Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 24 t'April 2016 | illum Intervista 11 dak li verament qed inħossu' Ma sibt lil ħadd fil-Crisis Intervention Unit Tonna jitkellem ukoll dwar il-Crisis Intervention Unit u jgħid illi filwaqt li barra minn pajjiżna dan jopera għal 24 siegħa kuljum, f 'pajjiżna jopera għal 12. "Ninkwieta illi darba kelli l-esperjenza mill-aktar kerha illi ħadt lil xi ħadd f 'dan il-Unit fl-4:00 p.m. u ma sibt lil ħadd li seta' jgħinni. Kellna minflok immorru l-emerġenza. Tweġġgħak hux, li taf illi għandek unit apposta, imma li mhux qed jopera għax m'hemmx biżżejjed nies. Tonna saħaq illi huwa importanti li l-Unit jopera matul il-jum kollu għax f 'każi ta' emerġenza, bħal meta xi ħadd jagħmel attentat ta' suwiċidju, "ikollok bżonn tim ta' nies speċjalizzati, mhux tabib komuni li probabilment jgħidlek li l-każ mhux ta' jdejh." Il-biżgħat tal-ġenituri Jekk hemm min ibati l-aktar f 'dawn is-sitwazzjonijiet, huma żgur il-ġenituri. Tonna jispjega kif fl-esperjenza tiegħu hu jiltaqa' ma' ġenituri li jinsabu mwerwrin u li jgħixu taħt il-biża' kontinwa li wliedhom se jwettqu suwiċidju . "Nitkellem f 'isem tant ġenituri u carers, għalhekk ġejt biex nitkellem ma' din il-gazzetta, biex inwassal ir-realtà ta' tant nies. Meta ġenitur jisma' b'mod kontinwu lil bintu jew ibnu jgħidlu mà jew pà ddejjaqt ngħix, x'jifdal fih? X'jibqa' f 'ġenitur li qed jgħix fil-biża' li ibnu jew bintu se toħroġ fil-gallarija u tikkometti suwiċidju? Jew ġenitur li l-ħin kolli jara lil bintu jew ibnu rieqed minħabba l-mediċini jew għax ma jkunx jiflaħ jiffaċċja l-ħajja ta' kuljum. Tonna jgħid li l-akbar żball tal- ġenituri jkun jekk dawn jinjoraw jew jibqgħu jiċħdu din ir-realtà. Il-faqar u r-realtà tas-saħħa mentali Lil hinn mis-saħħa, Tonna jgħid illi hemm ukoll il-fattur tal-mezzi finanzjarji. "Għandek individwi jew ġenituri li jifilħu jħallsu għal sessjonijiet għand il-psikologu jew għand il-psikjatra, jifilħu jħallsu biex ikollhom sessjonijiet kontinwi u jibnu relazzjoni b'saħħitha mal- professjonist. Imma dawk li m'għandhomx il-mezzi? Dawk li m'għandhomx il-flus? Dawk x'se jagħmlu?" Huwa jgħid illi fil-każ ta' dawk li m'għandhomx biżżejjed flus jibgħat għalik il-psikjatra kull tliet xhur u għalhekk l-għajnuna ma tkunx daqstant effettiva, "ma tinbeniex relazzjoni bejn il-pazjent u l-professjonist biżżejjed." Imma allura x'qed jgħid Tonna? Li l-problemi ta' saħħa menatli huma iktar prevalenti fost il-foqra għax ma jistgħux iħallsu? "Iva, jista' jkun" jgħid Tonna li jgħid ukoll illi f 'każi fejn persuna titlef ix-xogħol u m'għandhiex flus tista' ddur għal ċerti vizzji bħax-xorb u tipjip. "Apparti minn dan hija kwistjoni suġġettiva wkoll u jiddependi mill-karattru ta' persuna. Int forsi problema kapaċi tiffaċċjaha, imma forsi ħaddieħor le. Jiġifieri għalkemm din hija kwistjoni ta' klassi soċjali wkoll għax xi wħud m'għandhomx il-mezzi jista' jkun ukoll li torbot ħafna mal-karattru ta' persuna." Huwa jgħid li hemm bżonn li jkun hemm viżibilità akbar tas- sitwazzjoni reali li fiha qed jgħixu ħafna nies u ħeġġeġ liż-żewġ partiti biex jingħaqdu u jaħdmu għall-għan ta' għajnuna u kura fil-komunità. "Ejjew naħdmu fuq il-manifesti u l-wegħdi taż-żewġ partiti. Il-liġi tal-Guardianship issa saret, kienet ilha fuq l-ixkaffa tant żmien, jiġifieri affarijiet qed isiru imma għad fadal ħafna xi jsir." Int forsi problema kapaċi tiffaċċjaha, imma forsi ħaddieħor le " " Ritratt: Raphael Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016