Illum previous editions

ILLUM 10 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/664432

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 39

illum | Il-Ħadd 10 t'April 2016 Intervista 10 Min hu maħmuġ, mhux se jagħżel K ull min segwa xi darba jew oħra t-televiżjoni lokali, jaf min hu Frank Psaila, u jaf li minbarra li huwa preżentatur fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, Net TV, huwa wkoll opinjonista li jgħidha kif iħossha, u spiss ikun kritiku tal-istess partit li miegħu jaħdem. Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Psaila dwar diversi avvenimenti u episodji li għaddej minnhom il-pajjiż, b'mod partikolari l-Panama, il-Partit Nazzjonalista, bħall-iskema ta' self tal-PN, in-nuqqas ta' trasparenza, u r-riżultati tal-istħarriġ, fost l-oħrajn. Mhux Ċedoli imma Panama Meta mistoqsi dwar id-dubji u l-kritika li qamet dwar l-iskema ta' self tal-Partit Nazzjonalista Ċedoli 2016, Frank Psaila, pront wieġeb li d-dubji tan-nies li qed jitkellmu dwarhom, mhumiex dwar l-iskema ta' self tal-PN imma dwar il-każ tal- leak imsejjaħ 'Panama Papers', li fih hemm involut il-Ministru Konrad Mizzi. "Dawn huma l-affarijiet li qed jinkwetaw lin-nies: li jkollok ministri li jippruvaw joħolqu kontijiet f 'pajjiżi dubjużi ħafna. Dawk huma l-affarijiet li n-nies qed jinkwetaw dwarhom, u hemmhekk tintilef il-fiduċja fil-politika, u mhux skema ta' self volontarju." Meta mistoqsi dwar x'jaħseb li kien jagħmel il-PN li kieku l-kwistjoni tal-Panama kienet timplika xi deputat tal-PN, Frank Psaila, mingħajr tlaqliq jgħid li kieku, "ilha li seħħet it-tkeċċija ta' dan id-deputat, u m'għandiex dubju dwar dan." Ikompli jgħid li, "din mhix kwistjoni ta' investigazzjoni imma kwistjoni fejn inti ma toħloqx kont bankarju jew kumpanija f 'pajjiż fejn huwa magħruf għalfejn titpoġġa l-kumpanija hemmhekk. B'dan il-leak għandna privileġġ li nafu min kienu n-nies li kellhom il-kontijiet, u min kien hemm? Kien hemm nies viċin ta' Vladimir Putin, nies viċin l-eks-Prim Ministru Eġizzjan Hosni Mubarak, nies viċin Assad fis-Sirja, 'drug cartels' tal-Messiku. Meta tara dawn in-nies, tinduna li dawn mhumiex verġni u ma jiftħux kumpanija f 'dawn il-pajjżi għal xejn b'xejn, u jinħolqu dubji kbar. Sinċerament ma nistax nifhem għalfejn Konrad Mizzi ma tneħħiex minn Ministru, għaliex l-ikbar insult li tista' tagħmel huwa li jkollok il- Laburisti li qed jgħidu kemm huma irrabjati għall-mod ta' kif il-Gvern qed jittratta kwistjoni bħalma hi din tal-Panama, u mhux talli ma tneħħhiehx imma ttih promozzjoni u tagħmlu deputat mexxej. Din ma nistax nifhimha u toħloq ħafna mistoqsijiet." L-opinjonista jkompli jgħid li anke l-Laburisti huma rrabjati bis- sitwazzjoni, u jippreferu li kieku qed jitkellmu dwar kif il-Gvern tagħhom qed ikompli joħloq il-ġid fil-pajjiż, imma "illum fil-pajjiż qed nitkellmu dwar il-Panama, xi ħaġa li qed tiġi rrappurtata internazzjonalment. L-informazzjoni żvelata turi li hu l-uniku ministru ta' pajjiż fl-Unjoni Ewropea li jissemma." "Taħseb li dan huwa tajjeb għar-reputazzjoni ta' pajjiżna?" jkompli jistaqsi Psaila. Ikompli jitkellem dwar l-effett li din il-kwistjoni kapaċi jkollha fuq min jixtieq jinvesti fil-pajjiż, "meta jkollok Ministru ewlieni li hu responsabbli mill-oqsma tal-Enerġija u tas-Saħħa, li jkollu ismu ma' dawn it-tip ta' mexxejja, bilfors li jqumu l-mistoqsijiet mingħand dawk li jkunu qed iħarsu lejn pajjiżna biex jinvestu." Psaila kompla jħeġġeġ li, "hemm bżonn li isem pajjiżna jitnaddaf immedjatament u Konrad Mizzi m'għandux għażla ħlief li jirreżenja jew jitkeċċa il-Prim Ministru. Iktar ma jnaddaf isem pajjiżna malajr, aħjar. Fl-aħħar mill-aħħar għall-poplu kollu." 