Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

B iex Simon Busuttil jittieħed bis-serjetà li hu ma jpaċpaċx biss fuq il-governanza imma jipprattikaha jrid jagħmel tliet affarijiet. Għax faċli toħroġ id-dokumenti u tpaċpaċ. Id-differenza hi li twettaq u taġixxi. L-ewwel nett irid jabortixxi l-iskema korrotta ta' donazzjoni maskerata f 'taparsi self illi tumilja l-liġi tal- finanzjament tal-partiti li għadna kemm għaddejna. Ma nistax nifhem kif jippretendi Busuttil li l-poplu jaċċetta li f 'pajjiżna jkun hawn sett ta' selliefa/donaturi sigrieti magħrufa biss minn Partit li qed jaspira li jkun fil-Gvern. Mhux ovvja li din l-iskema se twassal għall-pjaċiri, korruzzjoni u ħniżrijiet? Busuttil għalhekk għandu jabbortixxi din l-iskema, jew talanqas idaħħal miżuri qawwija ta' trasparenza. It-tieni nett irid jieħu azzjoni fuq Mario de Marco. Jekk ma jridx jagħti kas ir-raġunijiet li ġibna aħna fil- Parlament kulma jrid jagħmel hu li jaqra x'kiteb wieħed qrib ħafna tiegħu, Simon Mercieca, fuq is-suġġett. Mercieca tant hu fdat mill-PN li kien anke tqabbad ma' oħrajn biex jikteb ir-rapport tat- telfa. Nixtieq ġenwinament nifhem xi stonku jrid ikollu Mario de Marco li jkun parti mit-tmexxija tal-PN meta qed joħroġ dan kollu dwaru, dwar it-Times u l-kuntrattur tal-bini tat-Times stess. It-tielet nett irid jieħu azzjoni fuq Beppe Fenech Adami dwar il-kwistjoni tal-Palazz tiegħu u l-miljun Ewro li qal li qala' mix-xogħol ta' Avukat. Peress li sar magħruf li Dr Fenech Adami bħalissa qiegħed Londra għal raġunijiet mediċi ma nħossx li għandi nżid iktar dwar dan il-punt u nieqaf hawn. Simon Busuttil, għax dgħajjef, sab ruħu "jagħżel" it-triq ta' negattiviżmu assolut, tgħajjir u tfigħ ta' tajn- triq li se ddaħħlu ġo ħajt. Jekk irid jittieħed bis-serjetà u verament jaġixxi kontra l-korruzzjoni, għandu jibda billi jħares ħarsa madwaru. Times Jekk hawn xi ħadd jemmen fil-libertà tal-istampa ħielsa hu jien. Anke meta l-istampa ħielsa tkun kattiva fil-konfront tagħna jiena niddefendi d-dritt li tkun kattiva u iebsa. Tarawni nirrispondi kemm nista' d-domandi kollha u ġieli għamilt nofs siegħa nwieġeb kull domanda bl-aħjar abbilità tiegħi. Għax ġenwinament nemmen fil-ħtieġa ta' stampa ħielsa. Biss daqskemm jien għandi rispett lejn l-istampa ħielsa, jien nistma ta' li hi l-istampa li tippoża ta' ħielsa imma mhi ħielsa xejn. Għax ngħiduha kif inhi, s-sempliċi fatt li d-deputat Kap tal-Partit fl- Oppożizzjoni għandu sehem ta' ownership dirett jew indirett f 'ġurnal li jippoża ta' indipendenti diġà hu inaċċettabbli. Iddur kif iddur u titqanżaħ kemm titqanżaħ li d-deputat Kap tal-Partit fl-Oppożizzjoni jkollu sehem ta' ownership dirett jew fil-forma ta' sehem ta' Fondazzjoni li hi sid ta' ġurnal li jridha tal-indipendenti bħat-Times hi ħaġa li ma tagħmilx