Illum previous editions

Illum 17 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 496 • 17 t' April 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Gilber t Agius Ara paġni 34 u 35 'Ħudu azzjoni fuq l-imħallef ' Kulħadd jġħid li ġie l-ewwel fl-istħarriġ Ara paġni 4 u 5 Tkompli f 'paġna 9 Esperti legali jitolbu lill-Kunsill Superjuri tal-Ġudikatura biex jieħu azzjoni wara l-arrest illegali ta' Natius Esperti legali li tkellmu mal-ILLUM sostnew li għandha tittieħed azzjoni fil-konfront tal- Imħallef Giovanni Grixti wara l-iżball tiegħu li wassal biex is-sindku Laburista Natius Farrugia kien arrestat illegalment. Dawk li tkellmu mal-ILLUM qalu li jkun, "stramb jekk il-Kunsill Superjuri tal-Ġudikatura ma jiħux nota ġudizzjarja ta' dak kollu li ġara, u jagħmel dak li għandu jagħmel mingħajr ma jistenna rapporti formali dwar il-każ." L-ILLUM staqsiet ukoll lil Franco Debono, l-avukat ta' Farrugia, jekk iħossx li l-każ għandux imur quddiem il-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, iżda Debono saħaq li dwar dan ma xtaqx li jikkumenta. L-esperti li tkellmu magħna, midħla tal-liġi u tal-Qorti, sostnew li l-arrest tas-Sindku Laburista Natius Farrugia kien, "illegali, mill- aktar stramb u sar bi ksur tal-liġi, hekk kif Farrugia safa' arrestat fuq akkuża li dwarha hu kien diġà ġie lliberat mill-Imħallef Francesco Depasquale." Mal-ILLUM Franco Debono spjega kif wara li ngħatat din is-sentenza, hu flimkien mal- Avukat Marion Camilleri bdew jippreparaw rikors biex Natius jinħeles mill-arrest, liema arrest Debono sejjaħlu "illegali." L-istess avukati talbu lid-deputat tal- Imħallef Grixti għal diversi drabi biex jingħataw is-sentenza, fl-istess waqt li nfurmawh li se jkun ippreżentat rikors li jiddikjara l-arrest wieħed illegali u li jikser il-liġi. Debono qal li aktarx kien f 'dan il-punt li l-Imħallef irrealizza bl-iżball li kien sar. Tkompli f 'paġna 9 Kien jivvota mal-Gvern f 'mozzjoni kontra Konrad MINKEJJA li kien imsemmi bħala wieħed mid-Deputati Laburisti li talbu għar-riżenja ta' Konrad Mizzi, il-Ministru Evarist Bartolo xorta kien jivvota mal-Gvern kieku għada, minflok mozzjoni kontra l-Gvern kollu, il-PN ressaq mozzjoni kontra Mizzi. Mal-ILLUM il-Ministru Bartolo ingħaqad ma' Godfrey Farrugia, li mas- sit illum.com.mt ukoll qal li kien jivvota kontra mozzjoni ta' sfiduċja f 'Konrad Mizzi. L-imħallef Giovanni Grixti Natius Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17 April 2016