Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468
Il-Ħadd 24 t'April 2016 | illum Aħbarijiet 23 Periklu għat-tfal: Miftuħ jew Magħluq? minn John Busuttil MA rridx inkun negattiv, anzi rrid infaħħar l-inizjattiva tal-Kunsill tar-Rabat Għawdex għal mod kif ittrasforma biċċa art abbandunata u mimlija żibel f 'ġenna tal-art għat- tfal. Il-Kunsill lokali Rabti b'fondi Ewropej u anke b'xi għajnuna mill- Ministeru ta' Għawdex għażel li l-art abbandunata li kienet tkerrah mhux ftit l-ambjent fejn it-terminus tal-karrozza tal-linja jibdila f 'park għat-tfal. Park modern fejn anke għaraf biex jerfa' biċċa għal dawk li jħobbu jilagħbu bl-iskate boards. Insomma proġett ta' min ifaħħru. Fi tmiem il-ġimgħa kont hemmhekk u stajt nara ħafna turisti Maltin u anke barranin flimkien ma' tfal Għawdxin imorru jiġru għal dawn il-bandli bit-tfal kollha jiġbdu lill-ġenituri tagħhom biex joħduhom hemm. Iżda ma stajtx ma ninnutax il-perikli kbar li hemm. Għall-fatt li dan l-Oażi għadu mhux lest għal kollox u jonqsu affarijiet li jidhru żgħar imma huma kbar fejn tidħol is-sigurtà tat-tfal. Il-post hu mdawwar b'ħafna ġebel għax iċ-ċint għadu mhux mibni. Hemm ħafna fejn it-tfal jistgħu jaqgħu u jweġġgħu. 'Litter bins' għadhom ma tpoġġewx u għalhekk hemm ħafna katusi kbar li qed jimtlew bil-fliexken tal-ilma u karti għax m'hemmx fejn tarmi. Li nixtieq inkun naf jekk dan il-park għat-tfal hux miftuħ jew għadu magħluq. Jekk it-tweġiba hi li għadu mhux lest din it-tweġiba ma treġġix. Għax jekk għadu mhux lest u mhux miftuħ għaliex hemm ftuħ fuq in-naħa ta' fuq fejn hemm it- taraġ? Jekk għadu mhux lest għaliex kien hemm ħaddiem inaddaf waqt li t-tfal qed jilagħbu? Nemmen li jekk għadu mhux komplut għal kollox u mhux miftuħ għall- pubbliku u għat-tfal, għandu jiġi mdawwar bil-ħadid ħalli ma jidħol ħadd fih. Għax it-tfal anke jekk tieħu ħsieb kollox ukoll jaraw minn fejn se jaqgħu aħseb u ara b'dawk il-perikli kollha li hemm. U jekk iweġġgħu t-tfal min se jidħol responsabbli? L-ebda skuża li mhux miftuħ ma treġġi għax il-fetħa prinċipali hi miftuħa? Jekk it-tweġiba hi li hu miftuħ għall-pubbliku allura din hi ħafna aktar gravi għax kif tista' tiftaħ park għat-tfal mingħajr ma tieħu ħsieb is- sigurtà u l-indafa? Prosit tal-proġett iżda ħudu ħsieb il-perikli li hemm. Aħjar naqra iżjed magħluq u meta jinfetaħ kollox ikun kif suppost. Inutli li wara ngħidu li żbaljajna u jmissna mxejna aħjar. Il-proverbju Ingliż jgħid 'BETTER SAFE THAN SORRY'. Familji bit-tfal f 'Oażi li suppost għadu mhux miftuħ Ġebel u terrapien għadu jdawwar l-Oażi 'Dun Kixott mill-Manċa' ppreżentat lill-Prim Ministru IL-PRIM Ministru Joseph Muscat ġie ppreżentat kopja ta' DUN KIXOTT MILL-MANĊA, traduzzjoni f 'forma ta' poeżija li Pawlu Montebello (1905-2006) kien qaleb għall-Malti bejn is-snin sittin u s-snin tmenin tas-seklu l-ieħor. Il-ktieb huwa illustrat bl-inċiżjonijiet li Gustav Dore' kien għamel fl-1860 għal edizzjoni Franċiża tar-rumanz ta' Miguel Cervantes (1547-1616). Il-preżentazzjoni saret minn Maria Cassar, l-armla tal-ġurnalista Anton Cassar li sabet il-manuskritt oriġinali ta' Montebello fil-kollezzjonijiet privati ta' żewġha. Is-Sinjura Cassar kienet akkumpanjata minn uliedha Anna Maria u Joseph. Il-Prim Ministru rringrazzja lill-familja Cassar talli salvaw dan il-kapolavur letterarju. Dr. Muscat feraħ lid-Dar tal-Pubblikazzjoni SKS (Sensiela Kotba Soċjalisti) li qed tippubblika dan il- volum f 'għeluq l-400 sena mill-mewt ta' Cervantes. Il-ktieb ġie mniedi fit-22 ta' April fil-Kavallier ta' San Ġakbu fis-6.30pm f 'lejla organizzata mill-Ambaxxata Spanjola f 'Malta fejn Dr. Adrian Grima qara siltiet mill-ktieb. Dakinhar infetħet esebizzjoni dwar Don Quixote u jintwera l-film "Don Quixote, Knight Errant" (2002) ta' Manuel Gutiérrez Aragón. Miguel Cervantes miet 400 sena ilu fit-22 April 1616 u jinsab midfun f 'kunvent f 'Madrid. L-entratura għall-bandli tindika li l-post hu miftuħ filwaqt li ħaddiem tal-kunsill qed inaddaf dak li jħallu warajhom in-nies