Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

illum | Il-Ħadd 24 t'April 2016 Opinjoni 18 Il-Panama Papers B iex ikomplu jinħarqu Konrad Mizzi, Keith Schembri u magħhom Joseph Muscat, ħareġ l-iskandlu tal-Panama Papers, arkivju ta' 11.5 miljun dokument fuq mijiet ta' eluf ta' bigshots, minn stilel politiċi sa kalċjatori favoriti. Fil-lista hemm Konrad Mizzi. U kif mistenni l-Partit Nazzjonalista kompla jitfa' l-ħatab fin-nar. Vladimir Putin, li persuni qrib ħafna tiegħu sabu ruħhom fil-lista, ħareġ mill- ewwel jgħid li l-iskandlu hu fabbrikazzjoni tas-CIA. Imma din reazzjoni li tistenniha minn ex-uffiċjal tal-KGB. Li hu iktar pertinenti hi l-mistoqsija li għamlet il-Financial Times u sorsi oħra medjatiċi: Fejn marru l-Amerikani kollha? Kif sparixxew mil-lista? Waħda mir-raġunjiet li qed jingħataw hi li l-Amerika, minħabba l-laxkezza fir-rappurtaġġ fiskali, qed issir 'tax haven' ewlieni. Sadanittant f 'artiklu għal Newsweek il-ħassieb xellugi Slavoj Žižek osserva li l-unika sorpriża fl-iskandlu tal-Pananma Papers hi li m'hemmx sorpriża għax id-dokumenti jikxfu dak li ilna nafu, jiġifieri l-għan veru għalfejn jeżistu t-'tax havens'. Iffaċċjati mir-ritratti tal- pornografija finanzjarja, ma nistgħux nippretendu li ma nafux, isostni Žižek. Žižek bl-iktar mod sarkastiku, qal li hemm solidarjetà sħiħa fid-dinja tal-kapital globali fejn il- Punent, inklużi l-Iskandinavi (li mhux suppost korrotti) jieħdu b'idejn il-mexxej Russu. Il-mexxejja tal-Iran, iċ-Ċina u l-Korea ta' Fuq huma hemm. U l-Lhud u l-Musulmani jegħmżu lil xulxin. Dwar l-assenza tal-Amerika Zizek jgħid li dan il-fatt jagħti ċertu piż lill-kritika li saret mir- Russja u ċ-Ċina li l-inkjesta tal-International Consortium of Investigative Journalists (ICIJ) kellha għanijiet speċifikament politiċi. Intant, anki David Cameron sab ruħu fil-frisk għax missieru kien ħeba ħafna miljuni għall-klijenti tiegħu. Imma kif mistenni, għal raġunijiet strateġiċi, l-Oppożizzjoni Maltija semmiet lil Putin, Assad u Gaddafi imma ftit li xejn ma semmiet dwar 10 Downing Street. Intqal biss li dik ta' Cameron kienet "kwistjoni privata." F'din il-gżira tal-bluha, li xi ħadd bħas-satirista Juann Mamo kien fehemha qabel kulħadd, biex tkun taf l-aħbar oġġettiva trid tmur fuq kanali barranin u hemmhekk għandek issib li anki l-Vatikan hu bejta infettata ta' korruzzjoni fiskali, anki jekk ma ssemmiex fil-Panamagate. Il-Knisja: Xquq u bandalori Ma kellux għalfejn ikun is- sondaġġ tal-Malta Today biex jixhed "ix-xquq" li hemm fil- komunità Kattolika Maltija. Il-konsenturi ilhom żmien twil li tfaċċaw u l-Knisja lokali dejjem ippreferiet li tħares band'oħra u tħalli lill-fidili (klema b'konnotazzjonijiet preċiżi) jixxenjaw fil-festi, bil- bandalori, bl-istatwi indurati u l-anġli tal-kartapesta. Sadanittant, żdiedu fuq li żdiedu l-anjostiċi, l-umanisti u l-ateisti. Donnu mhu jiġri xejn, filwaqt li l-poplu jibqa' mehdi bit-tużelli u l-qubbajd. Hu ċar li l-kleru mhux ippreparat biex jifhem kif inbidlet u għadha tinbidel il-komunità. Dan l-aħħar segwejt edizzjoni tal- programm soċjo-reliġjuż Sejjaħtli (One TV). Ċemplet mara biex tistaqsi kif se tkun taf jekk iż-żewġ uliedha (18 / 21 sena) humiex imorru