sens fid- demokrazija li ngħixu. Qed nieħu gost - u ġenwinament ngħidha - li l-iskrutinju u l-istandards mitluba mill-politiċi qed jogħlew. Però mhux l-iskrutinju u l-istandards tagħna biss jridu jogħlew, anke tal-mezzi tax- xandir biex verament ikunu jistgħu jissejħu "free press". Daqskemm hu ħażin li f 'pajjiżi dittatorjali l-istampa tkun portavuċi ovvja tal-poteri ta' tmexxija, huwa iktar agħar li f 'pajjiżi demokratiċi l-istampa tkun portavuċi b'mod fin ta' poteri politiċi (f 'dan il-każ ta' min m'għandux interess li l-Partit Laburista jkun fil- Gvern). Issa ma' din il-froġa żid l-iżviluppi li kien hemm riċentement fit-Times u l-azzjonijiet li ttieħdu u dawk, iktar agħar, li xi ħadd għażel li ma jittiħdux. Rajna minn kollox, bħal rumanz ta' Dostojevski. U donnu għad fadal x'naraw. F'kull żvilupp, f 'kull liwja, dejjem tilmaħ l-assoċjazzjoni diretta jew indiretta ta' nies qrib il-Partit Nazzjonalista. Iddur kif iddur tara l-id tal-istess klikka ta' nies li ma niżlitilhomx li l-pajjiż m'għadux tagħhom. Gvern b'saħħtu, stabbli u ta' suċċess Jekk xi ħadd kellu bżonn prova li dan il-Gvern u magħqud u b'saħħtu din il-ġimgħa ngħatat il-prova li kien hemm bżonn. In-naħa l-oħra rajna Oppożizzjoni fjakka li tneħħi l-ħafna kritika ma qalet xejn u ma qalet xejn ġdid. Proposti żero. Simon Busuttil għalaq id-dibattitu billi għażel li jtina leċture fuq l-iskalora u fuq kemm id-dundjani għandhom avverżjoni għall-Milied. Ma nistax nifhem kif ħadd ma jgħidlu li jaqta' figura aħjar jekk joqgħod sieket. Qal però ħaġa bis-sens. Żvela li qabel l-elezzjoni li għaddiet il-PN kellu l-pjan li għandna aħna li wassal għal roħs fil- kontijiet tad-dawl. Li jfisser li waqt li Gonzi kien għaddej xalata jgħolli l-kontijiet, Gonzi u Busuttil kellhom soluzzjoni għal roħs fil-kontijiet u għażlu li ma jwettquhiex. Dan il-Gvern se jkompli għaddej bil-ħidma tiegħu biex jagħmel il-ġid f 'pajjiżna - ġid li jgawdi minnu kulħadd. Il-Ħadd 24 t'April 2016 | illum Opinjoni 17 OWEN BONNICI Tliet affarijiet li jrid jagħmel Simon Busuttil Għaliex għandek tirreklama fuq illum.com.mt? Ċempel fuq 21382741 jew ibgħat email fuq earrigo@mediatoday.com.mt REKLAM 1 REKLAM 2 R E K L A M 3 AĦBARIJIET It-tieni l-iktar sit bil-Malti li jarawh nies 300,000 viżitatur fix-xahar 93.5% tal-viżitaturi huma minn Malta 17K LIKES fuq Facebook f'sena Mara liebsa niqab tirraporta l-għassa li ġiet insulentata u l-pulizija tgħidilha: 'Ma tagħtihx tort hux' Tikteb ittra lil Marlene Farrugia u titlobha li toħroġ għal elezzjoni biex titkellem f 'isem il-verita Paceville: Tliet snin u nofs fuq l-ixkaffa 'Kemm ilu l-Labour fil-Gvern qatt u qatt ma kellna indħil' - Peppi Azzopardi Kont nixrob 8 fliexken vodka fil-ġimgħa…3 kaxxi Red bull...u niżen 298 kilo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016