Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

K ull proġett li wettaqna, li għandna pjanat, kull servizz ġdid li introduċejna, kull suċċess li ksibna fil- qasam tas-saħħa, dejjem kien immirat lejn għan wieħed; li l-pazjent tagħna jkun moqdi aħjar. Huwa anke għalhekk li fl- aħħar jiem nedejna Charter għad-Drittijiet tal-Pazjent. Bħalissa dan iċ-'charter' jinsab fi stadju ta' konsultazzjoni li se ddum miftuħa xahrejn, biex wara jkun jista' jiġi ppreżentat id- dokument finali. Iċ-'charter', iswed fuq abjad, jelenka d-drittijiet tal-pazjenti, xi provedimenti jistgħu jittieħdu jekk dawn id-drittijiet ma jintlaħqux u anke d-dmirijiet tal-pazjent, għall-ġid tiegħu, tal-professjonisti fis-settur u tad-dipartiment innifsu. Forsi għal uħud iċ-'charter' tal-pazjent huwa biss dokument bħal ħafna oħrajn u xejn aktar, iżda għalina huwa ħafna aktar minn hekk. Għalina huwa qafas li jirregola, li jgħinna nkunu nafu aħjar il-prijoritajiet u l-miri tagħna. Fost it-tibdil li qed nippjannaw li se jseħħ fil- qasam tas-saħħa, permezz taċ-'charter', bla dubju hemm il-bżonn li naraw tibdil fil-mentalità. Kemm kif il- pazjent iħares lejn is-servizzi tas-saħħa u l-professjonisti li jipprovduhom u anke tibdil fil-mentalità ta' kif il-professjonist iħares lejn il-pazjent. Dan iċ-'charter' fih innifsu se jwassal biex ikollok aktar effiċjenza fil-qasam tas-saħħa u anke se jkun ta' inċentiv ieħor għalina biex innaqqsu l-listi ta' stennija. Fost għad kbir ta' drittijiet, il-pazjent se jkollu d-dritt li jekk ma ssirlux operazzjoni fi żmien stipulat, ikun jista' jagħmilha f 'istituzzjoni privata u għaliha jħallas il-Gvern. Wieħed mill-prinċipji fundamentali taċ-'charter' tal-pazjent huwa li pazjent għandu d-dritt li jipparteċipa fil-proċess tad-deċiżjoni għall-kura li wieħed se jingħata, filwaqt li għandu d-dritt ukoll li jkun infurmat fuq il-kura u t-trattament li se jingħata. Il-pazjent għandu jkun ukoll jaf il-konsegwenzi kollha u r-riskji jekk ma jaċċettax it-trattament, biex b'hekk ikun jista' jasal għal għażla infurmata. Il-pazjent għandu wkoll id-dritt li jitlob għal opinjoni oħra, xi ħaġa li llum ħafna jistħu u forsi anke jibżgħu jagħmlu. Iċ-'charter' isemmi wkoll u jagħti l-importanza lit-tabib tal-familja fit-teħid tad- deċiżjoni dwar il-pazjent, dejjem jekk il-pazjent ikun irid. Nemmnu li fis-soċjetà tagħna l-figura tat-tabib tal-familja, hija importanti ħafna. Huwa l-ewwel kuntatt li ċ-ċittadin jkollu mas-saħħa, mal-kura. It-tabib tal-familja, jaf sew lill-persuna li għandu quddiemu, b'ħafna drabi b'relazzjoni medika li tmur lura għexieren ta' snin. Matul l-aħħar sena rajna avvanzi kbar fejn id- Dipartiment qiegħed dejjem jersaq aktar lejn it-tobba tal- familja. Ftaħna programmi fejn ċertu visti bħal dawk fejn pazjent ikun ilu ħames snin li għadda minn kanċer tas-sider, isiru mat-tabib tal- familja. Dan barra li ħdimna biex is-sistema tal-my health tkun aktar 'user friendly' u