Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 24 t'April 2016 | illum Għawdex 13 FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA minn John Busuttil JEKK jogħġobkom sinjuri politiċi. Tibqgħux titrattaw lill-Għawdxin qishom xi nies tat-tielet dinja. Ieqfu wegħduhom dinja utopika u tuhom dak li għandhom bżonn illum. Għax l-Għawdxin qed jgħixu llum u mhux għada jew 20 sena oħra. Tibqgħux, qabel kull elezzjoni inkella waqt xi kriżi min-naħa jew oħra tiġu torganizzaw konferenza biex twegħdu liż-żgħażagħ, ħaddiema u nies tal- kummerċ Għawdxin li jridu jaqsmu xi pont jew issa, mina. Jekk ridtu tagħmlu l-mina jmisskom ilkom snin li bdejtu, tal-inqas tagħmlu l-istudji ġeoloġiċi. Il-PN jattakkaw lil-Laburisti li tilfu tliet snin paroli u għadhom ma bdewx l-istudji tant importanti. Il-Laburisti jwieġbu li n-Nazzjonalisti tilfu 25 sena u kien biss lejn tmiem il-leġiżlatura li ħolmu bil-mina. Anzjani Għawdxin qaluli li dan id-diskors ilu jsir minn żmien Mintoff. Mela ħbieb tiegħi, aqtgħu l-paroli, ieqfu sibu l-iskużi u ibdew l-istudji ġeoloġiċi u l-istudji vera ta' kemm se tiġi tiswa, ta' min verament se jibniha u kemm se tiswa biex tgħaddi minnha, illum qabel għada. Imbagħad wara li jsir dan ibdew iddiskutu mal-vera 'stakeholders' għax donnkom qed tinsew li Għawdex mhux magħmul biss minn studenti universitarji, lanqas minn ħaddiema li jaħdmu Malta biss, u lanqas minn dawk li għandhom in-negozji, ristoranti u lukandi. Iżda hemm poplu sħiħ li jgħix Għawdex li normalment ma tantx isemma' leħnu jew jingħata ċans isemma' leħnu. U huma dawn ukoll li jeħtieġ jiddeċiedu x'għandu jsir għal Għawdex. Il-ġenituri Għawdxin jinsabu mdejqin għax malli jkollhom wild jafu li se jgawduh biss sa 16-il sena għax wara jitlaq lejn Malta u jmur lejn Għawdex darba kultant. L-istudji għandhom ikunu anke fuq lat soċjali. Irridu nanalizzaw jekk hux veru li dawn iż-żgħażagħ, li qed jitilqu lill-Għawdex u jħalluh biss għal tmiem il-ġimgħa humiex lesti jagħmlu t-triq għal gżira oħt kull filgħaxija u jħallsu biex jgħaddu minnha kuljum. U jekk iż-żgħażagħ Għawdxin jagħżlu li jgħixu Għawdex, dawn se jsibu fejn imorru filgħaxijiet bħalma jsibu f 'Malta? Jiġifieri dawn li qed jaħsbu li l-mina se ssolvi l-'brain drain', fuq liema bażi qed jgħiduha din? Mina għandha tkun parti minn strateġija u mhux is-soluzzjoni, għax fil- verità mhu se toffri l-ebda soluzzjoni mirakoluża. Għalissa nistgħu naqblu jew le mal-mina, biss fuq il-kunċett. Lil hinn minn hekk ħadd ma jista' jitkellem qabel isir l-istudju ambjentali, ġeoloġiku u ieħor dwar l-impatt soċjali u kummerċjali li din il- mina jista' jkollha. U dan allura jfisser li jridu jgħaddu snin twal. U meta wieħed jiftakar li fl-aħħar baġit kienu vvutati €6 miljuni għal proġetti kapitali, allura nistaqsi, minn fejn ġejjin il- miljuni għal dawn l-istudji? Jew, nerġa' ntenni, din hi biss wegħda utopika? L-Għawdxi qed jgħix illum u mhux meta dawk it-tliet żgħażagħ tal-'Front Favur il-Mina' jkunu ġenituri ta' żgħażagħ tamparhom. L-Għawdxin iridu soluzzjoni llum. L-uniku soluzzjoni li tidher li tista' tkun vijabbli hi dik ta' katamaran u anke ajruplan fixed wing li jwassal mhux biss għal Malta iżda dirett għal Sqallija wkoll. B'hekk l-Għawdxi jista' jmur Sqallija u l-Isqallin jistgħu jiġu Għawdex u jinħoloq iżjed xogħol u kooperazzjoni bejn iż-żewġ gżejjer. Il-ħaddiem u ż-żagħżugħ Għawdxi jkun jista' jivjaġġa f 'inqas ħin lejn Malta u lura mingħajr ma jkollu bżonn jikri, jew il-ġenituri tiegħu jixtrulu xi appartament f 'Malta. Ieqfu ġibu l-iskuża tal-Gozo Channel għax meta nġieb l-low cost airline f 'Malta ma nġabitx l-iskuża tal-AirMalta. M'hemm xejn x'qed iżomm lill-Gozo Channel li jħaddem hu l-Katamaran, jekk il- kumpanija trid. Importanti li jinżamm bilanċ bejn il-futur u l-preżent. Tajjeb li wieħed iħares lejn il-futur għal ġenerazzjonijiet ta' warajna iżda l-preżent ma jistax jingħata l-ġenb. "Sa mnalla Għawdex imdawwar bl-ilma mhux bl-iskalora għax kieku ilu li għereq u ma salvah ħadd". L-Għawdxin illum qed jgħixu u mhux għada Il-membri tal-Front Favur il-Mina flimkien ma' Chris Said u Franco Mercieca

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016