Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

Il-Myoka Spas madwar Malta u Għawdex huma l-aħħar mis-serje ta' sħab li ngħaqdu fil-BOV Loyalty Rewards Programme. Dan tħabbar mis-Sur Michael Galea, Chief Electronic Banking Officer fil-Bank of Valletta u s-Sa Andreea Leicu, Operation Manager ġewwa Myoka Spas, wara l-iffirmar tal- ftehim fil-Myoka Lotus SPA, f ' Le Meridien San Ġiljan. Is- Sur John Pace, Executive Head Card Business fil-Bank of Valletta kien preżenti wkoll. "Aħna ninsabu kuntenti li lħaqna ftehim mal-Myoka Spas, biex b'hekk żidna sieħeb prestiġjuż ieħor fil-BOV Loyalty Rewards Programme," qal is-Sur Galea. "Dan il-Programm ġie ddisinjat biex jippremja l-lealtà tal-klijenti permezz ta' benefiċċji ta' valur miżjud. Iż-żieda tal-Myoka Spas fil- Programm tkompli testendi l-firxa ta' għażliet ta' fidwa disponibbli għad-detenturi tal- karti tal-kreditu premium tagħna, u b'hekk il-programm ta' lealtà tagħna jsir aktar attraenti", ikkonkluda s-Sur Galea. Filwaqt li laqgħet il-ftehim, is-Sa Leicu qalet li, "Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalina li qed nieħdu sehem f 'dan il-Programm. Fil-Myoka Spas, aħna wkoll infittxu li nissodisfaw l-aspettattivi tal-klijenti tagħna u nibnu relazzjonijiet fit-tul magħhom. Aħna nemmnu li dan il- ftehim se jippermettilna nilħqu klijenti ta' valur tal-BOV u nkomplu nżidu l-valur permezz ta' dak li joffru l-Myoka Spas. Fid-dinja mgħaġġla tal-lum aħna lkoll neħtieġu ftit ħin biex naħarbu mill-istil ta' ħajja mgħaġġla tagħna mimli b'attivitajiet diversi. Din il-kollaborazzjoni se tagħti lill-klijenti tal-BOV l-opportunità li jgawdu mit- trattamenti u l-faċilitajiet ta' benesseri fl-ispas tagħna ta' ħames stilel." Il-BOV Loyalty Rewards Programme jippremja punt għal kull €1 li tintefaq meta x-xiri jsir permezz tal-BOV Visa Platinum, Gold jew il-BOV Skypass Card. Il- parteċipazzjoni fil-Programm hija awtomatika u mingħajr ħlas. Id-detenturi tal-kards jistgħu jżommu rekord tal- punti tal-BOV li kisbu permezz tar-rendikont tal-karta tal- kreditu tagħhom li jirċievu kull xahar. Id-dettalji kollha tal-BOV Loyalty Rewards Programme flimkien mat-termini u l-kundizzjonijiet relattivi huma disponibbli fuq il-portal tal-Bank: www.bov.com. Għal aktar informazzjoni, il-klijenti jistgħu jżuru kwalunkwe fergħa tal-BOV, jikkuntattjaw il-Customer Service Centre tal-Bank fuq 2131 2020 jew jibagħtu posta elettronika lil: customercare@bov.com illum | Il-Ħadd 24 t'April 2016 24 Kummerċjali L-HSBC UK Contact Centre jiġbed studenti minn Giovanni Curmi waqt il-Fiera tal-Karrieri L-HSBC UK Contact Centre Malta (HBEU), l-ikbar ċentru ta' kuntatt f 'Malta, esebixxa varjetà ta' rwoli disponibbli waqt il-fiera annwali tal- karrieri fl-iskola Giovanni Curmi Higher Secondary School (GCHSS). L-istudenti kellhom l-opportunità li jattendu preżentazzjoni minn HBEU dwar għażliet ta' karrieri differenti miftuħa għall-impjegati kemm f 'Malta kif ukoll barra. Iċ-Ċentru ta' Kuntatt HBEU, li qed jiċċelebra 10 snin ta' suċċess f 'Malta, għandu opportunitajiet disponibbli għal kull min jaf jikteb u jaqra tajjeb bl-Ingliż u għandu ħila bażika fl-IT. Iċ-Ċentru jipprovdi