tagħti aċċess lit-tabib tal-familja għar-riżultati mediċi tal- pazjenti. Bil-patient 'charter', qegħdin għal darba oħra ngħollu l-livelli tagħna. Il-professjonisti Maltin fil-qasam tas-saħħa, tobba, konsulenti minn dejjem kellhom fama u reputazzjoni mill-aqwa mad-dinja kollha. Bil-proġetti li ħabbarna u l-kooperazzjonijiet li lħaqna matul l-aħħar sentejn, din ir-reputazzjoni għoliet anke aktar 'il fuq. Permezz ta' kollaborazzjoni li saret bejn l-Università ta' Malta, Assoċjazzjoni Taljana u d-Dipartiment tas-Saħħa, 120 kirurgu minn madwar id-dinja inkluż Malta se jibda jingħata taħriġ speċjalizzat fil-'key hole surgery' f 'pajjiżna. B'dan il-mod qegħdin inkomplu ngħollu l-livell, l-isem u r-reputazzjoni tagħna barra minn xtutna. B'hekk inkunu nistgħu nattiraw anke aktar ismijiet rinomati fil-kamp tas-saħħa, biex jinvestu f 'pajjiżna, bħalma diġà għamilna. Barts, Johnson & Johnson, La Sapienza, iCarbon X, diġà raw f 'pajjiżna ċentru ta' eċċellenza fil-qasam tas-saħħa. Ċentru li mistenni jkompli jikber b'aktar proġetti u investimenti mħabbra fix-xhur li ġejjin. Għax għalkemm f 'dan is-settur sibna problemi kbar, li writna minn amministrazzjoni preċedenti, ma sabbatniex saqajna. Xammarna l-kmiem u ħdimna mhux biss biex nirranġaw dak li kien hemm bżonn li jittranġa, iżda komplejna nikbru u nimirħu u ġbidna lejn pajjiżna investiment fil-qasam tas- saħħa li qatt ħadd ma basar. Hija anke għalhekk li kritika fiergħa, mingħajr ebda bażi ma tagħmilx ġieħ lis-settur tagħna u wisq inqas lil min ikun qiegħed jagħmilha. Nemmnu fi kritika kostruttiva, nafu fejn nistgħu ntejbu u hekk se nkunu qegħdin nagħmlu. Nafu x'inhuma l-akbar riżorsa tagħna l-ħaddiema, il-professjonisti mediċi u tekniċi f 'Mater Dei u l-istituzzjonijiet kollha tagħna li ta' kuljum b'impenn jagħmlu d-differenza fil-ħajja tal-pazjenti tagħna. U fuq kollox huma l-pazjenti li fuqhom u għall- ġid tagħhom, naħdmu biex is-saħħa f 'pajjiżna tibqa' b'xejn, tkun tal-ogħla livell u sostenibbli. Intant infakkar li bħalissa għaddejja konsultazzjoni pubblika dwar iċ-'charter' tad-drittijiet tal-pazjent. Nixtiequ nisimgħu mill- Għaqdiet Mhux Governattivi, il-unjins, l-għaqdiet tal- istudenti, lil dawn se nkunu qegħdin nistednuhom jagħtu l-opinjoni tagħhom. Nixtiequ wkoll nisimgħu mingħandkom, il-poplu, pazjenti u familjari. Iċ-'charter' tad-drittijiet tal-pazjent jista' jkun aċċessat fuq: https:// socialdialogue.gov.mt/ en/Public_Consultations/ MEH-HEALTH/ Pages/Consultations/ PatientCharter.aspx Chris Fearne huwa Segretarju Parlamentari għas-Saħħa illum | Il-Ħadd 24 t'April 2016 Opinjoni 14 Patient Charter: Il-pazjent fiċ-ċentru tal-politika tagħna CHRIS FEARNE "Barts, Johnson & Johnson, La Sapienza, iCarbon X, diġà raw f 'pajjiżna ċentru ta' eċċellenza fil- qasam tas-saħħa. Ċentru li mistenni jkompli jikber" Il-Gvern se jressaq 'Charter' għad-drittijiet tal-pazjenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016