'M'hemm xejn li se jsir minn taħt il-mejda' L-iskema ta' self tal-Partit Nazzjonalista kienet fil-mira ta' kritika ħarxa minħabba li diversi persuni, fosthom il-Ministru Owen Bonnici sostna li din hi skema 'sigrieta, mhux garantita u bla trasparenza', u li l-PN għamel bypass mal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Għal dan, l-opinjonista u preżentatur ta' Net TV, Frank Psaila qal li minħabba li ma kienx hemm il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, fil-qasam politiku dejjem kien hemm lok ta' mistoqsijiet ta' kif isiru d-donazzjonijiet, però dan mhux il- każ fl-iskema ta' self tal-PN. "Din is-sistema tal-iskema Ċedoli 2016 mhix skema ta' donazzjonijiet, imma hi sistema fejn persuna li tixtieq tagħti self volontarju lill-PN, tista' tagħmel dan, u jkun hemm kollox bil-miktub, u jingħata b'rata ta' interessi ta' 4%, u dak li jkun jista' jeħodhom lura wara għaxar snin. Jiġifieri m'hemm xejn li jkun qed isir minn taħt il-mejda. Jiena, ma tinkwetani xejn li jkollok dawn it-tip ta' skemi, imma li jinkwetani hu li l-affarijiet li saru s'issa, dejjem ħolqu lok ta' mistoqsijiet fuq min huma d-donaturi wara partit politiku." Kompla jsostni li, "huwa fatt magħruf li l-kampanja elettorali tal-PL, kienet kampanja tajba ħafna, u swiet flejjes kbar. Qamu diversi mistoqsijiet minn fejn ġew il-flus biex ġiet iffinanzjata l-kampanja. Kien hemm ukoll stejjer wara l-elezzjoni ġenerali li qajmu dubji dwar il- finanzjament tal-Partit Laburista u l-kampanja elettorali tiegħu, bħall- istorja tal-Australia Hall u Café Premier fost l-oħrajn." Hawnhekk jiddefendi ruħu u jgħid li, "mhux qed ngħid li għaddew xi flus, imma qed ngħid li n-nies staqsew mistoqsijiet pertinenti ħafna." Minħabba f 'hekk, Psaila jaraha stramba li l-Partit Laburista qed jixħet id-dubji fuq din l-iskema li fiha, iż-żewġ partijiet involuti fl-iskema jkunu qed jaqblu, u hemm kollox imniżżel, bl-iswed fuq l-abjad. 'Min irid jagħmel l-affarijiet b'mod maħmuġ mhux se juża skema trasparenti' Fl-iskema Ċedoli 2016, mhux neċessarju li l-PN jippubblika l-ismijiet ta' dawk li jiddeċiedu li jagħtu dawn l-€10,000, u għalhekk tagħmilha skema anonima. Il-kritika dwar dan il-fatt kienet li dan iwassal għal nuqqas ta' trasparenza, għaliex nies li jidħlu għal din l-iskema, kapaċi jkunu qed jistennew xi pjaċir lura bħala tpattija tal-għajnuna li ngħataw ġaladarba l-PN ikun fil-Gvern. Hawnhekk, il-gazzetta ssemmi nies bħal Gaffarena, u negozjanti oħra li forsi jkunu lesti li joffru l-għajnuna lill-PN permezz tas-self, iżda fil-futur jitolbu jew jistennew xi ħaġa lura. Għal din il-kritika, l-opinjonista u preżentatur jgħid li "Bis-sistema tal-loan volontarju, ma naħsibx li ż-żewġ naħat [Gaffarena u l-PN] ikunu interessati f 'xulxin. Naħseb li l-PN m'għandu l-ebda bibien miftuħa għal nies bħal Gaffarena, u lanqas Gaffarena mhuwa interessat fil-PN." "Min irid jagħmel l-affarijiet b'mod maħmuġ, mhux se jagħżel skemi, li fit-tħaddim tagħhom huma trasparenti. Min jipprova jagħmel l-affarijiet bil-maħmuġ, se jipprova jfittex postijiet oħra. Bil-bord ta' reviżuri u l-programm ta' tmexxija nadifa li waqqaf il-PN ftit ilu, jien nifhem li l-PN qed jagħlaq totalment il-bibien lil dawn l-individwi u jiftaħ il-bieb lil dawk li jridu jagħmlu l-affarijiet mingħajr ebda ħabi." Minkejja dan, hemm persuni komuni li forsi jridu jagħmlu dan l-investiment fil-Partit Nazzjonalista, b'mod ġenwin li iżda fil-futur, xorta waħda jistennew xi forma ta' ringrazzjament ġaladarba l-PN ikun fil-Gvern. Għal dan, Psaila jinsisti li imbagħad, irid jiġi mill-politiku stess li jaċċerta li f 'dawn il-każi, lill-persuna, ma jaqduhomx. "Imma ninsab fiduċjuż li meta jkollok partit li għamilha il-cavallo di battaglia tiegħu, din l-għajta ta' politika onesta, dawn in-nies li jistennew xi tip ta' pjaċir, jibgħathom jixxejru. Għaliex hemmhekk, inkella tkun verament intilfet il-fiduċja kollha fil-politika." In-nies responsabbli huma ta' reputazzjoni Frank Psaila jistqarr li meta jara t-tip ta' persuni li diġà tkellmu fuq l-iskema jew kienu qed jappoġġjawha, iktar ikollu fiduċja fiha għaliex dawn huma, "nies ta' reputazzjoni fil-qasam tagħhom." Fil-fatt, isemmi nies bħal Alex Perici Calascione li huwa t-teżorier tal-PN u wieħed mill-amministraturi ta' din l-iskema u jgħid li huwa persuna li bena reputazzjoni fil-qasam finanzjarju u legali, u "ma naħsibx li dawn in-nies huma lesti li jarmu r-reputazzjoni Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Sinċerament ma nistax nifhem għalfejn Konrad Mizzi ma tneħħiex minn Ministru, u mhux talli ma tneħħhiehx imma ngħata promozzjoni u sar deputat mexxej " " Hemm bżonn li isem pajjiżna jitnaddaf immedjatament u Konrad Mizzi m'għandux għażla " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2016