programm ta' taħriġ tajjeb dwar kif wieħed għandu jipprovdi servizz bankarju permezz tat-telefon. Waqt il-programm ta' taħriġ, li jdum għaddej tliet xhur, il-kandidati jingħataw il-paga sħiħa. L-HBEU People Experience and Recruitment Manager Richard Powell qal: "Bħala l-ikbar ċentru ta' kuntatt u l-ikbar higher secondary school f 'Malta, l-isħubija bejn l-HSBC UK Contact Centre u Giovanni Curmi hi alleanza naturali. It-tnejn li aħna impenjati li niżviluppaw persuni li kapaċi jaħdmu b'mod tajjeb ħafna għas-seklu 21 f 'Malta." Aktar tagħrif dwar l-opportunitajiet fl-HSBC UK Contact Centre jinkiseb mis- sit www.hsbc.com.mt/careers. CV mingħajr indikazzjoni tal- età jista' jintbgħat lil malta. recruitment@hsbc.com. L-istudenti li jattendu l-iskola Giovanni Curmi jiskopru l-benefiċċji li jeżistu għall-istaff ta' HBEU JEEP bdiet tieħu ordnijiet għall-JEEP Wrangler 2016 JEEP Malta għadha kemm bdiet tieħu l-ewwel ordnijiet għall-JEEP il-ġdida – il-Jeep Wrangler 2016 li tiġi kemm fil-verżjoni two-door (short wheel base) kif ukoll four door (long wheel base). "Il-Jeep Wrangler hija l-aktar mudell li l-iżjed jirrifletti l-istorja ikonika tad-ditta JEEP u dan huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li wassal biex il- mudell Wrangler huwa wieħed mill- iżjed mudelli JEEP ta' suċċess," qalet Francesca Mamo, Managing Director ta' UCIM Co, rappreżentanti ta' JEEP f 'Malta. "JEEP irnexxielha żżomm l-awtentiċità tar-Wrangler filwaqt li tat lil dan il-mudell doża ta' prestazzjoni, stil, kumdita kontemporanji – dik li jfittxu s-sewwieqa ta' llum. F'Malta, ir-Wrangler huwa popolari ħafna primarjament minħabba d-dehra distinta tiegħu u l-prestazzjoni solida fuq it-triq. Issa bdejna nieħdu l-ordnijiet għall-mudell il-ġdid ta' l-2016 u l-interess diġa huwa pożittiv ħafna," żiedet qalet Francesca Mamo. Għalkemm il-mudell żamm ħafna mill-karatteristiċi ewlenin, il-mudell 2016 Wrangler issa huwa iżjed aġġornat grazzi għat-tibdil li sarlu dan l-aħħar. B'riżultat ta' dan, ir-Wrangler il-ġdid huwa verżjoni iżjed irfinuta li turi bidla drammatika. Il-Jeep Wrangler 2016 tiġi f 'żewġ verżjonijiet: two-door Jeep Wrangler u four-door Wrangler Unlimited. Jiġu b'għażla ta' soft jew hard tops, jew bit-tnejn — għal dawk li jħobbu jbiddlu u jadattaw skond l-istaġuni. B'hekk, meta jitneħħew dawn is-soqfa, ir- Wrangler jinbidel tassew f 'SUV convertible. Il-mudelli Jeep Wrangler jinkludi l-mudell bażi SPORT, l-Unlimited SAHARA, u l-verżjoni off-road RUBICON. Fuq dawn it-tnejn ta' l-aħħar hemm għażla wiesa' ta' configurations – fuq l-Unlimited SAHARA AUTOMATIC TRANSMISSION kemm 2 door kif ukoll 4 door dawnm jinkludu sedini tal- ġilda, Body dual top (soft top + Body coloured Freedom top) tinted Glass, Climate Control, Media centre 6CD/DVD/MP3// HDD Touchscreen b'Navigator u Light Alloy Wheels. Il-mudelli bażiċi tar-Wrangler xorta jiġu mgħammra b'ħafna features. Għal aktar informazzjoni dwar il-mudelli ġodda tal-Jeep Wrangler, żur ix-showroom ta' JEEP f 'Triq il-Wied l-Imsida jew il-paġna Facebook Jeep-Malta. Il-BOV Loyalty Points issa jistgħu jinfdew fil-Myoka Spas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016