Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 24 t'April 2016 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Messaġġi ċari fuq il-ħitan L -istħarriġ li qed ikun ippubblikat illum fuq il- gazzetta oħt Maltatoday għalkemm mhux il-ġudizzju elettorali huwa termometru ċar, bħalma dejjem kienu dawn l-istħarriġ, tas- sentiment li hawn fil-pajjiż bħalissa f 'nofs tempesta politika li l-Gvern u l-Prim Ministru spiċċaw fiha minħabba l-kumpanija ta' Konrad Mizzi fil-Panama. Il-poplu qed jibgħat tliet messaġġi ċari u ekwivoċi li l-ebda politiku u l-ebda partit ma jista' jinjora, jekk ma jridx jirrelega lilu nnifsu għall-baħħ politiku. L-ewwel, il-poplu jidher illi fil-maġġoranza tiegħu ddeċieda x'għandu jkun il-futur tal-Ministru Konrad Mizzi, it-tieni messaġġ huwa li l-Partit Laburista u l-Gvern immexxi minnu jeħtieġ iqatta' bi snienu jekk irid jerġa' jirbaħ il-fiduċja ta' tant eluf ta' nies illi tilef u t-tielet illi l-istrateġija tal-PN f 'dawn l-aħħar ġimgħat mhux talli ma ħadmitx talli kienet falliment spettakolari, għax saħħet lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Dwar l-ewwel messaġġ, huwa ċar kristall illi minkejja li għad hemm il-mistoqsija tal-legalità ta' dak li sar minn Konrad Mizzi, il-poplu jħoss illi r-responsabilità politika teħtieġ tintrefa'. Minn dan l-editorjal ilna nisħqu li jkun xi jkun ir-riżultat tal-awditjar tat-taxxa, anke jekk dan juri li ma kien hemm ebda illegalità jew ebda boroż ta' flus, hemm il-fattur politiku, morali u etiku tal-kwistjoni kollha. Konrad Mizzi żbalja meta fetaħ kumpanija fil- Panama, żbalja meta lill- Maltatoday ma infurmahiex b'din il-kumpanija meta suppost kien qed jitfa' l-karti kollha fuq il-mejda, żbalja meta ma semmiex li hu jew xi ħadd f 'ismu kien qed jipprova jiftaħ kontijiet bankarji f 'bosta pajjiżi oħra, żbalja meta aċċetta li jkun Deputat Mexxej tal-PL fid- dawl ta' dak żvelat u żbalja meta waqt il-Konferenza Ġenerali tal-Labour, minflok kien raġel biżżejjed u rreżenja tefa' l-ballun f 'saqajn il-Prim Ministru. Konrad Mizzi jeħtieġ jifhem li l-ebda politiku m'għandu ħajja twila jgħix taħt dell tqil. Mizzi jeħtieġ jiftakar li l-indiema mhux sinjal ta' dgħufija, iżda ta' rġulija u, fl-aħħar mill- aħħar, Mizzi jeħtieġ jiftakar illi meta ddeċieda li jkun parti mill-Partit Laburista, kien qiegħed jiddeċiedi li jsir parti minn moviment li ilu jeżisti 96 sena u li, anke jekk għamel żbalji ħoxnin, għamel kisbiet kbar għal pajjiżna u għal niesu, speċjalment għall-fqir u għall-emarġinat. It-tieni, il-Gvern jeħtieġ iqatta' bi snienu biex jerġa' jirbaħ il-fiduċja tan-nies. Din kienet ġimgħa ferm pożittiva għall-pajjiż, fejn b'kollox ġew imħabbrin jew inawgurati mat-€82 miljun f 'investimenti f 'diversi setturi tal-pajjiż. Il-Gvern jeħtieġ ikompli jżid dan ir-ritmu pożittiv biex b'hekk it-tkabbir ekonomiku li qed nesperjenzaw jinżel dejjem aktar f 'kull livell tas-soċjetà. Imma wara l-Panama s-suċċess kbir ekonomiku, il-bidliet u r-riformi li għamel b'kuraġġ dan il-Gvern u l-ħeġġa mhux se jkunu biżżejjed. Il-Gvern issa jeħtieġ jibgħat messaġġ ċar li se jkun trasparenti billi wara li jieħu d-deċiżjoni li ilu jipposponi għal wisq żmien, jippublika kull kuntratt li għadu mhux pubbliku u jwettaq miżuri favur aktar trasparenza. Il-PN ħareġ rapport interessanti ħafna dwar it-trasparenza. Mhux xi traġedja jekk il-Gvern jagħmel dan ir-rapport tiegħu wkoll u jibda jwettaq dak li jħoss li huwa validu. Fl-aħħar, l-istħarriġ tal-Maltatoday juri wkoll kif minkejja t-teatrini u xeneġġjati l-PN mhux talli mhux qed jirbaħ is-simpatija tal-'laburisti ġenwini' li ilu tant jipprova jikkonvinċi, talli l-istess Laburisti tawh daharhom mal-ewwel thedida għall- Gvern tagħhom u ngħaqdu f 'appoġġ ma' Muscat. L-istrateġija ta' Busuttil kienet falliment għax ħadmet l-oppost ta' dak li xtaq u f 'dan il-mument ta' kriżi, minflok għandna lil Busuttil jittrijonfa, għandna Kap tal-PN li bl-aktar mod ċar mhux, jew għadu ma sarx, kompetitur denju ta' Muscat. Il-poplu, ġustament, mhux qed ikun ħanin ma' Muscat bħalissa. Imma li l-istess poplu, fil-maġġor parti tiegħu, xorta jibqa' ma juri l-ebda affinità partikolari lejn Busuttil, lanqas issa f 'dan il-mument diffiċilissimu għal Muscat, probabilment qed tindika xi ħaġa xejn sabiħa għall- PN. Qed tindika li minkejja l-kuraġġ ta' Busuttil li jieħu f 'idejh il-wirt ta' tkissir fil- PN li ħalla warajh Gonzi, il-poplu jew ma jafdahx jew inkella ma jarahx bħala sostitut vijabbli għal Muscat. Bħalma għidna għal kull stħarriġ tal-Maltatoday f 'dawn l-aħħar xhur, dan l-istħarriġ mhu ta' soljev għal ħadd. Anke jekk Muscat għadu b'saħħtu ħafna u anke jekk Busuttil għadu ma jista' jirranka b'xejn, it-tiġrija, bħal dejjem se tkun sal-barkun. Editur: Albert Gauci Cunningham 19

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016