Illum previous editions

Illum 17 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/667657

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 17 t'April 2016 | illum SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Hibernians ................ 3 Balzan ...................... 1 HIBERNIANS ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Balzan bl-iskor ta' 3-1, biex issa laħqu lil- leaders Valletta fil-quċċata tal-klassifika. Kienu Balzan li ħolqu l-ewwel periklu meta wara biss erba' minuti, xutt ta' Alfred Effiong ngħata daqqa ta' ponn u ntefa' f 'sigurtà minn Justin Haber. Hibernians irrispondew fid-19-il minuta u fetħu l-iskor permezz ta' xutt mibrum u angulat minn tarf il-kaxxa tal-Brażiljan, Jorge Pereira da Silva. Il- Pawlisti komplew jattakkaw u fit-23 minuta, xutt minn barra l-kaxxa ta' Rodlofo Soares ġie milqugħ mill- goalkeeper ta' Balzan, Ivan Janjusevic. Erba' minuti biss wara, Hibernians irduppjaw l-iskor meta xutt ta' Gilmar Da Silva Ribero ġie milqugħ minn Ivan Janjusevic, li iżda ma żammx biex mir-rebound, daħal bħal vleġġa Jorge Santos Silva li tefa' l-ballun fix-xibka. Balzan ippruvaw iwettqu reazzjoni u fit-43 minuta, Alfred Effiong avvanza tajjeb fil-kaxxa, b'Justin Haber joħroġ barra minn postu biex jipprova jtajjar il-ballun minn saqajn l-attakkant Niġerjan naturalizzat Malti, iżda dan tal-aħħar indirizza l-ballun lejn ix-xibka, b'Marcelo Dias ikun providenzjali, hekk kif tajjar il-ballun minn fuq il-linja fatali. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Pawlisti komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fil-51 minuta Jackson Lima xeħet cross perfett lejn Jorge Pereira Da Silva li min-naħa tiegħu b'mod eleganti ttanta xortih permezz tat-takkuna, iżda sab lil Ivan Janjusevic attent. Hibernians għamluhom tlieta fis-60 minuta meta Clayton Failla tefa' cross mix-xellug lejn Jorge Santos Silva, li permezz ta' takkuna mill-isbaħ tefa' l-ballun fix-xibka. Balzan naqqsu l-marġni tal-iskor fis-86 minuta permezz ta' xutt ferm potenti mid-distanza ta' Justin Grioli. Hibernians - Haber, Pearson, Lima, Soares, Dias, Kristensen, Failla (Mbele Mangue 72'), Agius, Pereira Da Silva, Da Silva Ribeiro, Santos Silva (Degabriele 90') Balzan - Janjusevic, Grioli, Fenech, Bezzina (Fenech 72'), Dos Santos Calcado, Arab (Focsa 31'), Effiong, Da Silva Souza, Micallef (Vujacic 75'), Serrano Valero, Grima Referi - Clayton Pisani Jorge Santos Silva Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja doppjetta personali f 'din il-logħba. Huwa wieħed mill- aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil-futbol Malti. plejers ta' Floriana. Hibernians jikkonvinċu u jegħlbu lil Balzan Ritratt - Ray Attard Jonathan Pearson jipprova jirbaħ il-ballun mingħand Pedro Dos Santos Calcado 27

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17 April 2016