quddies. Din il-mara qalet li tinsab "inkwetata." Iżda l-inkwiet veru hu li din il-mara twajba ma fehmet qatt li hemm bosta direzzjonijiet li jista' jieħu l-vjaġġ lejn Alla. Baqgħet iffissata fil-qrar u l-quddies għax qatt ma sabet saċerdoti li jeħilsuha mill- paranojja u l-kumplessi ta' ħtija tagħha. Problemi tal-klima Il-media, ġeneralment, qed tinjora l-problemi relatati mat- tisħin tal-pjaneta. Bħallikieku f 'Malta m'għandniex is-sehem tagħna li jikkontribwixxi għal dan il-fenomenu. M'għandniex is-sitwazzjoni taċ-Ċina jew ta' Milan. Dan l-aħħar rajna fuq l-iskrin iċ-ċittadini ħerġin bil-maskri tal-protezzjoni. F'Malta għad ma wasalniex s'hemm. Imma x'qed jiġri bl-ismog? Imnejn ġej il-mard kardjo- respiratorju? U mnejn qed jaslu l-ammonti dejjem jiżdiedu tal-kanċer? Tista' tgħid li m'għadx baqa' familja li ma ntlaqtitx minn xi membru b'tumur. It-tibdil klimatiku issa qed iwassal biex il-bdiewa qed jibżgħu li se jkun hemm diżastru jekk tibqa' ma tagħmilx xita biżżejjed. Skont il-media, l-2015 kienet waħda mill-aktar xotti f 'deċenji sħaħ. Mill-2014 sas-sena li għaddiet ix-xita naqset minn 330 mm għal 187.5 mm. Dan in-nuqqas ta' xita se jaffettwa l-ammont ta' melħ fil-qiegħ, kif ukoll it-tixrid ta' ċertu mard relatat mal-biedja (kien providenzjali li f 'Jannar kien hemm perjodu ta' kesħa). Il-media għandha l-obbligu tgħarraf lin-nies x'qed jiġri u fil-prinċipju nett għandu jkun hemm it-tfal fl-iskejjel. U fuq kollox hemm id-dmir tal-politiċi. Fil-programm Għawdex Illum dehru għadd ta' bdiewa imħassbin bil-kif dwar in- nuqqas ta' xita li kien hemm fix-xitwa li għaddiet u kif dan se jaffettwa il-prodott tagħhom. L-inkwinament bil-vetturi Dawk li segwew l-istazzjonijiet tar-RAI da l-aħħar setgħu jaraw kif bliet kbar Taljani, l-aktar Milan u Turin, sfaw imkebbin fi trab sottili b'viżibbilità orribbli. L-awtoritajiet nidew dik li bdiet tissejjaħ "gwerra kontra l-ismog" li qed tikkawża epidemoloġija kardjo-pulmonari. Skont fonti ta' informazzjoni Ewropej, il-kriżi tat-tniġġiż minħabba l-emissjonijiet mill-karozzi issa saret waħda akuta. It-Taljani qed jieħdu miżuri radikali, fosthom l-imblokk totali tal-vetturi fit-triqat għal diversi ġranet (ħlief għal dawk li jaħdmu bl-elettriku u l-motoċikletti) u ħinijiet speċifiċi meta t-traffiku jista' jiċċirkola (eż. bejn l-10 ta' filgħodu u l-5 ta' wara nofsinhar.) Miżura oħra li ttieħdet hi li l-karozzi privati joħorġu skont in-numru ta' reġistrazzjoni (biż-żewġ jew bil-fart). Biex ikun inkoriġġit l-użu tal-awtobus, l-awtoritajiet offrew biljetti speċjali bil-prezz ta' €1.50 għal ġurnata sħiħa. Sadanittant, fix-xitwa li għadha kemm intemmet kien hemm żoni kontinentali li batew minn nixfa kbira, filwaqt li l-Ingilterra kienet mgħarrqa minħabba xita bla waqfien u xmajjar jogħlew. Wara s-summit ta' Pariġi dwar il-klima u l-emerġenza dwar l-inkwinament diversi pajjiżi reġgħu qed jappellaw għal konvenju unitarju għal azzjoni komuni. MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI "Anki l-Vatikan hu bejta infettata ta' korruzzjoni fiskali, anki jekk ma ssemmiex fil- Panamagate" Parti mill-folla li attendiet il-protesta tal-PN kontra Konrad Mizzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016