Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468
Il-Ħadd 24 t'April 2016 | illum 21 Pjazzetta Akkademja Mużikali 'Erba' Mija' f 'Ħaż-Żabbar Ċelebrazzjonijiet biex jitfakkar l-400 sena anniversarju mit-twaqqif tal-paroċċa ta' Ħaż -Żabbar BĦALA parti miċ- ċelebrazzjonijiet tal-400 Sena Anniversarju mit- twaqqif tal-Parroċċa ta' Ħaż-Żabbar, is-Società Filarmonica Maria Mater Gratiae ħasset il-ħtieġa li tagħti s-sehem tagħha f 'dawn l-okkażjonijiet speċjali, u għaldaqstant, il-Banda ser tkun qed ittella' Akkademja Mużikali nhar il-Ħadd 8 ta' Mejju mis-7.30 ta' filgħaxija 'l quddiem ġewwa l-Knisja Arċipretali u Santwarju tal- Madonna tal-Grazzja, taħt il-Patroċinju Distint tal- Eċċellenza tagħha Marie- Louise Coleiro Preca, President ta' Malta. F'din l-okkażjoni hekk speċjali, il-Banda ser tkun qed terġa ssib posta f 'dan is-Santwarju wara 15-il sena, hekk kif fis-sena 2001 kienet ittellgħet akkademja mużikali fejn kien qed jiġi ċċelebrat l-anniversarju fl- okkażjoni tal-50 sena mill- Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja. F'dan il-kunċert kienet iżżanżnet il-'Cantata Maria Mater Gratiae' b'mużika tal-Ex-Surmast Direttur u Surmast Onorarju Mro. Ray Sciberras FLCM u lirika tas-Sur Ġorġ Peresso M.Th. Għaldaqstant, inħass li jkun xieraq li din l-istess Cantata terġa' tindaqq fis-Santwarju tagħna f 'din l-okkażjoni. Għal din is-serata, il-Banda ħejjiet programm mużikali ddedikat kollu kemm hu lill-Madonna tal-Grazzja. Il- programm jiftaħ bl-'Antifona Ave Spes Solamen' ta' Mro. Lorenzo Galea, li ser tiġi eżegwita għall-ewwel darba bil-Banda fuq arranġament tas-Surmast Direttur Kevin Mizzi. Wara tindaqq 'Salve Maria Salve' ta' Mro. Pacifico Scicluna, segwita mill-innu 'Tifħir lill-Madonna tal- Grazzja' u 'Salve Regina' ta' Mro. Ray Sciberras. Il- qofol jintlaħaq bil-'Cantata Maria Mater Gratiae', u l-programm jagħlaq bis-silta 'Sultana ta' Beltna'. Il-Banda ser tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Kevin Mizzi B.Sc. (Hons.), M.Sc., LLCM, AMusLCM, bis-sehem tat-Tenur Charles Vincenti, is-Sopran Rosabelle Bianchi, il-kantanti Rita Pace u Stephanie Cauchi, u l-Kor 'Mirabitur' taħt id- direzzjoni ta' Simone Attard, b'narrazzjoni ta' Ġorġ Peresso. Gawdi l-Eurovision u kul ikla tajba fil-każin tal-Ġilju GAWDI l-Eurovision u kul ikjla tajba fil-każin tal-Ġilju Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Madonna tal-Ġilju tal- Imqabba se jorganizza 'Pasta Night', nhar is-Sibt 14 ta' Mejju 2016 fil-Każin tas- Soċjeta' li jinsab fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba fit- 8:00pm. Waqt din is-serata, dawk kollha preżenti se jkollhom l-opportunità li jsegwu l-finali tal-Eurovision Song Contest minn ġewwa Stokkolma, l-Iżvezja live fuq big screen. Kulħadd huwa mħeġġeġ jattendi f 'atmosfera brijuża u familjari. Bookings isiru fuq in-numru 79853044 u aktar informazzjoni tinkiseb fuq is- sit elettroniku uffiċċjali tas- Soċjetà Muzikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com L-istitut Kulturali Malti bit-tmien kunċert tiegħu għall-istaġun L-MCI se jippreżenta lill- Armonia Mediterranea Chamber Ensemble taħt it- tmexxija ta' Andre Paul Huber. Dan id-Direttur u Kompozitur żagħżugħ waqqaf din l-orkestra fl-2009. Din hija magħmula minn mużiċisti żagħżagħ u oħrajn ta' aktar esperjenza. Bħala solisti akkompanjati mill-orkestra se nisimgħu lill-Baritonu Joseph Huber u l-Vjolinista Chantelle Borg. Attrazzjoni speċjali se jkunu l-muziċisti żagħżagħ Carlyann Muscat, Maria Bellia, Eleonor Borg, Liam Block, Emma Bondin u Julian Carter. Dawn huma kollha mill-Kulleġġ San Benedittu ta' Ħal Kirkop. Il-wirja tal-Arti tal-MCI għax-xahar ta' Mejju ser tkun tikkonsisti f 'xogħlijiet tal- Bizzilla Maltija magħmula minn Marylene Borg. Kulħadd huwa mistieden għal dan il- kunċert. Fil-bieb tkun mitluba u apprezzata donazzjoni żgħira biex tkopri ftit mill-ispejjeż ta' dan il-kunċert. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb billi wieħed iċempel lid-Direttur tal-MCI fuq Tel: 21338923 jew Mob: 99800409, jew billi wieħed jibgħat Email fuq maltacultinst@gmail.com We are the Champions, Radio Ga Ga u Killer Queen fil-Birgu IR-ROCK Opera Group tal-Belt Vittoriosa għal darb'oħra se jtellgħu x-xogħol muzikali li tant għamel suċċess 'We Will Rock You' fis-6, 7 u 8 ta' Mejju li ġej. Dan il-musical, li hu ispirat mill- kanzunetti eterni tal-grupp leġġendarju Queen u b'kitba ta' Ben Elton, se jittella' fil-Main Auditorium tal-Belt Vittoriosa, bil-permess ġentili ta' Queen Theatrical Productions Ltd u www.schoolswillrockyou. com. 'We Will Rock You' hu produzzjoni konġunta tal-KFSL u s-SŻP li f 'dawn l-aħħar 30 sena organizzaw għadd ta' xogħlijiet teatralu u mużikali fil-Birgu. Il- grupp hu magħmul minn aktar minn 80 żagħżugħ u żagħżugħa ta' talenti varji, li f 'dawn l-aħħar sitt xhur ħadmu flimkien bla waqfien biex jistgħu jtellgħu spettaklu mimli ħajja u entużjażmu. Barra li ħafna minnhom jieħdu sehem fih, il-membri tal-grupp ħadu ħsieb ukoll kull aspett tal-produzzjoni, mill-bini tas-sett u l-koreografija, sad- disinn u l-ħjata tal-kostumi u dawk id-dettalji l-oħra kollha li titlob produzzjoni ta' dan it-tip. Dan kollu taħt id-direzzjoni ta' Matthew Raggio. Il-musical jinkludi aktar minn 24 kanzunetta li għamlu suċċess għall-grupp Queen, fosthom 'We are the Champions', 'Radio Ga Ga', 'Killer Queen', 'Bohemian Rhapsody', 'Another One Bites the Dust' u s'intendi 'We Will Rock You'.