Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 497 • 24 t' April 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Steve Borg Ara paġni 34 u 35 Cassar rikoverat id-dar IL-KUMMISSARJU tal- Pulizija Michael Cassar bħalissa jinsab rikoverat id- dar wara li daħal l-isptar għal testijiet ftit jiem ilu ftit wara li rritorna minn vaganza. Għalkemm Cassar m'għadux l-isptar, bħalissa jinsab rikoverat id-dar u kollox se jiddependi mill-pariri li se jingħata mingħand it-tobba. Il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela spjega kif m'hemm l-ebda problema min-naħa ta' Cassar jew mill-Gvern dwar il-pożizzjoni li għandu u li Cassar lest illi jibqa' jwettaq ħidmietu f 'din il-kariga. Iżda kollox jiddependi mit-testijiet u "d-deċiżjoni Michael Cassar se jeħodha hu." Abela qal illi huwa żamm kuntatt ma' Cassar biex jara kif jinsab kif ukoll biex jawguralu fejqan ta' malajr. De Marco jesprimi lealtà sħiħa lejn Busuttil minn Albert Gauci Cunningham IL-VIĊI Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario De Marco jkun lest li jirriżenja jekk Simon Busuttil jitolbu biex jagħmel dan, fid- dawl tal-każ ta' xogħlijiet li saru fid-dar tiegħu mill-kumpanija ta' Pierre Sladden. Dawn ix-xogħlijiet qatt ma sar ħlas għalihom sakemm kien żvelat kif Sladden, is-sid ta' Redmap Ltd., kien uża kumpaniji fil-British Virgin Islands għal tranżazzjoni ta' €900,000. Mistoqsi minn din il-gazzetta jekk jirreżenjax fl-eventwalità li Busuttil jitolbu jagħmel dan, De Marco sostna illi huwa dejjem emmen f 'politika li tkun ta' servizz għall-pajjiż. "Il-mument li jiena nħoss, jew il-partit, li jfisser għalija anke l-kap tal-partit, iħoss li l-preżenza tiegħi mhix qed iservi dan il-għan, allura iva, inwarrab." Iktar kmieni din il-ġimgħa Simon Mercieca, wieħed mill- awturi tar-rapport tat-telfa tal-PN u opinjonista li ta' sikwit ikun fuq it-televiżjoni tal-istess partit wissa lil Simon Busuttil biex, fid-dawl ta' dak żvelat, ikeċċi lil De Marco qabel mat-tim ta' De Marco ikeċċih hu. Minkejja li sorsi li tkellmu mal-ILLUM sostnew illi s-sentiment ta' Mercieca jinħass sew fost fazzjoni partikolari tal-PN, De Marco ċaħad li hemm xi forma ta' diżgwid intern u assigura li "t-tmexxija tal-PN hija magħquda. Jekk hemm min jaħseb bil-kontra, m'għandux idea x'enerġija hemm fil-PN bħalissa." Iżda s-sorsi tal-ILLUM viċin il-PN qalulna li nies influwenti fil-partit, fosthom uħud li kienu qrib sew tal-eks PM Gonzi, qed jaraw f 'De Marco theddida serja għal kandidata preferuta tagħhom għat-tmexxija tal-PN, f 'każ ta' telfa fl-2018. Dan hekk kif De Marco "jgawdi minn appoġġ tremend fost it-tesserati li se jkunu huma li jagħżlu kap ġdid, meta jasal dan il-mument." Tkompli f 'paġna 9 'Jekk jitlobni... Nirreżenja'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016