Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 24 t'April 2016 | illum SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Balzan ........................ 1 Valletta ...................... 2 VALLETTA kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Balzan bl- iskor ta' 2-1, liema rebħa qarrbithom dejjm iktar lejn ir-rebħ tat-23 Kampjonat fl-istorja glorjuża tagħhom. Huma ħarġu ferm aggressivi fil-logħba u fit-13 -il minuta, irnexxielhom jiftħu l-iskor meta d-difensur internazjnali ta' Bakan, Steve Bezzina, kellu clearance qasira bir- ras, bil-ballun jasal għand l-Arġentin Federico Matias Falcone, li eżatt minn tarf il- kaxxa venven xutt b'saħħtu li ma ta l-ebda ċans lill- goalkeeper Montenegrin ta' Balzan Ivan Janjusevic. Il-Beltin reġgħu ħolqu l-periklu u kienu għoddhom irduppjaw l-iskor fl-43 minuta, meta xutt angulat fil-baxx tal-midfielder offensiv Jhonnattann Benites Da Conceicao għadda ċentimetri barra mil-lasti tal-goalkeeper Montenegrin ta' Balzan Ivan Janjusevic. Fil-55 minuta Michael Mifsud kellu ċans tad- deheb li jirdoppja l-iskor għall-Beltin iżda ra x-xutt tiegħu fil-baxx mill-viċin jiġi milqugħ minn Ivan Janjusevic b'saqajh. Balzan ġabu l-iskor indaqs fid-59 minuta permezz tal-attakkant Montenegrin Bojan Kaljevic, li approfitta bis-sħiħ minn indeċiżjoni tad-difensur internazzjonali Ryan Camilleri, qabel b'opportuniżmu liema bħalu, daħal bħal vleġġa u tefa' l-ballun wara l-goalkeeper ta' Valletta, Henry Bonello. Valletta skorjaw il-goal tant importanti li tahom ir- rebħa fil-81 minuta permezz ta' xutt angulat fil-baxx ta' Michael Mifsud. Balzan Janjusevic, Grioli, Fenech, Bezzina, Dos Santos Calcado, Brincat, Effiong, Da Silva Souza (Kaljevic 46') , Micallef, Serrano Valero, Grima Valletta Bonello, Caruana, Azzopardi, Camilleri, Mifsud (Cremona 84'), Briffa, Rodrigues Ledesma (Nafti 64'), Falcone, Pani, Uchenna Calistus, Benites Da Conceicao (Pericles Romao 88') Referi Esther Azzopardi FEDERICO MATIAS FALCONE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Twieled fl-Arġentina. Skorja l-ewwel gowl mit- tnejn ta' Valletta f 'din il-logħba. Ingħaqad ma' Valletta fis- sajf li għadda. Valletta pass 'il bogħod mir-rebħ tat-23 Kampjonat Ritratt - Ray Attard Paul Fenech itajjar il-ballun bir-ras minn fuq Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma 27 Ritratt - www.vallettafc.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016