waqt konferenzi matul il- Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-UE 2017. Id-dokumenti jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit www.etenders.gov.mt .

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016